+ANNESS I

ANNESS I




ANNESS I

PARTI A

MIRI TAL-EMISSJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KAROZZI TAL-PASSIĠĠIERI

1.

Għas-sena kalendarja 2020, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida għandhom, għall-finijiet tal-kalkoli f'dan il-punt u fil-punt 2, jiġu stabbiliti skont il-formula li ġejja:

L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 = 95 + a · (M – M0)

fejn:

M

=

il-massa tal-vettura fi stat operattiv f'kilogrammi (kg)

M0

=

1 379,88

a

=

0,0333

2.

Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2020 għandha tiġi kkalkulata bħala medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 iddeterminata skont il-punt 1, ta' kull karozza ġdida tal-passiġġieri reġistrata f'dik is-sena kalendarja u li tagħha jkun il-manifattur.

3.

Il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

WLTPCO2

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020 stabbilita skont l-Anness XXI tar-Regolament 2017/1151, u kkalkolata skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma jitqies l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 11 ta' dan ir-Regolament;

NEDCCO2

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020 stabbilita skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153, u kkalkolata skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma jitqies l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 11 ta' dan ir-Regolament;

NEDC2020target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020 skont il-punti 1 u 2.

▼M3

3a.

Għal manifattur li għalih id-WLTPCO2 jew l-NEDCCO2 huwa żero, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun NEDC2020target kif definita fil-punt 3.

3b.

Għal manifattur li jqiegħed karozzi tal-passiġġieri fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji 2021 sal-2024, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun il-medja tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi determinati għall-manifatturi kollha skont il-punt 3, ponderati skont l-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li ġew irreġistrati għal dawk il-manifatturi fl-Unjoni fl-2020.

3c.

Minkejja l-punt 3b, fejn fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji mill-2021 sal-2024, manifattur iqiegħed karozzi tal-passiġġieri fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba, iżda dak il-manifattur kien iffurmat b’fużjoni ta’ żewġ manifatturi jew aktar li mill-inqas wieħed minnhom kien responsabbli għal karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għall-manifattur il-ġdid għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

fejn żewġ manifatturi jew aktar li jkunu qed jiġu fużi kienu responsabbli għal karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun il-medja tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi determinati għal dawk il-manifatturi skont il-punt 3, ponderati skont l-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li ġew irreġistrati għal dawk il-manifatturi fl-Unjoni fl-2020;

(b) 

fejn wieħed biss mill-manifatturi li jkunu qed jiġu fużi kien responsabbli għal karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza speċifika għall-emissjonijiet fl-2021 determinata skont il-punt 3 għal dak il-manifattur.

▼M6

3d.

Għal konsorzju ffurmat f’konformità mal-Artikolu 6, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target ikkalkolati għal dak il-konsorzju kollu kemm hu.

Fil-każ ta’ konsorzju li jkun għadu kif ġie ffurmat fis-snin 2021 sa 2024 jew bidla fis-sħubija ta’ konsorzju li kien jeżisti fl-2020, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target għall-konsorzju l-ġdid kollu kemm hu.

▼B

4.

Għas-snin kalendarji mill-2021 sal-2024, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPreference target + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]

fejn:

WLTPreference target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għall-2021 ikkalkulata skont il-punt 3;

a

hija 0,0333;

Mø

hija l-medja tal-massa fi stat operattiv (M), f'kilogrammi (kg), għall-karozzi tal-passiġġieri tal-manifattur irreġistrati ġodda fis-sena rilevanti fil-mira;

▼M4

M0

hija 1 379,88 fl-2021 u 1 398,50 fl-2022, 2023 u 2024;

▼B

Mø2020

hija l-medja tal-massa fi stat operattiv (M), f'kilogrammi (kg), għall-karozzi tal-passiġġieri tal-manifattur irreġistrati ġodda fl-2020;

M0,2020

hija 1 379,88 .

▼M3

5.

Miri tad-deroga f’konformità mal-Artikolu 10(3) jew 10(4)
(a) 

Għal manifattur li jkun ingħata deroga skont l-Artikolu 10(3) mill-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi abbażi tal-NEDC fis-sena kalendarja 2021, jew deroga skont l-Artikolu 10(4) mill-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tiegħu fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji 2021 sal-2024, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għal dawk is-snin għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

image

Fejn:

WLTPCO2

hija WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;as defined in point 3;

NEDCCO2

hija NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCderogationtarget

hija l-mira tad-deroga mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(3) jew 10(4) skont il-każ.

(b) 

Minkejja l-punt (a), fejn manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10(4) mill-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji 2021 sal-2024, iżda ma kienx responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-Unjoni qabel l-2021, il-mira tad-deroga għal kwalunkwe waħda minn dawk is-snin kalendarji għandha tiġi kkalkulata skont il-formula fil-punt (a), fejn għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

WLTPCO2

hija l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tad-WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCCO2

hija l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tal-NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCderogationtarget

hija l-mira tad-deroga kkalkulata skont l-Artikolu 10(4), flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 63/2011.

▼M6

(c) 

Għal manifattur li jkun ingħata deroga f’konformità mal-Artikolu 10(4) għal kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji mill-2025 sal-2028, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi (Mira tad-deroga2025-2028) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

Mira tad-deroga2025-2028 =
image ·
image ·Mira2021·(1 – reduction factor2025)

Għal manifattur bħal dan li ma kienx responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-2020 jew li għalihom id-WLTPCO2 kif definit fil-punt 3 jew l-NEDCCO2 kif definit fil-punt 3 huwa żero, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi (Mira tad-deroga2025-2028) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

Mira tad-deroga2025-2028 =
image · Mira2021 · (1 – reduction factor2025)

Fejn:

WLTPCO2,measured

hija l-valur medju fost il-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tad-WLTPCO2,measured kif definit fil-punt 6.0;

WLTPCO2

huwa l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tan-WLTPCO2 kif definit fil-punt 3;

NEDCCO2

huwa l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tan-NEDCCO2 kif definit fil-punt 3;

WLTPCO2, ind

hija ugwali għall-WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCCO2, ind

hija ugwali għall-NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

reduction factor2025

huwa t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (a);

Mira2021

hija tnaqqis ta’ 45 % fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 fl-2007 ta’ dak il-manifattur.

▼B

6.

Mill-1 ta' Jannar 2025, il-miri għall-flotta kollha tal-UE u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

6.0.   Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021 (EU fleet-wide target2021) hija l-medja, peżata skont l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2021, bil-valuri ta' referenza għall-2021 stabbiliti għal kull manifattur individwali li għalihom tapplika mira ta' emissjonijiet speċifiċi skont il-punt 4.

Il-valur ta' referenza għall-2021 għandu jiġi stabbilit, għal kull manifattur, kif ġej:

image

fejn,

WLTPCO2,measured

hija l-medja, għal kull manifattur, tal-emissjonijiet ta' CO2 kkombinati mkejla għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida rreġistrata fl-2020, kif stabbilit u rrappurtat skont l-Artikolu 7(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153;

NEDC2020,Fleet Target

hija 95 g/km;

NEDCCO2

hija kif definita fil-punt 3;

Mø2021

hija l-medja tal-massa fi stat operattiv, f'kilogrammi (kg), għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri tal-manifattur irreġistrati fl-2021;

M0,2021

hija l-massa medja fi stat operattiv f'kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom tapplika mira speċifika ta' emissjonijiet skont il-punt 4;

a

hija kif definita fil-punt 4.

6.1.    ►M5  Miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2025 'il quddiem ◄

6.1.1.   Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2025 sal-2029

EU fleet-wide target2025 = EU fleet-wide target2021 · (1 - reduction factor2025)

fejn,

EU fleet-wide target2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

reduction factor2025

huwa t-tnaqqis speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 1(4).

6.1.2.    ►M5  Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-perjodu mill-2030 sal-2034 ◄

EU fleet-wide target2030 = EU fleet-wide target2021 · (1 - reduction factor2030)

fejn,

EU fleet-wide target2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

reduction factor2030

huwa t-tnaqqis speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 1(5).

▼M5

6.1.3.   Miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2035 'il quddiem

Mira għall-flotta kollha tal-UE2035 = mira għall-flotta kollha tal-UE2021 (1 – fattur ta' tnaqqis2035)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

fattur ta' tnaqqis2035

huwa kif definit fl-Artikolu 1(5a), il-punt (a).

▼B

6.2.    ►M5  Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi ◄

6.2.1.   Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2025 + a2025 · (TM – TM0)

fejn,

EU fleet-wide target2025

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1;

a2025

hija

image

fejn,

a2021

hija l-inklinazzjoni tal-linja dritta li toqgħod l-aħjar, stabbilita bl-applikazzjoni tal-metodu ta' pożizzjonament tal-minimi kwadrati lineari għall-massa tat-test (varjabbli indipendenti) u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (varjabbli dipendenti) ta' kull karozza ġodda tal-passiġġieri rreġistrata fl-2021;

emissjonijiet medji2021

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom ġiet ikkalkulata mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'konformità mal-punt 4;

TM

hija l-massa medja tat-test f'kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti;

▼M8

TM0

huwa 1 650,15  kg fl-2025 u fl-2026 u l-valur f’kilogrammi (kg) jiġi determinat f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (d), fis-snin kalendarji l-oħra.

▼M5 —————

▼M5

6.3.   Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 'il quddiem

6.3.1.   Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2025 sal-2029:

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi · fattur ZLEV

fejn:

il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi

hija l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 determinata f'konformità mal-punt 6.2.1;

il-fattur ZLEV

huwa (1 + y – x), sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew inqas minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, kif meħtieġ;

fejn:

y

huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tal-manifattur ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, ikkalkulat bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspeċifiku skont il-formula li ġejja, diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

ZLEVspeċifiku = 1 –
image

Għal karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Istati Membri b'sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tagħhom taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fis-sena 2017 u b'inqas minn 1 000 vettura ġdida b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017 ( 6 ), iż-ZLEVsspeċifiċi għandhom jiġu kkalkulati, sal-2029 u inkluża dik is-sena, f'konformità mal-formula li ġejja:

ZLEVspeċifiku =
image

Meta s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati f'sena bejn l-2025 u l-2028 jaqbeż il-5 %, dak l-Istat Membru ma għandux ikun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-multiplikatur ta' 1,85 fis-snin ta' wara;

x

huwa 25 % fil-perjodu mill-2025 sal-2029.

6.3.2.   Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Mira għall-emissjonijiet speċifika = mira għall-flotta kollha tal-UE 2030 + a2030 · (TM-TM0)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030

hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.2;

a2030

hija

image

fejn:

a2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

emissjonijiet medji 2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0

hija kif definit fil-punt 6.2.1

6.3.3   Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 'il quddiem

Mira għall-emissjonijiet speċifika = mira għall-flotta kollha tal-UE2035 + a2035 · (TM-TM0)

fejn:

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035

hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.3;

a2035

hija

image

fejn:

a2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

emissjonijiet medji 2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0

hija kif definit fil-punt 6.2.1

▼B

PARTI B.

MIRI TAL-EMISSJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL VETTURI KUMMERĊJALI ĦFIEF

1.

Għas-sena kalendarja 2020, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida għandhom, għall-finijiet tal-kalkoli f'dan il-punt u fil-punt 2, jiġu stabbiliti skont il-formula li ġejja:

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 = 147 + a · (M – M0)

fejn:

M

=

Massa tal-vettura fi stat operattiv f'kilogrammi (kg)

M0

=

1 766,4

a

=

0,096

2.

Il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2020 għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 stabbilita skont il-punt 1 ta' kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida manifatturata minnu rreġistrata f'dik is-sena kalendarja.

3.

Il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

image

fejn:

WLTPCO2

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020 stabbilita skont l-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 mingħajr ma jitqies l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;

NEDCCO2

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, stabbilita skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152, mingħajr ma jitqies l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;

NEDC2020target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020 skont il-punti 1 u 2.

▼M3

3a.

Għal manifattur li għalih id-WLTPCO2 jew l-NEDCCO2 huwa żero, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun NEDC2020target kif definita fil-punt 3.

3b.

Għal manifattur li jkun qed iqiegħed vetturi kummerċjali ħfief fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji 2021 sal-2024, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun il-medja tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi determinati għall-manifatturi kollha skont il-punt 3, ponderata skont l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li ġew irreġistrati għal dawk il-manifatturi fl-Unjoni fl-2020.

3c.

Minkejja l-punt 3b, fejn fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji mill-2021 sal-2024, manifattur ikun qed iqiegħed vetturi kummerċjali ħfief fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba, iżda dak il-manifattur kien iffurmat b’fużjoni ta’ żewġ manifatturi jew aktar li mill-inqas wieħed minnhom kien responsabbli għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza speċifika għall-emissjonijiet fl-2021 għall-manifattur il-ġdid għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

fejn żewġ manifatturi jew aktar li jkunu qed jiġu fużi jkunu responsabbli għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun il-medja tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi determinati għal dawk il-manifatturi skont il-punt 3, ponderata skont l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li ġew irreġistrati għal dawk il-manifatturi fl-Unjoni fl-2020;

(b) 

fejn wieħed biss mill-manifatturi li jkunu qed jiġu fużi kien responsabbli għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 hi ddeterminata skont il-punt 3 għal dak il-manifattur.

▼M6

3d.Għal

konsorzju ffurmat f’konformità mal-Artikolu 6, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target ikkalkolati għal dak il-konsorzju kollu kemm hu.

Fil-każ ta’ konsorzju li jkun għadu kif ġie ffurmat fis-snin 2021 sa 2024 jew bidla fis-sħubija ta’ konsorzju li kien jeżisti fl-2020, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target għall-konsorzju l-ġdid kollu kemm hu.

▼B

4.

Għas-snin kalendarji 2021-2024, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPmira ta' referenza + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]

fejn:

WLTPreference target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-WLTP għall-2021 ikkalkulata skont il-punt 3;

a

hija 0,096;

▼M1

Mø

hija l-massa (M) medja għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur irreġistrati fis-sena ta’ mira rilevanti, f’kilogrammi (kg);

fejn,

— 
fil-każ ta’ vettura kompluta, M hija l-massa fi stat operattiv ta’ dik il-vettura
— 
fil-każ ta’ vettura bażi kompluta relatata ma’ vettura kompletata, M hija l-massa fi stat operattiv ta’ dik il-vettura bażi
— 
fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta relatata ma’ vettura kompletata, M hija l-massa ta’ monitoraġġ (Mmon) ta’ dik il-vettura bażi, determinata f’konformità mal-formula li ġejja:

Mmon = MRObase x B0

fejn,

MRObase

hija l-massa fi stat operattiv tal-vettura bażi kkonċernata

B0

hija kif definita fil-punt 1.2.4(a) tal-Parti A tal-Anness III;

▼M7

M0

huwa 1 766,4 fl-2020, 1 825,23 fl-2021, fl-2022 u fl-2023, u 1 875,07 fl-2024;

▼B

Mø2020

hija l-massa (M) medja fi stat operattiv tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal manifattur irreġistrati fl-2020 f'kilogrammi (kg);

M0,2020

hija 1 766,4 .

5.

Għal manifattur li jkun ingħata deroga fir-rigward ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi bbażata fuq l-NEDC fl-2021, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għandha tiġi kkalkulata hekk:

image

fejn:

WLTPCO2

hija WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCCO2

hija NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDC2021target

hija l-mira ta' deroga għall-2021 mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10.

6.

Mill-1 ta' Jannar 2025, il-miri għall-flotta kollha tal-UE u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

6.0.   Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021 (EU fleet-wide target2021) hija l-medja, peżata skont l-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati ġodda fl-2021, bil-valuri ta' referenza għall-2021 stabbiliti għal kull manifattur individwali li għalihom tapplika mira ta' emissjonijiet speċifiċi skont il-punt 4.

Il-valur ta' referenza2021 għandu jiġi stabbilit, għal kull manifattur, kif ġej:

image

fejn,

WLTPCO2,measured

hija l-medja, għal kull manifattur, tal-emissjonijiet ta' CO2 kkombinati mkejla għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-2020, kif stabbilita u rrappurtata skont l-Artikolu 7(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152;

NEDC2020,Fleet Target

hija 147 g/km;

NEDCCO2

hija kif definita fil-punt 3;

Mø2021

hija l-massa medja fi stat operattiv tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur irreġistrati fl-2021, f'kilogrammi (kg);

M0,2021

hija l-massa medja fi stat operattiv f'kilogrammi (kg) tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom tapplika mira speċifika ta' emissjonijiet skont il-punt 4;

a

hija kif definita fil-punt 4.

6.1.    ►M5  Il-miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2025 'il quddiem ◄

6.1.1.   Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2025 sal-2029

EU fleet-wide target2025 = EU fleet-wide target2021 · (1 – reduction factor2025)

fejn,

EU fleet-wide target2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

reduction factor2025

huwa t-tnaqqis speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 1(4).

6.1.2.    ►M5  Il-miri għall-flotta kollha tal-UE għall-perjodu mill-2030 sal-2034 ◄

EU fleet-wide target2030 = EU fleet-wide target2021 · (1 – reduction factor2030)

fejn,

EU fleet-wide target2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

reduction factor2030

huwa t-tnaqqis speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 1(5).

▼M5

6.1.3.   Il-miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2035 'il quddiem

Mira għall-flotta kollha tal-UE2035 = mira għall-flotta kollha tal-UE2021 · (1 – fattur ta' tnaqqis2035)

fejn:

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

fattur ta' tnaqqis2035

huwa kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 1(5a).

▼B

6.2.   Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 'il quddiem

6.2.1.   Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2025 + α · (TM – TM0)

fejn,

EU fleet-wide target2025

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1;

α

hija a2025 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0 stabbilita skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1) u a2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0 stabbilita skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1);

fejn,

a2025

hija

image

a2021

hija l-inklinazzjoni tal-linja dritta li toqgħod l-aħjar, stabbilita bl-applikazzjoni tal-metodu ta' pożizzjonament tal-minimi kwadrati lineari għall-massa tat-test (varjabbli indipendenti) u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (varjabbli dipendenti) ta' kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-2021;

emissjonijiet medji2021

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom ġiet ikkalkulata mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'konformità mal-punt 4;

▼M6

TM

hija l-massa medja tat-test f’kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti.

Fil-każ ta’ vettura bażi kompluta relatata ma’ vettura kompletata, il-massa tat-test li trid tiġi kkunsidrata hija l-massa tat-test ta’ dik il-vettura bażi.

Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta relatata ma’ vettura kompletata, il-valur tal-massa tat-test li jrid jitqies huwa l-valur DMbase ddeterminat f’konformità mal-punt 1.2.4.(a) tal-Parti A tal-Anness III.

▼M8

TM0

huwa 2 161,13  kg fl-2025 u fl-2026 u l-valur f’kilogrammi (kg) jiġi determinat f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (d), fis-snin kalendarji l-oħra.

▼M5

6.2.2.   Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + α · (TM-TM0)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.2;

α

hija a2030 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur hija ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2030

hija

image

a2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

l-emissjonijiet medji2021

huma kif definit fil-punt 6.2.1

TM

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0

hija kif definit fil-punt 6.2.1

▼M5

6.2.3.   Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 'il quddiem

Mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + α · (TM-TM0)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.3;

α

hija a2035,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2035,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2035,L

hija

image

a2035,H

hija

image

emissjonijiet medji 2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0

hija kif definit fil-punt 6.2.1

▼M5

6.3.

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 'il quddiem

6.3.1.

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 sal-2029

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = (mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri – il-mira tal-flotta kollha tal-UE2025)) fattur ZLEV

fejn:

il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet

speċifiċi hija l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 determinata f'konformità mal-punt 6.2.1;

ømiri

hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha determinati f'konformità mal-punt 6.2.1;

fattur ZLEV

huwa (1 + y – x), sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew inqas minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, kif meħtieġ;

fejn:

y

huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tal-manifattur ta' vetturi kummerċjali ħfief ikkalkulat bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspeċifiku skont il-formula li ġejja, diviż bl-għadd totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

ZLEVspeċifiku = 1 –
image

x

huwa 17 % fis-snin mill-2025 sal-2029.

6.3.2.

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi mill-2030 sal-2034

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri - il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030)

fejn:

il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi hija

l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur, determinata f'konformità mal-punt 6.2.2;

ømiri

hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha determinati f'konformità mal-punt 6.2.2;

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030

hi kif determinata fil-punt 6.1.2.

6.3.3.

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 'il quddiem

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri - il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035)

fejn:

il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi hija

l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur determinata f'konformità mal-punt 6.2.3;

øtargets

hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha, determinata f'konformità mal-punt 6.2.3;

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035

hija kif determinata fil-punt 6.1.3.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.