+Artikolu 37 Valutazzjoni tal-analiżi tal-qabżiet fil-valur
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
---+Artikolu 37 4

Artikolu 37 Valutazzjoni tal-analiżi tal-qabżiet fil-valur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk istituzzjoni tanalizzax kull qabża fil-valur msemmija fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fid-dettall, sabiex tiddetermina l-kawżi tagħhom.

Artikolu 37 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni:

(a)

tidentifikax liema portafolli jew postijiet tan-negozjar ikkawżaw primarjament il-qabża fil-valur;

(b)

tanalizzax id-differenzi fit-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll;

(c)

tanalizzax jekk u liema movimenti tas-suq, fatturi tar-riskju jew parametri kkawżaw il-qabża fil-valur;

(d)

tanalizzax jekk kwalunkwe kwistjoni ta’ mmudellar, jew fattur tar-riskju nieqes, ikkontribwietx għall-qabża fil-valur, u tipprovdix spjegazzjoni ta’ liema parti mit-tibdil fil-valur tal-portafoll tista’ tiġi spjegata mill-mudell u liema ma tistax;

(e)

tanalizzax jekk il-fallimenti tal-proċess, inklużi l-pożizzjonijiet li ma jkunux koperti kif suppost jew l-aġġornamenti neqsin tad-data, ikkontribwewx jew ikkawżawx il-qabża fil-valur;

(f)

tiddeskrivix ir-riżultati tal-azzjonijiet meħudin bħala riżultat tal-punti (a) sa (e) meta tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-qabżiet fil-valur li jirriżultaw mill-programm ta’ ttestjar retrospettiv tagħha mwettaq f’konformità mal-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 37 3

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk, meta l-analiżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tidentifika dgħufija jew inakkurattezza materjali fil-mudell jew fil-proċessi, l-istituzzjoni tivvaluta dik id-dgħufija jew l-inakkurattezza u tiżviluppa minnufih pjan għal ritorn f’waqtu għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv li għandhom jiġu vvalutati bħala parti mill-validazzjoni regolari tal-mudell.

Artikolu 37 4

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiżgurax dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe qabża fil-valur, inklużi dawk relatati mal-ittestjar retrospettiv imsemmi fl-Artikolu 325bf(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tiġi rrapportata lill-maniġment superjuri fi żmien 3 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tkun ġiet identifikata l-qabża fil-valur;

(b)

l-analiżijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti u lill-maniġment superjuri fi żmien xahar mid-data li fiha tkun seħħet il-qabża fil-valur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.