+Titolu IV - Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet oriġinaturi
---+1. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni …
---+2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom għall-inqas jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti …
---+1. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom proċess ta’ governanza stabbilit …
---+2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom sistemi u kontrolli xierqa rigward l-SRT permezz …
---+3. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom politiki u metodoloġiji stabbiliti li jiżguraw …
---+1. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom politiki u metodoloġiji stabbiliti li jiżguraw li …
---+2. Il-politiki dwar l-SRT tal-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom ikunu parti mill-istrateġiji …
---+3. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jagħmlu valutazzjoni tar-riskji involuti fi kwalunkwe …
---+4. Meta jwettqu l-valutazzjoni tagħhom tal-SRT, l-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom iqisu wkoll …
---+5. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom janalizzaw jekk jistgħux b’mod prudenti jaffordjaw …
---+1. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jużaw metodi u proċeduri xierqa biex jivvalutaw u juru …
---+2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw it-telf mistenni (EL) u t-telf mhux mistenni …
---+3. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom iqisu l-istruttura tat-tranżazzjoni u l-karatteristiċi …
---+4. Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u …
|
Titolu IV - Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet oriġinaturi
Titolu IV - Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet oriġinaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha mitluba dwar it-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom għandhom il-ħsieb li juru SRT, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-valutazzjoni tal-SRT lil partijiet terzi kif speċifikat fit-Titolu I sat-Titolu III ta’ dawn il-Linji gwida.
|
|
2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom għall-inqas jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom għall-inqas jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe titolizzazzjoni li fir-rigward tagħha għandhom il-ħsieb li juru SRT li mhux simili fl-istruttura u fil-kompożizzjoni tal-portafoll għal tranżazzjonijiet preċedenti notifikati mill-istituzzjoni. 12. Governanza u politiki madwar il-valutazzjonijiet tal-SRT
|
|
1. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom proċess ta’ governanza stabbilit …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom proċess ta’ governanza stabbilit għall-evalwazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jiddikjaraw l-SRT. Dan il-proċess għandu jinkludi dettalji ta’ kumitati rilevanti, kwalunkwe proċedura ta’ approvazzjoni interna, u evidenza ta’ involviment xieraq tal-partijiet interessati u rekord tal-awditjar xieraq tad-dokumentazzjoni.
|
|
2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom sistemi u kontrolli xierqa rigward l-SRT permezz …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom sistemi u kontrolli xierqa rigward l-SRT permezz tat-titolizzazzjoni, inkluż għall-monitoraġġ kontinwu tar-rekwiżiti tal-SRT, mill-inqas fuq bażi trimestrali, tul iż-żmien sal-maturità tat-tranżazzjonijiet rilevanti.
|
|
3. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom politiki u metodoloġiji stabbiliti li jiżguraw …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom politiki u metodoloġiji stabbiliti li jiżguraw konformità kontinwa mar-rekwiżiti tal-SRT kollha skont l-Artikoli 243 u 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
1. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom politiki u metodoloġiji stabbiliti li jiżguraw li …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandu jkollhom politiki u metodoloġiji stabbiliti li jiżguraw li t-tnaqqis possibbli tar-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-istituzzjonijiet oriġinaturi permezz tat-titolizzazzjoni jkun iġġustifikat bi trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi.
|
|
2. Il-politiki dwar l-SRT tal-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom ikunu parti mill-istrateġiji …
|
Il-politiki dwar l-SRT tal-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom ikunu parti mill-istrateġiji usa’ tagħhom dwar l-allokazzjoni tal-kapital. B’mod partikolari, il-politiki tal-istituzzjonijiet oriġinaturi dwar it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u l-SRT lil partijiet terzi għandhom jispeċifikaw kif it-tranżazzjonijiet li jiddikjaraw l-SRT jallinjaw mal-istrateġiji globali tal-ġestjoni tar-riskju u l-allokazzjoni interna tal-kapital tal-istituzzjonijiet oriġinaturi.
|
|
3. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jagħmlu valutazzjoni tar-riskji involuti fi kwalunkwe …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jagħmlu valutazzjoni tar-riskji involuti fi kwalunkwe tranżazzjoni potenzjali li tiddikjara l-SRT, inkluż valutazzjoni tar-riskju tal-assi sottostanti, valutazzjoni tal-istruttura tat-titolizzazzjoni nnifisha li tqis ir-riskju tal-kreditu tas-segmenti u fatturi rilevanti oħra li jaffettwaw is-sustanza tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu.
|
|
4. Meta jwettqu l-valutazzjoni tagħhom tal-SRT, l-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom iqisu wkoll …
|
Meta jwettqu l-valutazzjoni tagħhom tal-SRT, l-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom iqisu wkoll jekk it-tnaqqis possibbli tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji huwiex konformi mat-trasferiment miksub tar-riskju tal-kreditu ekonomiku, pereżempju billi jitqabblu l-effetti tat-titolizzazzjoni fuq il-kapital ekonomiku tal-istituzzjonijiet oriġinaturi u fuq ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjonijiet oriġinaturi.
|
|
5. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom janalizzaw jekk jistgħux b’mod prudenti jaffordjaw …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom janalizzaw jekk jistgħux b’mod prudenti jaffordjaw il-primjums pagabbli taħt it-tranżazzjonijiet rilevanti meta jqisu l-qligħ, il-kapital, u l-kundizzjoni finanzjarja globali tagħhom. 14. Rekwiżiti oħra
|
|
1. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jużaw metodi u proċeduri xierqa biex jivvalutaw u juru …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jużaw metodi u proċeduri xierqa biex jivvalutaw u juru l-SRT.
|
|
2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw it-telf mistenni (EL) u t-telf mhux mistenni …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw it-telf mistenni (EL) u t-telf mhux mistenni (UL) tal-assi titolizzati saż-żmien tal-maturità tat-tranżazzjoni meta jwettqu l-valutazzjoni tal-SRT.
|
|
3. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom iqisu l-istruttura tat-tranżazzjoni u l-karatteristiċi …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom iqisu l-istruttura tat-tranżazzjoni u l-karatteristiċi strutturali tat-titolizzazzjoni, pereżempju, jekk it-tranżazzjoni hijiex fi flus jew sintetika, kwalunkwe tekniki tal-hedging jew diskrepanzi fil-maturità, jekk ikun hemm.
|
|
4. Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u …
|
Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u l-SRT lil partijiet terzi, l-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jevalwaw il-grad tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu ta’ tranżazzjoni billi jqisu, fost l-oħrajn, fatturi bħal dawn li ġejjin, safejn ikun applikabbli: - a. It-tqabbil tal-valur preżenti tal-primjums u l-ispejjeż l-oħra li għadhom mhumiex rikonoxxuti fil-fondi proprji b’mod relattiv għat-telf tal-iskoperturi protetti fuq varjetà ta’ xenarji ta’ stress;
- b. L-ipprezzar tat-tranżazzjoni b’mod relattiv għall-prezzijiet tas-suq, inkluż konsiderazzjoni xierqa tal-pagamenti tal-primjum;
- c. Il-ħin tal-pagamenti fit-tranżazzjoni, inkluż differenzi potenzjali fil-ħin bejn iż-żmien meta l-istituzzjonijiet oriġinaturi jipprovdu għall-iskoperturi protetti jew tat-tnaqqis tal-iskoperturi protetti u ż-żmien tal-pagamenti mill-bejjiegħ tal-protezzjoni;
- d. Analiżi tad-dati tas-sejħiet applikabbli biex jiġi vvalutat kemm aktarx tkun id-durata tal-protezzjoni tal-kreditu miksuba b’mod relattiv għall-ħin potenzjali tat-telf fil-ġejjieni fuq l-iskoperturi protetti;
- e. Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, b’mod partikolari analiżi dwar jekk ċertu ċirkostanzi jistgħux iwasslu għal iżjed dipendenza tal-istituzzjonijiet oriġinaturi fuq il-kontroparti li qed tipprovdi l-protezzjoni ta’ kreditu fl-istess ħin li qed tiddgħajjef il-kapaċità tal-kontroparti li tissodisfa l-obbligi tagħha;
- f. In-natura tar-rabta bejn l-entitajiet differenti involuti fit-tranżazzjoni (oriġinatur, organizzatur, investituri, bejjiegħ tal-protezzjoni eċċ);
- g. L-eżistenza ta’ forom impliċiti ta’ titjib tal-kreditu;
- h. Il-ħxuna tas-segmenti intermedji u subordinarji b’mod relattiv għall-profil tar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti; u
- i. Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-assi sottostanti: din tista’ tinkiseb permezz ta’ stress applikat fuq l-assi sottostanti, valutazzjoni tal-profil tal-pagamenti tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-assi sottostanti, evalwazzjoni tal-fatturi ewlenin tar-riskju tal-kreditu (jiġifieri LGD, PD, EAD, eċċ.).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|