+Artikolu 383a Mudell regolatorju ta' CVA
---+Artikolu 383a 1.
---+Artikolu 383a 2.
---+Artikolu 383a 3.
---+Artikolu 383a 4.
---+Artikolu 383a 5.
|
Artikolu 383a Mudell regolatorju ta' CVA
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 383a 1.
|
Mudell regolatorju ta' CVA użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 383 għandu jkun validu kunċettwalment, jiġi implimentat b'integrità, u jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-mudell regolatorju ta' CVA huwa kapaċi jimmudella s-CVA ta' kontroparti partikolari, filwaqt li jirrikonoxxi ftehimiet ta' netting u dwar il-marġni fil-livell tas-sett ta' netting, fejn rilevanti, f'konformità ma' dan l-Artikolu;
(b)
l-istituzzjoni tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti mill-firxiet ta' kreditu tal-kontroparti u mit-telf fil-każ ta' inadempjenza skont il-kunsens tas-suq mistenni għal dik il-kontroparti;
(c)
it-telf mistenni f'inadempjenza msemmi fil-punt (a) għandu jkun l-istess bħat-telf fil-każ ta' inadempjenza skont il-kunsens tas-suq mistenni msemmi fil-punt (b), sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista' turi li l-prijorità tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' dik il-kontroparti tkun differenti mill-prijorità ta' bonds superjuri mhux iggarantiti maħruġin minn dik il-kontroparti;
(d)
f'kull mument fil-futur, l-iskopertura futura skontata simulata tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' kontroparti tiġi kkalkulata b'mudell ta' skopertura billi jiġu pprezzati mill-ġdid it-tranżazzjonijiet kollha f'dak il-portafoll, fuq il-bażi tal-bidliet konġunti ssimulati tal-fatturi tar-riskju tas-suq li huma materjali għal dawk it-tranżazzjonijiet bl-użu ta' numru xieraq ta' xenarji, u l-iskontar tal-prezzijiet sad-data tal-kalkolu bl-użu ta' rati tal-imgħax mingħajr riskju;
(e)
il-mudell regolatorju ta' CVA ikun kapaċi jimmudella dipendenza sinifikanti bejn l-iskopertura futura skontata simulata tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet u l-firxiet ta' kreditu tal-kontroparti;
(f)
meta t-tranżazzjonijiet tal-portafoll jiġu inklużi f'sett ta' netting soġġett għal ftehim dwar il-marġni u għal valwazzjoni ta' kuljum skont il-valur fis-suq, il-kollateral depożitat u riċevut bħala parti minn dak il-ftehim jiġi rrikonoxxut bħala mitigant tar-riskju fl-iskpertura futura skontata simulata, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta' riskju tal-marġni għal dak is-sett ta' netting f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 285(2) u (5), u tirrifletti dak il-perjodu ta' marġni fil-kalkolu tal-iskopertura futura skontata simulata;
(ii)
il-karatteristiċi applikabbli kollha tal-ftehim dwar il-marġni, inkluż il-frekwenza tas-sejħiet ta' marġni, it-tip ta' kollateral eliġibbli kuntrattwalment, l-ammonti ta' limitu, l-ammonti minimi ta' trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali kemm għall-istituzzjoni kif ukoll għall-kontroparti jkunu riflessi kif xieraq fil-kalkolu tal-skopertura futura skontata simulata;
(iii)
l-istituzzjoni tkun stabbiliet unità ta' ġestjoni tal-kollateral li tikkonforma mal-Artikolu 287 għall-kollateral kollu rrikonoxxut għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), CVA għandu jkollu sinjal pożittiv u għandu jiġi kkalkulat bħala funzjoni tat-telf fil-każ ta' inadempjenza mistenni tal-kontroparti, sett xieraq tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti f'punti ta' żmien futuri u sett xieraq ta' skoperturi futuri skontati simulati tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' dik il-kontroparti f'punti ta' żmien futuri sal-maturità tal-itwal tranżazzjoni f'dak il-portafoll. Għall-finijiet tad-dimostrazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-kollateral riċevut mill-kontroparti ma għandux jibdel il-prijorità tal-iskopertura. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (f)(iii), ta’ dan il-paragrafu meta l-istituzzjoni tkun diġà stabbiliet unità ta' ġestjoni tal-kollateral għall-użu tal-metodu tal-mudell intern imsemmi fl-Artikolu 283, l-istituzzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa tistabbilixxi unità ta' ġestjoni tal-kollateral addizzjonali meta dik l-istituzzjoni turi lill-awtorità kompetenti tagħha li tali unità tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 287 għall-kollateral rikonoxxut għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat.
|
|
Artikolu 383a 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), fejn il-firxiet tal-iswaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-kontroparti jkunu osservabbli fis-suq, istituzzjoni għandha tuża dawk il-firxiet. Meta tali firxiet ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu ma jkunux disponibbli, istituzzjoni għandha tuża wieħed milli ġejjin:
(a)
firxiet tal-kreditu minn strumenti oħrajn maħruġin mill-kontroparti li jirriflettu l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq;
(b)
firxiet ta' approssimazzjoni indiretta li jkunu xierqa meta jitqiesu l-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti.
|
|
Artikolu 383a 3.
|
Istituzzjoni li tuża mudell regolatorju ta' CVA għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:
(a)
il-mudell tal-eskopertura msemmi fil-paragrafu 1 huwa parti mis-sistema interna ta' ġestjoni tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni li tinkludi l-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni, l-approvazzjoni u r-rapportar intern ta' CVA u tar-riskju ta' CVA għal finijiet kontabilistiċi;
(b)
l-istituzzjoni għandha fis-seħħ proċess sabiex tiżgura l-konformità ma' sett dokumentat ta' politiki interni, ta' kontrolli, ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni u ta' proċeduri tal-mudell li jikkonċernaw il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1;
(c)
l-istituzzjoni għandu jkollha unità ta' validazzjoni indipendenti li tkun responsabbli għall-validazzjoni inizjali u kontinwa effettiva tal-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; dik l-unità għandha tkun indipendenti mill-kreditu tan-negozju u mill-unitajiet tan-negozjar, inkluż l-unità msemmija fl-Artikolu 383(1), il-punt (a), u tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' persunal b'livell ta' ħiliet li jkun xieraq sabiex tilħaq dak l-għan;
(d)
il-maniġment superjuri għandu jkun involut b'mod attiv fil-proċess ta' kontroll tar-riskju u għandu jqis il-kontroll tar-riskju ta' CVA bħala aspett essenzjali tan-negozju, li għalih jeħtieġ li jiġu ddedikati r-riżorsi xierqa;
(e)
l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-proċess għall-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 għal livell ta' dettall li jippermetti lil parti terza tifhem kif joperaw il-mudelli, il-limitazzjonijiet tagħhom u s-suppożizzjonijiet ewlenin tagħhom, u terġa' toħloq l-analiżi; dik id-dokumentazzjoni għandha tistabbilixxi l-frekwenza minima li biha ser titwettaq il-validazzjoni kontinwa, kif ukoll ċirkostanzi oħrajn, bħal bidla f'daqqa fl-imġiba tas-suq, li fihom għandha titwettaq validazzjoni addizzjonali; għandha tiddeskrivi kif titwettaq il-validazzjoni fir-rigward tal-flussi u tal-portafolli tad-data, liema analiżijiet jintużaw u kif jinbnew il-portafolli tal-kontroparti rappreżentattivi;
(f)
il-mudelli tal-ipprezzar użati fil-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 għal xenarju partikolari ta' fatturi tar-riskju tas-suq issimulati għandhom jiġu ttestjati skont parametri referenzjarji indipendenti xierqa għal firxa wiesgħa ta' stati tas-suq bħala parti mill-proċess inizjali u kontinwu ta' validazzjoni tal-mudell; mudelli tal-ipprezzar għall-opzjonijiet għandhom jikkunsidraw in-nuqqas ta' linearità tal-valur tal-opzjonijiet rigward il-fatturi tar-riskju tas-suq;
(g)
rieżami indipendenti tas-sistema interna ta' ġestjoni tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandu jitwettaq mill-proċess ta' awditjar intern tal-istituzzjoni fuq bażi regolari; dak ir-rieżami għandu jinkludi l-attivitajiet kemm tal-unità msemmija fl-Artikolu 383(1), il-punt (a), kif ukoll tal-unità ta' validazzjoni indipendenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;
(h)
il-mudell regolatorju ta' CVA użat mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata simulata imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jirrifletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet u l-ftehimiet dwar il-marġni b'mod puntwali, komplut, u konservattiv; it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrisjedu f'bażi ta' data sigura soġġetta għal awditu formali u perjodiku; it-trażmissjoni tad-data u tal-ftehimiet tal-marġni tat-termini u tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet għall-mudell tal-iskopertura għandha tkun soġġetta wkoll għal awditu intern, u għandhom ikunu fis-seħħ proċessi formali ta' rikonċiljazzjoni bejn il-mudell intern u s-sistemi tad-data tas-sors sabiex jiġi vverifikat fuq bażi kontinwa li t-termini, l-ispeċifikazzjonijiet u l-ftehimiet tal-marġni tat-tranżazzjonijiet ikunu qed jiġu riflessi fis-sistema ta' skopertura b'mod korrett jew, tal-anqas, b'mod konservattiv;
(i)
l-inputs kurrenti u storiċi tad-data tas-suq użati fil-mudell mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata simulata msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkisbu indipendentement mil-linji operatorji u jiddaħħlu f'dak il-mudell fil-ħin u b'mod sħiħ u miżmuma f'bażi tad-data sigura soġġetta għal awditu formali u perjodiku; istituzzjoni għandu jkollha proċess żviluppat sew ta' integrità tad-data sabiex tittratta osservazzjonijiet mhux xierqa tad-data; meta l-mudell jiddependi fuq data tas-suq ta' approssimazzjoni, istituzzjoni għandha tfassal politiki interni sabiex tidentifika approssimazzjonijiet xierqa u għandha turi b'mod empiriku fuq bażi kontinwa li l-approssimazzjonijiet jipprovdu rappreżentazzjoni konservattiva tar-riskju sottostanti;
(j)
il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafi 1 għandu jkopri l-informazzjoni speċifika għat-tranżazzjonijiet u kuntrattwali neċessarja sabiex jiġu aggregati skoperturi fil-livell tas-sett ta' netting; istituzzjoni għandha tivverifika li t-tranżazzjonijiet jiġu assenjati għas-sett ta' netting adatt fil-mudell.
Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA, il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista' jkollu speċifikazzjonijiet u suppożizzjonijiet differenti sabiex jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 383a, ħlief li l-inputs tad-data tas-suq u r-rikonoxximent tan-netting tagħha għandhom jibqgħu l-istess bħal dawk użati għall-finijiet kontabilistiċi.
|
|
Artikolu 383a 4.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
kif il-firxiet ta' approssimazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandhom jiġu ddeterminati mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza;
(b)
elementi tekniċi ulterjuri li l-istituzzjonijiet għandhom iqisu meta jikkalkulaw t-telf fil-każ ta' inadempjenza mistenni tal-kontroparti, il-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti u l-iskopertura futura skontata simulata tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' dik il-kontroparti u s-CVA, kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(c)
liema strumenti oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), huma xierqa sabiex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti u kif l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu din l-istima.
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 383a 5.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u tal-bidliet fl-użu tal-approċċ standardizzat kif imsemmi fl-Artikolu 383(3);
(b)
il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 383 u 383a.
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2028. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|