+Artikolu 16 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess relatat mal-ksur tal-limitu ta’ negozjar
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2

Artikolu 16 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess relatat mal-ksur tal-limitu ta’ negozjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċess għall-approvazzjoni ta’ ksur tal-limitu ta’ negozjar imsemmi fl-Artikolu 104b(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

l-istituzzjoni għandhiex proċedura ċara u dokumentata għall-approvazzjoni mill-korp maniġerjali tal-ksur tal-limiti ta’ negozjar;

(b)

il-korp maniġerjali jkunx speċifika l-kundizzjonijiet ta’ materjalità li skont dawn kwalunkwe ksur tal-limiti ta’ negozjar għandu jiġi rrapportat lill-korp maniġerjali nnifsu, irrispettivament mil-livell li fih il-limiti ta’ negozjar ikunu ġew approvati;

(c)

l-unità ta’ kontroll tar-riskji tiddokumentax kwalunkwe ksur tal-limiti ta’ negozjar u tirrapportax tali ksur lill-kumitat responsabbli, lis-sottokumitat jew lill-maniġer individwali;

(d)

il-kumitat, is-sottokumitat jew il-maniġer individwali msemmi fil-punt (c) jiħux azzjoni meta jinkiser limitu ta’ negozjar, jew inkella jirrapportax tali ksur lill-korp maniġerjali, f’konformità mal-punt (b);

(e)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt (c) tinkludix id-daqs u l-kawżi ewlenin tal-ksur tal-limitu ta’ negozjar, inklużi:

(i)

kwalunkwe żieda fil-pożizzjonijiet tan-negozjar;

(ii)

kwalunkwe bidla metodoloġika introdotta fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;

(iii)

kwalunkwe żvilupp fil-kundizzjonijiet tas-suq.

Artikolu 16 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw, b’mod partikolari meta post tan-negozjar ikun ta’ spiss qabeż il-limiti ta’ negozjar, jekk il-frekwenza u d-daqs tal-ksur tal-limiti ta’ negozjar, u l-miżuri meħudin mill-unità ta’ kontroll tar-riskji u mill-korp maniġerjali b’reazzjoni għal tali ksur, ikunux xierqa. L-awtorità kompetenti għandha twettaq verifika bħal din.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.