+56. Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal …

56. Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal …

Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal:

  • a. It-ton mill- ogħla livell: il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment u mill- komunikazzjoni tal - valuri fundamentali u tal - aspettattivi tal -emittent. L- imġiba tal- membri tagħha għandha tirrifletti dawn il - valuri. Il - korp maniġerjali għan du jikkontribwixxi għall - komunikazzjoni interna tal - valuri fundamentali u tal - aspettattivi lill- persunal. Il - persunal għandu jaġixxi skont il - liġijiet u r - regolamenti kollha applikabbli u jirreferi minnufih nuqqas ta’ konformità osservata fi ħdan jew barra mill-emittent (eż. lill - awtorità kompetenti permezz ta’ proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta).
  • b. Responsabbiltà: il - persunal rilevanti fil - livelli kollha għandu jkun jaf u jifhem il - valuri fundamentali tal-emittent tal- ARTs u, sa fejn ikun meħtieġ għar - rwol tiegħu u r -riskju tollerabbli u l- predispożizzjoni għar - riskju tiegħu. Għandu jkun kapaċi jwettaq ir -rwoli tiegħu u jkun konxju li ser jinżamm responsabbli mill - azzjonijiet tiegħu fir - rigward tal - imġiba ta’ teħid tar -riskji tal-emittent tal-ARTs.
  • c. Komunikazzjoni u kontestazzjoni effettivi: kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tippromwovi ambjent ta’ komunikazzjoni miftuħa u kontestazzjoni effettiva li fih il - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet jinkoraġġixxu firxa wiesgħa ta’ fehmiet, jippermettu t testjar ta’ prattiki kurrenti, jistimulaw attitudni kritika u kostruttiva fost il - persunal, u jippromwovu ambjent ta’ impenn miftuħ u kostruttiv fl - organizzazzjoni kollha.
  • d. Inċentivi: l - inċentivi xierqa għandu jkollhom rwol ewlieni fl -allinjament tal- imġiba tat - teħid tar -riskji mal- profil tar -riskju tal-emittent tal-ARTs u l-interessi fit- tul tiegħu b’mod partikolari għall - emittenti ta’ ARTs sinifikanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/