+4. Emendi tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà
---+8. Il- paragrafu 5 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “5. Dawn il- …
---+9. Il- paragrafu 7 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “7. Dawn il- …
---+10. Il- paragrafu 10 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “10. Għall - …
---+11. It - titolu tat - taqsima 3 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “3. …
---+12. Wara l - paragrafu 13 tal -Linji Gwida dw ar ir - Riżolvibbiltà, jiżdiedu l - paragrafi ġodda …
---+13. Il- paragrafu 56, is - subparagrafu (e), huwa emendat kif ġej: “e. jiġu approvati r - riżultati …
---+14. Wara t - taqsima 4.5, it - taqsimiet ġodda 4.6, 4.7 u 4.8 bil - paragrafi 124 sa 129, 130 sa …
---+4.6. Rapport ta’ awtovalutazzjoni
---+4.7. Programm tal - ittestjar pluriennali
---+4.8. Master playbook
|
4. Emendi tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà
4. Emendi tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
8. Il- paragrafu 5 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “5. Dawn il- …
|
Il- paragrafu 5 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “5. Dawn il- linji gwida jispeċifikaw, wara li kkunsidraw l - Artikoli 10(5) u 11(1) tad - Direttiva (UE) 2014/594 , l - azzjonijiet speċifiċi għall - għodda tar - riżoluzzjoni li l - istituzzjonijiet inklużi l - entitajiet imsemmija fl - Artikolu 1(1) (“istituzzjonijiet”), u l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu biex itejbu r - riżolvibbiltà tal -i stituzzjonijiet, il - gruppi u l - gruppi ta’ riżoluzzjoni fil - kuntest tal - valutazzjoni tar - riżolvibbiltà mwettqa mill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni skont l - Artikoli 15 u 16 ta’ dik id - Direttiva.”
4 Direttiva tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall - irkupru u r - riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d - Direttiva tal - Kunsill 82/891/KEE u d - Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r - Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill (ĠU L 173 12.6.2014, p. 190).
|
|
9. Il- paragrafu 7 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “7. Dawn il- …
|
Il- paragrafu 7 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “7. Dawn il- linji gwida ma japplikawx għal istituzzjonijiet li l - pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom, jew il- pjan ta’ riżoluzzjoni tal - grupp li fih jappartjenu, jipprevedi li għandhom jiġu stralċati b’mod ordnat f’konformità mal - liġi nazzjonali applikabbli. F’każ ta’ bidla fl - istrateġija, b’mod partikolari minn likwidazzjoni għal riżoluzzjoni, il - linji gwida japplikaw mhux aktar tard minn tliet snin mid - data tal - approvazzjoni tal - pjan ta’ riżoluzzjoni bl - istrateġija l - ġdida ta’ riżoluzzjoni, bl - eċċezzjoni tat - taqsima 4.6, li tapplika mhux aktar tard minn sena minn dik id - data.”
|
|
10. Il- paragrafu 10 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “10. Għall - …
|
Il- paragrafu 10 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “10. Għall - istituzzjonijiet li huma parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata skont l - Artikoli 111 u 112 tad - Direttiva 2013/36/UE, il - linji gwida japplikaw fuq il - livell ta’ kull grupp ta’ riżoluzzjoni u, fejn ikun rilevanti, fuq il - livell individwali wkoll. It - taqsima 4.6 u t - taqsima 4.7 japplikaw ukoll fuq il - livell ta’ sussidjarji transfruntiera li huma entitajiet mhux ta’ riżoluzzjoni, fejn ir - rekwiżit minimu għall - fondi proprji u l - obbligazzjonijiet eliġibbli kif stabbilit fl - Artikolu 45f tad - Direttiva 2014/59/UE jaqbeż l - ammont suffiċjenti biex jassorbi t - telf f’konformità mal - punt (a) tal - ewwel subparagrafu tal - Artikolu 45c(2) ta’ dik id- Direttiva.
|
|
11. It - titolu tat - taqsima 3 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “3. …
|
It - titolu tat - taqsima 3 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà huwa emendat kif ġej: “3. Implimentazzjoni u dispożizzjonijiet tranżitorji”
|
|
12. Wara l - paragrafu 13 tal -Linji Gwida dw ar ir - Riżolvibbiltà, jiżdiedu l - paragrafi ġodda …
|
Wara l - paragrafu 13 tal -Linji Gwida dw ar ir - Riżolvibbiltà, jiżdiedu l - paragrafi ġodda 13a, 13b u 13c kif ġej: “13a. L - istituzzjonijiet għandhom jissottomettu lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l - ewwel rapport ta’ awtovalutazzjoni msemmi fil - paragrafu 124 sal - 31 ta’ Diċembru 2024. 13b. B’deroga mill- paragrafu 132, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw l - ewwel programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà msemmi fil - paragrafu 130 sal - 31 ta’ Diċembru 2025. 13c. L - istituzzjonijiet imsemmija fil - paragrafu 138 għandhom jissottomettu lill -a wtoritajiet tar - riżoluzzjoni l - ewwel master playbook imsemmi f’dak il - paragrafu, sal - 31 ta’ Diċembru 2025.”
|
|
13. Il- paragrafu 56, is - subparagrafu (e), huwa emendat kif ġej: “e. jiġu approvati r - riżultati …
|
Il- paragrafu 56, is - subparagrafu (e), huwa emendat kif ġej: “e. jiġu approvati r - riżultati ewlenin u jiġu żgurati arranġamenti ta’ delega adegwati f’dan ir - rigward, bħala parti mill - mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll u assigurazzjoni interni (bħall - mudelli ta’ rappurtar tar - riżoluzzjoni u r - rapport ta’ awtovalutazzjoni);”.
|
|
14. Wara t - taqsima 4.5, it - taqsimiet ġodda 4.6, 4.7 u 4.8 bil - paragrafi 124 sa 129, 130 sa …
|
Wara t - taqsima 4.5, it - taqsimiet ġodda 4.6, 4.7 u 4.8 bil - paragrafi 124 sa 129, 130 sa 137 u 138 sa 142, rispettivament, jiddaħħlu fil - Linji Gwida kif ġej:
|
|
4.6. Rapport ta’ awtovalutazzjoni
|
124. L- istituzzjonijiet għandhom tal - anqas kull sentejn iħejju u jissottomettu lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti rapport, fejn jivvalutaw huma stess jekk jissodisfawx, u sa liema punt, il - kapaċitajiet stabbiliti fit - taqsimiet 4.1 sa 4.5 u 4.8 ta’ dawn il - linji gwida, u fit - taqsimiet 4 u 5 tal - Linji Gwida dwar it - trasferibbiltà biex tikkomplementa l - valutazzjoni tar - riżolvibbiltà għall - istrateġiji ta’ trasferiment (Linji Gwida dwar it - Trasferibbiltà)5 , u b’kont meħud ta’ kwalunkwe feedback riċevut mill - awtoritajiet fi żmien is - sentejn, inklużi fost l - oħrajn l - elementi li ġejjin: - a. Il- grad li fih tiġi ssodisfata l - kapaċità (baxx, medju, għoli, mhux applikabbli);
- b. Deskrizzjoni ta’ kif tiġi ssodisfata l - kapaċità jew għalfejn titqies mhux applikabbli skont il - punt a;
- c. Valutazzjoni tal - lakuni fil - kapaċitajiet ta’ riżolvibbiltà kif stabbilit f’dawn il -linji gwida u dawk tal - istituzzjoni, dwar kif dawn il - lakuni jistgħu jiġu indirizzata u sa meta;
- d. Deskrizzjoni ta’ kif il - kapaċità hija inkorporata f’sitwazzjoni ta’ negozju bħas - soltu (BAU);
- e. Deskrizzjoni ta’ kif il - kapaċità tirrelata mal - ippjanar ta’ rkupru tal - istituzzjoni (eż. il - kontinwità operazzjonali fl - arranġamenti ta’ riżoluzzjoni tappoġġa wkoll l - għażliet ta’ rkupru bħal disponimenti, jew arranġamenti ta’ rkupru huma ingranati biex jappoġġaw ir - riżoluzzjoni);
- f. Kwalunkwe valutazzjoni interna jew esterna mwettqa dwar kif dawn il -linji gwida ġew applikati mill -i stituzzjoni, inklużi rapporti tal - awditjar interni jew esterni, valutazzjonijiet ta’ konsulenti esterni, sessjonijiet ta’ prattika jew rieżamijiet superviżorji;
- g. Kwalunkwe suġġett addizzjonali stabbilit mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti (eż. tagħlimiet meħuda minn tnaqqis reċenti jew avveniment tas - suq).
125. Fis- sommarju eżekuttiv tal - awtovalutazzjoni tagħhom stabbilit fil - paragrafu 124, l - istituzzjonijiet għandhom: - a. jistabbilixxu l - fehim tagħhom tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni kif identifikata mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni, u tar - rwol tagħhom u dak tal - awtorità(jiet) fl - eżekuzzjoni ta’ dik l - istrateġija;
- b. jiddeskrivu l - qafas tal - ittestjar u tal - assigurazzjoni tagħhom li jippermettilhom jiżguraw il - kapaċità tagħhom li jappoġġaw l - eżekuzzjoni tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni fuq bażi kontinwa;
- c. jiġbru fil - qosor l - awtovalutazzjoni tagħhom skont l - oqsma ewlenin ta’ riżolvibbiltà kif ġej:
- i. Governanza;
- ii. Kontinwità operazzjonali fir - riżoluzzjoni (OCIR) u aċċess għall -FMI6 ;
- iii. Kapaċità ta’ assorbiment tat - telf u ta’ rikapitalizzazzjoni;
- iv. Likwidità u finanzjament fir - riżoluzzjoni;
- v. MIS7 ;
- vi. Komunikazzjoni;
- vii. Trasferibbiltà u ristrutturar.
126. Ir - rapporti għandhom jiġu sottomessi mill - istituzzjonijiet lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni mill - inqas kull sentejn. L - ewwel rapport għandu jiġi sottomess sal - 31 ta’ Diċembru 2024. 127. Fil- kuntest ta’ gruppi ta’ riżoluzzjoni transfruntiera, ir - rapport ta’ awtovalutazzjoni għandu jew jiġi rrapportat mill - entità ta’ riżoluzzjoni lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni fil - livell ta l- grupp (jew l- awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti fil - każ ta’ strateġija MPE) jew mill - entità mhux ta’ riżoluzzjoni lill- awtorità lokali ta’ riżoluzzjoni. 128. Meta tiġi prodotta, l - awtovalutazzjoni tal - entità mhux ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi żviluppata fuq il- bażi tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal - grupp u f’koordinazzjoni mal - entità ta’ riżoluzzjoni. 129. Għall - fini tar - rapport ta’ awtovalutazzjoni msemmi fil - paragrafu 124, l - istituzzjonijiet għandhom isegwu l - format ipprovdut mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni tagħhom.
5 Linji gwida EBA/GL/2022/11 għall - istituzzjonijiet u l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni dwar it - trasferibbiltà biex tikkomplementa l - valutazzjoni tar - riżolvibbiltà għall - istrateġiji ta’ trasferiment (Linji Gwida dwar it - Trasferibbiltà). 6 Infrastrutturi tas - Suq Finanzjarju. 7 Sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali.
|
|
4.7. Programm tal - ittestjar pluriennali
|
130. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, wara li jikkunsidraw ir - rapport ta’ awtovalutazzjoni msemmi fit - taqsima 4.6, u b’mod partikolari l - elementi mitluba taħt 124 (d - f), jadottaw programm pluriennali tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà għall - istituzzjonijiet skont il - mandat tagħhom. Il - programm għandu jinkludi l - kapaċitajiet kollha stabbiliti f’dawn il -linji gwida u l - Linji Gwida dwar it - Trasferibbiltà tal - EBA8 . 131. Dan għandu jkopri perjodu ta’ tliet snin (l - aħħar tnejn huma indikattivi) biex l - istituzzjonijiet ikunu jistgħu jottimizzaw l - isforzi tal - ippjanar tar - riżoluzzjoni tagħhom. Dan għandu jiġi aġġornat/ikkonfermat mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni kull sena. L - eżitu tar - rieżami annwali tiegħu għandu jiġi nnotifikat lill- istituzzjonijiet mingħajr dewmien żejjed. 132. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw lill - istituzzjonijiet il - programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà msemmi fil - paragrafu 130 u l - aġġornamenti jew il - konfermi annwali tiegħu kif imsemmi fil - paragrafu 131, mhux aktar tard mis - sommarju tal - pjan ta’ riżoluzzjoni u l- valutazzjoni tar - riżolvibbiltà skont l - Artikolu 10(7)(a) tad - Direttiva 2014/59/UE. 133. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, wara li jikkunsidraw il - lista mhux eżawrjenti stabbilita fl -Anness 4, jistabbilixxu fil - programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà (imsemmi fil - paragrafu 130) il - firxa ta’ valutazzjonijiet, testijiet, metodoloġiji, prattiki u għodod li beħsiebhom jużaw sabiex jittestjaw l - adegwatezza tal - arranġamenti stabbiliti m ill-istituzzjonijiet biex jappoġġaw l - eżekuzzjoni tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni tagħhom. 134. Meta jikkunsidraw l - għażla tat - tekniki tal - ittestjar fil - programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà tagħhom stabbilit fil - paragrafu 130, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom isegwu approċċ ibbażat fuq ir - riskju abbażi tal - profil tar - riskju, id - daqs u l - mudell tan - negozju tal - istituzzjonijiet (eż. kategorizzazzjoni SREP9 ), u l - punteġġ SREP globali10 u jikkunsidraw dan li ġej: - a. Il- progress dwar ir - riżolvibbiltà / il - grad sa fejn jiġu ssodisfati l - kapaċitajiet ta’ riżolvibbiltà stabbiliti f’dawn il - linji gwida; u
- b. Il- kwalità globali tal - ħidma ta’ assigurazzjoni tar - riżolvibbiltà interna evidenzjata fir - rapport ta’ awtovalutazzjoni.
135. Fil- kuntest tal - gruppi ta’ riżoluzzjoni transfruntiera, il - programm pluriennali tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà għandu jiġi diskuss bejn l - awtoritajiet tar - riżoluzzjoni fil - livell tal - grupp u l - awtoritajiet tar - riżoluzzjoni tas - sussidjarji li huma soġġetti għal dawn il -li nji gwida. 136. Fil- każ ta’ gruppi transfruntiera, il - programm tal - ittestjar pluriennali tar - riżolvibbiltà ta’ entitajiet ta’ riżoluzzjoni, inklużi t - testijiet previsti fih, għandu jitwettaq jew mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni tal - entità ta’ riżoluzzjoni jew mil l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ospitanti f’koordinazzjoni mal - awtorità ta’ riżoluzzjoni tal - entità ta’ riżoluzzjoni – kif maqbul bejniethom. 137. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkondividu, mal - istituzzjoni u, fil - każ ta’ grupp transfruntier, mill -i nqas mal - membri tal - kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, ir - riżultati ta’ kwalunkwe test imwettaq f’konformità mal - programm tal - ittestjar tar - riżolvibbiltà msemmi fil - paragrafu 130.
8 EBA/GL/2022/11. 9 “Kategorizzazzjoni SREP” tfisser l - indikatur tal - importanza sistemika assenjata tal - istituzzjoni bbażata fuq id - daqs tal - istituzzjoni u l - kumplessità u l - kamp ta’ applikazzjoni tal - attivitajiet tagħha. Ara wkoll it - taqsima 2.1.1 tal -Linji Gwida riveduti tal - EBA dwar is - SREP (EBA/GL/2022/03). 10 Ara d - definizzjoni fil - Linji Gwida riveduti tal - EBA dwar is - SREP(EBA/GL/2022/03) p. 21. “Punteġġ SREP globali” tfisser l - indikatur numeriku tar - riskju globali għall - vijabbiltà tal - istituzzjoni bbażat fuq il - valutazzjoni SREP globali.
|
|
4.8. Master playbook
|
138. L- impriża omm tal - Unjoni u l - entitajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp ta’ riżoluzzjoni li jew huma soġġetti għall - Artikolu 92a jew 92b tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 jew li għandhom assi totali fil - livell tal - grupp ta’ riżoluzzjoni li jaqbżu l - EUR 100 biljun, u dawk innominati mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti li mhumiex soġġetti għall - Artikolu 92a tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma parti minn grupp ta’ riżoluzzjoni li l - assi totali tiegħu huma inqas minn EUR 100 biljun iżda li l - awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ivvalutat bħala raġonevolment probabbli li joħolqu riskju sistemiku fil - każ tal - falliment tiegħu f’konformità mal - Artikolu 45c (6) tad - Direttiva 2014/59/UE, għandhom jiżviluppaw master playbook. 139. Il- master playbook għandu jintalab minn istituzzjonijiet oħra għajr dawk innominati fil - paragrafu 138 meta l - awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li dan huwa ġġustifikat mill - kumplessità tal - organizzazzjoni u l - ħtieġa konsegwenti għal livell għoli ta’ koordinazzjoni tal - kapaċitajiet ta’ riżolvibbiltà. 140. Il- master playbook għandu11 : - a. jiddefinixxi r - rwoli u r - responsabbiltajiet ewlenin tal - maniġment superjuri fit - tħejjija għal u matul ir - riżoluzzjoni;
- b. jistabbilixxi l - kwistjoni u l - perjodi ta’ żmien li fuqhom għandhom jittieħdu d - deċiżjonijiet mill - maniġment fit - tħejjija u fir - riżoluzzjoni;
- c. jistabbilixxi l - iskattaturi għall - attivazzjoni tas - subplaybooks (playbook tar - rikapitalizzazzjoni interna, playbook tat - trasferiment, pjanijiet ta’ kontinġenza għall - aċċess għall - FMI, komunikazzjoni);
- d. jistabbilixxi s - sors, l - iskadenzi u l - format tas - sorsi ta’ informazzjoni li se jappoġġaw dawn id- deċiżjonijiet mill - bord;
- e. juru kif id - diversi elementi tal - eżekuzzjoni tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni jinteraġixxu ma’ xulxin u, b’mod partikolari, dan li ġej:
| i. | Eżekuzzjoni tar - rikapitalizzazzjoni interna (playbook tar - rikapitalizzazzjoni interna); | | ii. | Playbook tat - trasferiment (fejn rilevanti); | | iii. | Valutazzjoni; | | iv. | Finanzjament u likwidità fir - riżoluzzjoni (inkluż il - monitoraġġ tal - kollateral / il - finanzjament fl - istrateġija ta’ riżoluzzjoni); | | v. | Aċċess għall - FMI (inklużi pjanijiet ta’ kontinġenza); | | vi. | Kontinwità operazzjonali (inkluż il - katalgu tas - servizz); | | vii. | Pjan tar - Riorganizzazzjoni tan - Negozju. |
141. L- istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il - playbooks prinċipali tagħhom mill - inqas darba fis - sena jew wara bidla fl - istruttura legali jew organizzazzjonali tagħhom jew bidla fil - kundizzjonijiet operazzjonali jew finanzjarji tagħhom li jista’ jkollha effett materjali fuq, jew teħtieġ bidla fil - master playbook. L - eżitu tar - rieżami annwali tiegħu għandu jiġi nnotifikat lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien żejjed. 142. Wara l -Anness 3 tal - Linji Gwida dwar ir - Riżolvibbiltà, l -Annessi 4 u 5 jiddaħħlu kif ġej:
11 L- Anness 5 jipprovdi deskrizzjoni ta’ livell għoli tal - arkitettura tal - master playbook.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|