+4. Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u …
|
4. Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u …
Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u l-SRT lil partijiet terzi, l-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jevalwaw il-grad tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu ta’ tranżazzjoni billi jqisu, fost l-oħrajn, fatturi bħal dawn li ġejjin, safejn ikun applikabbli: - a. It-tqabbil tal-valur preżenti tal-primjums u l-ispejjeż l-oħra li għadhom mhumiex rikonoxxuti fil-fondi proprji b’mod relattiv għat-telf tal-iskoperturi protetti fuq varjetà ta’ xenarji ta’ stress;
- b. L-ipprezzar tat-tranżazzjoni b’mod relattiv għall-prezzijiet tas-suq, inkluż konsiderazzjoni xierqa tal-pagamenti tal-primjum;
- c. Il-ħin tal-pagamenti fit-tranżazzjoni, inkluż differenzi potenzjali fil-ħin bejn iż-żmien meta l-istituzzjonijiet oriġinaturi jipprovdu għall-iskoperturi protetti jew tat-tnaqqis tal-iskoperturi protetti u ż-żmien tal-pagamenti mill-bejjiegħ tal-protezzjoni;
- d. Analiżi tad-dati tas-sejħiet applikabbli biex jiġi vvalutat kemm aktarx tkun id-durata tal-protezzjoni tal-kreditu miksuba b’mod relattiv għall-ħin potenzjali tat-telf fil-ġejjieni fuq l-iskoperturi protetti;
- e. Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, b’mod partikolari analiżi dwar jekk ċertu ċirkostanzi jistgħux iwasslu għal iżjed dipendenza tal-istituzzjonijiet oriġinaturi fuq il-kontroparti li qed tipprovdi l-protezzjoni ta’ kreditu fl-istess ħin li qed tiddgħajjef il-kapaċità tal-kontroparti li tissodisfa l-obbligi tagħha;
- f. In-natura tar-rabta bejn l-entitajiet differenti involuti fit-tranżazzjoni (oriġinatur, organizzatur, investituri, bejjiegħ tal-protezzjoni eċċ);
- g. L-eżistenza ta’ forom impliċiti ta’ titjib tal-kreditu;
- h. Il-ħxuna tas-segmenti intermedji u subordinarji b’mod relattiv għall-profil tar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti; u
- i. Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-assi sottostanti: din tista’ tinkiseb permezz ta’ stress applikat fuq l-assi sottostanti, valutazzjoni tal-profil tal-pagamenti tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-assi sottostanti, evalwazzjoni tal-fatturi ewlenin tar-riskju tal-kreditu (jiġifieri LGD, PD, EAD, eċċ.).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|