+Artikolu 252 Trattament ta’ diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi
|
Artikolu 252 Trattament ta’ diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi
Artikolu 252
Trattament ta’ diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Artikolu 251, kwalunkwe diskrepanza fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jinkiseb it-trasferiment tar-riskju u l-iskoperturi sottostanti għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
(a)
il-maturità tal-iskoperturi sottostanti għandha titqies bħala l-itwal maturità ta’ kull waħda minn dawk l-iskoperturi soġġetta għal massimu ta’ ħames snin. Il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tiġi ddeterminata skont il-Kapitolu 4;
(b)
istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinjora kull diskrepanza fil-maturità meta tiġi biex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni soġġetti għal ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250 % skont din it-Taqsima. Għall-pożizzjonijiet l-oħrajn kollha, it-trattament tad-diskrepanza fil-maturità stabbilit fil-Kapitolu 4 għandu jiġi applikat skont il-formula li ġejja:
fejn:
▼M17
|
RW *
|
=
|
l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punt (a);
|
▼M5
|
RWAss
|
=
|
l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-iskoperturi sottostanti daqs li kieku ma jkunux ġew titolizzati, ikkalkolati fuq bażi pro-rata;
|
|
RWSP
|
=
|
l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju kkalkolati skont l-Artikolu 251 daqs li kieku ma kienx hemm diskrepanza fil-maturità;
|
|
T
|
=
|
il-maturità tal-iskoperturi sottostanti, espressa fi snin;
|
|
t
|
=
|
maturità tal-protezzjoni tal-kreditu, espressa fi snin;
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|