+4.7. Programm tal - ittestjar pluriennali

4.7. Programm tal - ittestjar pluriennali

130. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, wara li jikkunsidraw ir - rapport ta’ awtovalutazzjoni msemmi fit - taqsima 4.6, u b’mod partikolari l - elementi mitluba taħt 124 (d - f), jadottaw programm pluriennali tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà għall - istituzzjonijiet skont il - mandat tagħhom. Il - programm għandu jinkludi l - kapaċitajiet kollha stabbiliti f’dawn il -linji gwida u l - Linji Gwida dwar it - Trasferibbiltà tal - EBA8 .

131. Dan għandu jkopri perjodu ta’ tliet snin (l - aħħar tnejn huma indikattivi) biex l - istituzzjonijiet ikunu jistgħu jottimizzaw l - isforzi tal - ippjanar tar - riżoluzzjoni tagħhom. Dan għandu jiġi aġġornat/ikkonfermat mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni kull sena. L - eżitu tar - rieżami annwali tiegħu għandu jiġi nnotifikat lill- istituzzjonijiet mingħajr dewmien żejjed.

132. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw lill - istituzzjonijiet il - programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà msemmi fil - paragrafu 130 u l - aġġornamenti jew il - konfermi annwali tiegħu kif imsemmi fil - paragrafu 131, mhux aktar tard mis - sommarju tal - pjan ta’ riżoluzzjoni u l- valutazzjoni tar - riżolvibbiltà skont l - Artikolu 10(7)(a) tad - Direttiva 2014/59/UE.

133. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, wara li jikkunsidraw il - lista mhux eżawrjenti stabbilita fl -Anness 4, jistabbilixxu fil - programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà (imsemmi fil - paragrafu 130) il - firxa ta’ valutazzjonijiet, testijiet, metodoloġiji, prattiki u għodod li beħsiebhom jużaw sabiex jittestjaw l - adegwatezza tal - arranġamenti stabbiliti m ill-istituzzjonijiet biex jappoġġaw l - eżekuzzjoni tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni tagħhom.

134. Meta jikkunsidraw l - għażla tat - tekniki tal - ittestjar fil - programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà tagħhom stabbilit fil - paragrafu 130, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom isegwu approċċ ibbażat fuq ir - riskju abbażi tal - profil tar - riskju, id - daqs u l - mudell tan - negozju tal - istituzzjonijiet (eż. kategorizzazzjoni SREP9 ), u l - punteġġ SREP globali10 u jikkunsidraw dan li ġej:

  • a. Il- progress dwar ir - riżolvibbiltà / il - grad sa fejn jiġu ssodisfati l - kapaċitajiet ta’ riżolvibbiltà stabbiliti f’dawn il - linji gwida; u
  • b. Il- kwalità globali tal - ħidma ta’ assigurazzjoni tar - riżolvibbiltà interna evidenzjata fir - rapport ta’ awtovalutazzjoni.

135. Fil- kuntest tal - gruppi ta’ riżoluzzjoni transfruntiera, il - programm pluriennali tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà għandu jiġi diskuss bejn l - awtoritajiet tar - riżoluzzjoni fil - livell tal - grupp u l - awtoritajiet tar - riżoluzzjoni tas - sussidjarji li huma soġġetti għal dawn il -li nji gwida.

136. Fil- każ ta’ gruppi transfruntiera, il - programm tal - ittestjar pluriennali tar - riżolvibbiltà ta’ entitajiet ta’ riżoluzzjoni, inklużi t - testijiet previsti fih, għandu jitwettaq jew mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni tal - entità ta’ riżoluzzjoni jew mil l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ospitanti f’koordinazzjoni mal - awtorità ta’ riżoluzzjoni tal - entità ta’ riżoluzzjoni – kif maqbul bejniethom.

137. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkondividu, mal - istituzzjoni u, fil - każ ta’ grupp transfruntier, mill -i nqas mal - membri tal - kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, ir - riżultati ta’ kwalunkwe test imwettaq f’konformità mal - programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà msemmi fil - paragrafu 130.


8 EBA/GL/2022/11.

9 “Kategorizzazzjoni SREP” tfisser l - indikatur tal - importanza sistemika assenjata tal - istituzzjoni bbażata fuq id - daqs tal - istituzzjoni u l - kumplessità u l - kamp ta’ applikazzjoni tal - attivitajiet tagħha. Ara wkoll it - taqsima 2.1.1 tal -Linji Gwida riveduti tal - EBA dwar is - SREP (EBA/GL/2022/03).

10 Ara d - definizzjoni fil - Linji Gwida riveduti tal - EBA dwar is - SREP(EBA/GL/2022/03) p. 21. “Punteġġ SREP globali” tfisser l - indikatur numeriku tar - riskju globali għall - vijabbiltà tal - istituzzjoni bbażat fuq il - valutazzjoni SREP globali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/