+7. Kultura tar -riskju
---+52. Kultura tar - riskju soda, diliġenti u konsistenti għandha tkun element ewlieni tal -emittenti …
---+53. L-emittenti tal- ARTs jenħtieġ li jiżviluppaw kultura tar - riskju integrata u mifruxa mal - …
---+54. L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżviluppaw kultura tar - riskju permezz ta’ politiki …
---+55. Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - …
---+56. Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal …
|
7. Kultura tar -riskju
7. Kultura tar -riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
52. Kultura tar - riskju soda, diliġenti u konsistenti għandha tkun element ewlieni tal -emittenti …
|
Kultura tar - riskju soda, diliġenti u konsistenti għandha tkun element ewlieni tal -emittenti tal-ġestjoni effettiva tar -riskju tal- ARTs u għandha tippermetti lil dawn l - emittenti jieħdu deċiżjonijiet sodi u infurmati li jkunu konsistenti mal - istrateġija tar -riskju u l- predispożizzjoni għar - riskju tagħhom.
|
|
53. L-emittenti tal- ARTs jenħtieġ li jiżviluppaw kultura tar - riskju integrata u mifruxa mal - …
|
L-emittenti tal- ARTs jenħtieġ li jiżviluppaw kultura tar - riskju integrata u mifruxa mal - intrapriża kollha, ibbażata fuq fehim sħiħ u perspettiva olistika tar - riskji li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, inklużi r - riskji ESG, ir - riskji għad -detenturi tal- assi, għas - swieq, ir - riskji operazzjonali, ir-riskji tal- ML - FT, ir -riskji tal- likwidità u r -riskji marbuta mal- investiment tal -assi tar- riżerva, ir - riskju għall -emittent tal- ARTs innifsu u kif jiġu ġestiti, filwaqt li jqisu t - tolleranza tar -riskju tal-emittent tal- ARTs, u l - kunflitti ta’ interess li jistgħu jinqalgħu minħabba l - interkonnettività tal - atturi fl-ekosistema tal- kriptoassi.
|
|
54. L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżviluppaw kultura tar - riskju permezz ta’ politiki …
|
L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżviluppaw kultura tar - riskju permezz ta’ politiki, komunikazzjoni u taħriġ tal - persunal fir - rigward tal - attivitajiet, l - istrateġija u l - profil tar -riskju tal-emittent tal- ARTs, u għandhom jadattaw il - komunikazzjoni u t - taħriġ tal - persunal biex jitqiesu r - responsabbiltajiet tal - persunal fir - rigward tat - teħid ta’ riskji u l - ġestjoni tar -riskji.
|
|
55. Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - …
|
Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - ġestjoni tar -riskji. Il- ġestjoni tar - riskji ma għandhiex tkun limitata għal speċjalisti tar -riskji jew għal funzjonijiet ta’ kontroll intern. Il -linji u l- unitajiet oper atorji jew tan- negozju, taħt is - sorveljanza tal - korp maniġerjali, għandhom ikunu primarjament responsabbli mill - ġestjoni tar - riskji fuq bażi ta’ kuljum skont il - politiki, il - proċeduri u l -kontrolli tal-emittenti tal- ARTs, filwaqt li jitqiesu t - tolleranza u l- predispożizzjoni għar -riskju.
|
|
56. Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal …
|
Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: - a. It-ton mill- ogħla livell: il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment u mill- komunikazzjoni tal - valuri fundamentali u tal - aspettattivi tal -emittent. L- imġiba tal- membri tagħha għandha tirrifletti dawn il - valuri. Il - korp maniġerjali għan du jikkontribwixxi għall - komunikazzjoni interna tal - valuri fundamentali u tal - aspettattivi lill- persunal. Il - persunal għandu jaġixxi skont il - liġijiet u r - regolamenti kollha applikabbli u jirreferi minnufih nuqqas ta’ konformità osservata fi ħdan jew barra mill-emittent (eż. lill - awtorità kompetenti permezz ta’ proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta).
- b. Responsabbiltà: il - persunal rilevanti fil - livelli kollha għandu jkun jaf u jifhem il - valuri fundamentali tal-emittent tal- ARTs u, sa fejn ikun meħtieġ għar - rwol tiegħu u r -riskju tollerabbli u l- predispożizzjoni għar - riskju tiegħu. Għandu jkun kapaċi jwettaq ir -rwoli tiegħu u jkun konxju li ser jinżamm responsabbli mill - azzjonijiet tiegħu fir - rigward tal - imġiba ta’ teħid tar -riskji tal-emittent tal-ARTs.
- c. Komunikazzjoni u kontestazzjoni effettivi: kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tippromwovi ambjent ta’ komunikazzjoni miftuħa u kontestazzjoni effettiva li fih il - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet jinkoraġġixxu firxa wiesgħa ta’ fehmiet, jippermettu t testjar ta’ prattiki kurrenti, jistimulaw attitudni kritika u kostruttiva fost il - persunal, u jippromwovu ambjent ta’ impenn miftuħ u kostruttiv fl - organizzazzjoni kollha.
- d. Inċentivi: l - inċentivi xierqa għandu jkollhom rwol ewlieni fl -allinjament tal- imġiba tat - teħid tar -riskji mal- profil tar -riskju tal-emittent tal-ARTs u l-interessi fit- tul tiegħu b’mod partikolari għall - emittenti ta’ ARTs sinifikanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|