+Artikolu 39 2

Artikolu 39 2

2.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jivverifikaw jekk il-proċessi interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiżgurawx:

(i)

it-traċċabbiltà tal-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar inkorporati fl-ambitu tal-approċċ ta’ mudell intern alternattiv, u l-korrettezza tal-valuri kontabilistiċi jew tal-valuri ġusti użati bħala bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;

(ii)

li l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li jattiraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet irreġistrati f’data partikolari jkunu inklużi fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament;

(iii)

li kwalunkwe pożizzjoni tar-riskju tal-kambju li tirriżulta minn tibdil fil-munita tar-rapportar fil-livelli differenti ta’ konsolidazzjoni (“riskju tal-qlib”) tkun inkluża fl-ambitu ta’ pożizzjonijiet soġġetti għal riskju tal-kambju;

(iv)

identifikazzjoni korretta tal-pożizzjonijiet tal-kambju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-użu tat-trattament imsemmi fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, meta l-istituzzjoni tuża dak it-trattament;

(v)

identifikazzjoni korretta u sħiħa tal-entrati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;

(b)

fir-rigward tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet li huma soġġetti għal riskju tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk:

(i)

pożizzjonijiet tal-kambju li għalihom l-istituzzjoni tuża d-deroga stabbilita fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 huma distinti minn pożizzjonijiet tal-kambju li għalihom l-istituzzjoni ma tużax dik id-deroga;

(ii)

jiġu aġġornati biss il-fatturi tar-riskju tal-kambju tal-aħħar valur kontabilistiku jew valur ġust disponibbli sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-pożizzjoni qabel l-applikazzjoni tax-xenarju ta’ xokk futur, sakemm ma jintużax it-trattament imsemmi fl-Artikolu 3(4) ta’ dak ir-Regolament, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;

(iii)

għal pożizzjonijiet li għalihom jintuża t-trattament fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, il-fatturi tar-riskju kollha jiġu aġġornati sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-pożizzjoni qabel l-applikazzjoni tax-xenarju ta’ xokk futur, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;

(c)

fir-rigward ta’ entrati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk:

(i)

il-kriterji stabbiliti mill-istituzzjoni sabiex tidentifika l-eventi li jikkawżaw indeboliment humiex xierqa, fuq il-bażi ta’ data storika u ta’ eventi storiċi;

(ii)

il-kriterji msemmija fil-punt (i) humiex konsistenti mal-ġestjoni interna tar-riskju ta’ indeboliment;

(iii)

il-livell ta’ indeboliment rikonoxxut wara l-eventi msemmijin fil-punt (i) ikunx ibbażat fuq raġunament oġġettiv;

(d)

fir-rigward tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet li huma soġġetti għar-riskju tal-komoditajiet jew kemm għar-riskju tal-komoditajiet kif ukoll għar-riskju tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk ix-xenarji ta’ xokkijiet futuri jiġux applikati biss għal fatturi tar-riskju li jappartjenu għall-kategorija wiesgħa tal-fattur tar-riskju tal-komoditajiet, u, meta applikabbli, għall-kategorija wiesgħa tal-fattur tar-riskju tal-kambju;

(e)

jivverifikaw jekk it-tibdil ipotetiku u attwali relatat ma’ pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet humiex ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577.

Għall-finijiet tal-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni tinkludi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji l-pożizzjonijiet miftuħin netti li jirriżultaw minn entitajiet differenti tal-grupp.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.