+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

MONITORAĠĠ U RAPPURTAR TA' EMISSJONIJIET MINN VETTURI KUMMERĊJALI ĦFIEF ĠODDA

A.   Ġbir ta' data dwar vetturi kummerċjali ħfief ġodda u determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2

1.   Data dettaljata

▼M3 —————

▼M6

1.1a.   Ir-rapportar mill-Istati Membri dwar vetturi rreġistrati bħala vetturi N1

L-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida kompluta jew kompletata rreġistrata bħala vettura N1 fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) fil-format stabbilit fil-Parti C, it-Taqsima 2a:

(1)

il-manifattur (fil-każ ta’ vetturi kompletati: il-manifattur tal-vettura bażi);

▼M3

(2)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjonijiet tiegħu;

(3)

It-tip, il-varjant u l-verżjoni;

(4)

L-għamla u, fejn disponibbli, l-isem kummerċjali;

(5)

L-identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura;

▼M6

(5a)

L-identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew l-identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq;

▼M3

(6)

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(7)

Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvata;

▼M6

(7a)

Vettura kompluta jew kompletata;

▼M3

(8)

Il-kategorija tal-vettura rreġistrata;

(9)

Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni;

▼M6

(9a)

Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip;

▼M3

(10)

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2;

(11)

Il-konsum ta’ fjuwil;

▼M6

(12)

Il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura kompluta jew kompletata;

▼M6

(12a)

Fil-każ ta’ vetturi kompletati, il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi;

▼M3

(13)

Il-massa tat-test;

(14)

It-tip ta’ fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

(15)

Il-konsum ta’ enerġija elettrika;

(16)

L-awtonomija elettrika;

(17)

Kodiċi(jiet) tal-ekoinnovazzjoni;

(18)

L-iffrankar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-ekoinnovazzjoni;

▼M6 —————

▼M3

(20)

Il-kapaċità tal-magna;

(21)

Il-potenza netta massima;

(22)

Il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli.

▼M6 —————

▼M1

1.2.

Vetturi kompletati rreġistrati bħala vetturi N1

▼M6 —————

▼M3 —————

▼M6 —————

▼M1

1.2.2.   1.2.2.Rappurtar mill-manifatturi

▼M6

Għal kull vettura kompletata ġdida rrapportata mill-Istati Membri f’konformità mal-punt 1.1a., il-manifattur tal-vettura bażi għandu jirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-punt għal kull vettura bażi bl-istess numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura bħal dak tal-vettura kompletata. Id-data għandha tiġi rrapportata fi żmien 3 xhur minn meta l-manifattur jiġi nnotifikat bid-data provviżorja f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4).

▼M1

(a) 

fejn il-vettura kompletata tkun ibbażata fuq vettura bażi inkompleta:

(i) 

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(ii) 

►M6  identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura kif imsemmi fil-paragrafu 6.2.6 tar-Regolament 154 tan-NU; ◄

(iii) 

l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ monitoraġġ iddeterminati f’konformità mal-punt 1.2.4;

▼M6 —————

▼M1

(vi) 

il-massa ta’ monitoraġġ, iddeterminata f’konformità mal-punt 4.1 tal-Parti B tal-Anness I;

▼M6

(vii) 

il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi inkompleta.

▼M6 —————

▼M1

(b) 

fejn il-vettura kompletata tkun ibbażata fuq vettura bażi kompluta:

(i) 

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(ii) 

l-identifikatur tal-familja tal-vettura kif imsemmi fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu;

(iii) 

l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura bażi;

▼M6

(iv) 

il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi kompluta.

▼M1

1.2.3.   Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Il-Kummissjoni għandha tuża l-valuri rrappurtati mill-manifattur tal-vettura bażi f’konformità mal-punt 1.2.2 biex tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħha ta’ CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja li fiha tkun irreġistrata l-vettura kompletata relatata, ħlief meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1.2.5 jiġu ssodisfati, f’liema każ għandha tintuża d-data għall-vetturi kompletati.

▼M6

Meta d-data msemmija fil-punt 1.2.2 ma tiġix irrapportata mill-manifattur tal-vettura bażi, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u l-massa fi stat ta’ tħaddim irrapportati mill-Istati Membri għall-vettura kompletata relatata, f’konformità mal-punt 1.1a., għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk il-vettura taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur tal-vettura bażi kkonċernat.

▼M1

1.2.4.   Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ monitoraġġ ta’ CO2 fil-każ ta’ vetturi bażi inkompleti

▼M6

Sa mill-bidu tas-sena kalendarja 2020, il-manifattur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ monitoraġġ għal kull waħda mill-vetturi bażi inkompleti individwali tiegħu, f’konformità mal-metodu ta’ interpolazzjoni msemmi fil-punt 3.2.3.2 jew 3.2.4 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU, billi juża l-istess metodu bħal dak applikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura bażi fir-rigward tal-emissjonijiet tagħha, fejn it-termini għandhom ikunu kif definiti f’dawk il-punti bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Il-massa tal-vettura individwali

It-terminu “TMind ” imsemmi fil-paragrafu 3.2.3.2.2.1 jew 3.2.4.1.1.1 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU għandu jiġi sostitwit bil-massa prestabbilita tal-vettura bażi, DMbase. Meta DMbase tkun anqas mill-massa tat-test tal-vehicle low tal-familja ta’ interpolazzjoni (TMl), TMind għandha tiġi sostitwita b’TMl. Meta DMbase tkun ogħla mill-massa tat-test tal-vehicle high tal-familja ta’ interpolazzjoni (TMH), TMind għandha tiġi sostitwita b’TMH.

DMbase għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:

DMbase = MRObase × B0 + 25 kg + 0,28 × (TPMLM – MRObase × B0 – 25 kg)

Fejn:

MRObase

hija l-massa fi stat ta’ tħaddimtal-vettura bażi kif definita fil-paragrafu 3.2.5 tal-Anness tar-Regolament Nru 154 tan-NU;

B0

huwa l-valur tal-massa tal-karozzerija ta’ 1,375 sas-sena kalendarja 2022 u ta’ 1,351 għas-snin kalendarji 2023 sal-2034;

TPMLM

hija l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli kif iddefinita fil-paragrafu 3.2.23 tar-Regolament 154 tan-NU.

(b) 

Reżistenza għad-dawrien tal-vettura individwali

Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura bażi għandha tintuża għall-finijiet tal-paragrafu 3.2.3.2.2.2 jew 3.2.4.1.1.2 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU.

(c) 

L-influwenza ajrudinamika tal-vettura individwali

Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta li tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, il-manifattur għandu jiddetermina t-terminu “Af,ind ” imsemmi fil-paragrafu 3.2.4.1.1.3 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU f’konformità ma’ waħda mill-għażliet li ġejjin:

(i) 

l-erja ta’ quddiem tal-vettura rappreżentattiva tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, f’m2;

(ii) 

il-valur medju tal-erja ta’ quddiem tal-vehicle high u tal-vehicle low tal-familja ta’ interpolazzjoni, f’m2;

(iii) 

l-erja ta’ quddiem tal-vehicle high tal-familja ta’ interpolazzjoni, fil-każ li ma jintużax il-metodu ta’ interpolazzjoni, f’m2.

Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta li ma tkunx tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, it-terminu “f2,ind ” imsemmi fil-paragrafu 3.2.3.2.2.4 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU għandu jiġi stabbilit bħala ugwali għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

il-valur medju tat-termini “f2,L” u “f2,H” imsemmija f’dak il-punt;

(ii) 

it-terminu “f2,H” imsemmi f’dak il-punt.

▼M1

1.2.5.   Rappreżentattività tal-valur tas-CO2 ta’ monitoraġġ

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rappreżentanza tal-medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ monitoraġġ irrapportati mill-manifattur tal-vettura bażi kif imqabbla mal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vetturi kompletati relatati rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-manifattur tal-vettura bażi bid-diverġenza li nstabet bejn dawk il-valuri.

F’każ li tinstab diverġenza ta’ 4 % jew aktar matul kull waħda minn sentejn kalendarji konsekuttivi, il-Kummissjoni għandha tuża l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vetturi kompletati fis-sena kalendarja sussegwenti biex tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifattur tal-vettura bażi jew tal-konsorzju f’dik is-sena.

▼M6

2.

Id-data dettaljata msemmija fil-punt 1.1.a. għandha tittieħed miċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fil-Parti C, it-Taqsima 2a.

▼M3

2a.

Fil-każ ta’ vetturi li jieħdu żewġ tipi ta’ fjuwil, li jaħdmu bil-petrol u bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG) jew bil-petrol u bil-gass naturali kkompressat (CNG), li ċ-ċertifikati tal-konformità tagħhom jinkludu emissjonijiet speċifiċi ta’ valuri ta’ CO2 għaż-żewġ tipi ta’ fjuwils, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-valur għal-LPG jew għas-CNG skont il-każ.

Fil-każ ta’ vetturi flex fuel li jużaw il-petrol u l-fjuwil tal-etanol (E85), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-emissjonijiet speċifiċi tal-valur tas-CO2 għall-petrol.

▼B

3.

Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

(a) 

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE;

(b) 

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji, jekk disponibbli;

(c) 

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni individwali;

(d) 

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip f'serje żgħira.

▼M6 —————

▼B

C.   Il-formati għat-trażmissjoni tad-data

Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-format li ġej:



Taqsima 1

Data aggregata dwar il-monitoraġġ

Stat Membru (1)

 

Sena

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip f'serje żgħira

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji (meta disponibbli)

 

(1)   

Il-kodiċijiet ISO 3166 alpha-2 ħlief għall-Greċja u għar-Renju Unit, li l-kodiċijiet tagħhom huma “EL” u “UK” rispettivament.

▼M3 —————

▼M3

Taqsima 2a.

Data Dettaljata dwar il-Monitoraġġ – reġistrazzjoni ta’ vettura waħda



►M6  Referenza għall-Parti A, il-punt 1.1a  ◄

Data dettaljata għal kull vettura rreġistrata

Sorsi tad-data

Ċertifikat ta’ konformità (l-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683), sakemm ma jkunx indikat mod ieħor

▼M6

(1)

Isem il-manifattur (denominazzjoni standard tal-UE) (1)

L-isem assenjat mill-Kummissjoni

Isem il-manifattur (2)

0.5, jew fil-każ ta’ vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, 0.5.1 (isem il-manifattur tal-vettura bażi)

▼M3

(2)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjonijiet tiegħu

0.11

(3)

Tip

0.2

Varjant

Verżjoni

(4)

L-għamla u l-isem kummerċjali

0.1 u 0.2.1

(5)

L-identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura

0.2.3.1

▼M6

(5a)

Identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq

0.2.3.4

0.2.3.5

▼M3

(6)

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

0.10

(7)

Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvata

0.4

▼M6

(7a)

Vettura kompluta jew kompletata

0.4

▼M3

(8)

Il-kategorija tal-vettura reġistrata

Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni

(9)

Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni

Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni

▼M6

(9a)

Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip

47

▼M3

(10)

L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km)

49.4 ikkombinati, jew fejn applikabbli, ikkombinati ponderati

(11)

Il-konsum ta’ fjuwil (l/100 km jew m3/100 km jew kg/100 km)

49.4 ikkombinati, jew fejn applikabbli, ikkombinati ponderati

▼M6

(12)

Massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura kompluta jew kompletata

13

▼M6

(12a)

Massa fi stat ta’ tħaddimtal-vettura bażi (fil-każ ta’ vettura kompletata)

14

▼M3

(13)

Il-massa tat-test (vetturi kompluti u kkompletati) (kg)

47.1.1

▼M6

(14)

It-tip ta’ fjuwil

26

Il-modalità tal-fjuwil

26.1

23 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi bil-batterija)

23.1 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi ibridi li jiġu ċċarġjati esternament)

▼M3

(15)

Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

PEV: 49.5.1

OVC-HEV: 49.5.2

(16)

L-awtonomija elettrika (km)

PEV: 49.5.1

OVC-HEV: 49.5.2

(17)

Il-kodiċi(jiet) tal-ekoinnovazzjoni

49.3.1

(18)

L-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet (g CO2/km)

49.3.2.2

▼M6 —————

▼M3

(20)

Il-kapaċità tal-magna (cm3)

25

(21)

Il-potenza netta massima (kW)

27.1 u 27.3

▼M6

(22)

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (TPMLM)

16.1

▼M6 —————

Noti:

(1)  Lista ppubblikata mill-Kummissjoni fuq CIRCABC.

(2)  Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira (NSS) jew approvazzjoni individwali (IVA), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “L-isem tal-manifattur” filwaqt li fil-kolonna “Isem il-manifattur – Denominazzjoni standard tal-UE” għandu jiġi indikat wieħed minn dawn li ġejjin: “AA-NSS” jew “AA-IVA” skont il-każ.

(3)  Fejn vettura tkun mgħammra b’wisgħat differenti bejn rota u oħra tal-fusien, għandha tiġi rrapportata l-wisa’ massima tal-fus.

▼M6 —————

▼M3

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.