+ANNESS V FAŻIJIET U PRINĊIPJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SPEĊIFIKA GĦAS-SIT

ANNESS V FAŻIJIET U PRINĊIPJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SPEĊIFIKA GĦAS-SIT

ANNESS V

FAŻIJIET U PRINĊIPJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SPEĊIFIKA GĦAS-SIT

1.   

Il-karatterizzazzjoni tal-kontaminazzjoni tirrikjedi l-identifikazzjoni tan-natura tal-kontaminanti (eż. metalli tqal, kontaminanti organiċi, eċċ.) preżenti fis-sit u d-determinazzjoni tas-sors, tal-konċentrazzjoni, tal-forma kimika tagħhom, u tad-distribuzzjoni fil-ħamrija, fil-materjal oriġinali u fl-ilma ta’ taħt l-art. Il-preżenza u l-konċentrazzjoni ta’ kontaminanti fil-mezzi differenti jiġu ddeterminati permezz ta’ kampjuni u investigazzjoni fuq il-post u mhux fuq il-post, fil-każ ta’ suspett ta’ trasferiment ta’ kontaminanti. Il-kontaminanti assoċjati ma’ attivitajiet potenzjalment kontaminanti għandhom jinġabru f’kampjuni fil-mezzi rilevanti abbażi tal-kuntest ambjentali u l-proprjetajiet fiżikokimiċi tal-kontaminanti li jinfluwenzaw l-imġiba tagħhom fl-ambjent. Għandhom jitqiesu l-livelli naturali u antropoġeniċi tal-isfond.

2.   

Il-valutazzjoni tal-esponiment titlob l-identifikazzjoni tal-mogħdija li biha l-kontaminanti tal-ħamrija jistgħu jilħqu r-riċetturi. Il-mogħdijiet ta’ esponiment jistgħu jinkludu l-inalazzjoni, l-inġestjoni, il-kuntatt mal-ġilda, l-assorbiment mill-pjanti, il-migrazzjoni għall-ilma ta’ taħt l-art jew oħrajn. Il-konċentrazzjonijiet tal-kontaminanti fil-mezzi ta’ esponiment huma kkombinati ma’ parametri ta’ esponiment (eż. il-frekwenza u d-durata tal-esponiment, ir-rata ta’ inġestjoni tal-ħamrija, eċċ.) u karatteristiċi tar-riċetturi bħall-età, il-ġeneru, u l-istatus tas-saħħa għal stima tad-doża ta’ esponiment ta’ kuljum. Ir-rabtiet bejn is-sors-il-passaġġ-ir-riċevitur huma miġbura fil-qosor f’rappreżentazzjoni grafika, skematika u simplifikata (il-“mudell tas-sit kunċettwali”). L-esponiment jista’ jiġi vvalutat permezz ta’ analiżi diretta fil-punt tal-esponiment jew billi jiġi mmudellat it-trasferiment ta’ kontaminant għall-mezz tal-esponiment.

3.   

Il-valutazzjoni tat-tossiċità jew tal-periklu tinvolvi l-evalwazzjoni tal-effetti negattivi potenzjali tal-kontaminanti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, abbażi tad-doża u tad-durata tal-esponiment. Il-valutazzjoni tat-tossiċità jew tal-periklu tqis it-tossiċità inerenti tal-kontaminanti u s-suxxettibbiltà tar-riċetturi differenti esposti (bnedmin u ekosistemi), bħall-annimali, il-mikroorganiżmi, il-pjanti, it-tfal, in-nisa tqal, l-anzjani, eċċ. L-informazzjoni tossikoloġika tintuża fl-istima tad-dożi jew il-konċentrazzjonijiet ta’ referenza, użati għall-karatterizzazzjoni tar-riskju.

4.   

Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tirrikjedi l-integrazzjoni tal-informazzjoni mill-passi preċedenti għall-istima tad-daqs u l-probabbiltà tal-effetti negattivi tas-sit ikkontaminat għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż mill-migrazzjoni tal-kontaminazzjoni għal mezzi ambjentali oħra. Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tgħin biex tiġi vvalutata u prijoritizzata l-ħtieġa ta’ miżuri tat-tnaqqis tar-riskju u ta’ riabilitazzjoni, u biex jiġi żgurat li l-kundizzjoni tal-ħamrija tkun kompatibbli mal-użu attwali u ppjanat tal-art. Tista’ tgħin ukoll biex jiġu stabbiliti objettivi ta’ riabilitazzjoni tal-ħamrija jew ta’ ġestjoni għal sit, eż. biex jintlaħqu limiti massimi aċċettabbli jew valuri ta’ skrinjar ibbażati fuq ir-riskju speċifiku għas-sit. Il-valutazzjoni tar-riskju tinvolvi għadd kbir ta’ ipoteżijiet u inċertezzi. Għalhekk huwa essenzjali li dawk l-ipoteżijiet u inċertezzi jiġu evalwati biex tinftiehem bis-sħiħ is-sinifikanza tar-riżultati miksuba u biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati tajjeb.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.