+Il-karatteristiċi ewlenin ta’ test jew rieżami
---+9. Il- karatteristiċi ewlenin ta’ test jew rieżami għandhom ikunu skeda ta’ żmien , kamp ta’ …
---+10. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom skeda ta’ żmien preċiża, inkluża data ta’ …
---+11. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom kamp ta’ applikazzjoni predefinit . Il- …
---+12. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom perjodu ta’ żmien u/jew data ta’ referenza . …
---+13. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom skadenza sa meta l - awtoritajiet kompetenti …
---+14. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandhom ikunu sostnuti minn metodoloġija komuni ddettaljata. …

Il-karatteristiċi ewlenin ta’ test jew rieżami

Il-karatteristiċi ewlenin ta’ test jew rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
9. Il- karatteristiċi ewlenin ta’ test jew rieżami għandhom ikunu skeda ta’ żmien , kamp ta’ …

Il- karatteristiċi ewlenin ta’ test jew rieżami għandhom ikunu skeda ta’ żmien , kamp ta’ applikazzjoni , perjodu ta’ żmien u data ta’ referenza , proċess ta’ rieżami tal-kwalità , metodoloġija komuni u, fejn rilevanti, xenarju makroekonomiku u ‘hurdle rates’, kif ukoll limitu ta’ żmien sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas .

10. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom skeda ta’ żmien preċiża, inkluża data ta’ …

It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom skeda ta’ żmien preċiża, inkluża data ta’ tnedija u skadenza għall - istituzzjonijiet soġġetti għat -test jew ir- rieżami sabiex jipprovdu r - riżultati tagħhom lill - awtoritajiet kompetenti rilevanti . Għandhom jinkludu wkoll skadenza għall - komunikazzjoni (pubblikazzjonI) tar -r iżultati tat -test jew ir- rieżami mill- awtorità kompetenti rilevanti jew il- koordinatur tal - eżerċizzju. Għall - eżerċizzji, il - koordinatur għandu jkun identifikat biċ - ċar u l - proċessi ta’ koordinazzjoni mal - awtoritajiet kompetenti u l - istituzzjonijiet involut i għandhom ikunu ddefiniti biċ - ċar u mifhumin qabel ma jsiru t -testijiet jew ir- rieżamijiet .

11. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom kamp ta’ applikazzjoni predefinit . Il- …

It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom kamp ta’ applikazzjoni predefinit . Il- kampjun tal - istituzzjonijiet soġġetti għat -test jew ir- rieżami għandu jkun iddefinit biċ - ċar. Għandu jkopri kampjun materjali tal - istituzzjonijiet f’termini ta’ riskji u assi. Għandha tiġi pprovduta wkoll spjegazzjoni tar - raġunijiet makroekonomiċi u/jew prudenzjali li jistabbilixxu l - kampjun . Din l-ispjegazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq ċifri kwalitattivi assoluti jew relattivi u ssostni l - materjalità tal- kampjun iddefinit .

12. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom perjodu ta’ żmien u/jew data ta’ referenza . …

It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom perjodu ta’ żmien u/jew data ta’ referenza . It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandhom isiru fuq il - bażi ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji u ċifri superviżorji b’referenza għal data predefinita. L - iskop tal - perjodu ta’ żmien huwa li jiġi stabbilit it- tul ta’ żmien li matulu ser jiġu applikati x - xenarji, jiġifieri fuq numru speċifik at ta’ snin. Il-perjodu ta’ żmien u d- data ta’ referenza għat -test jew ir- rieżami għandhom jiġu identifikati biċ - ċar fil - metodoloġija komuni tat -test jew tar- rieżami u għandhom jinfluwenzaw il -limitu ta’ żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l - miżuri. Il -pe rjodu ta’ żmien u l -limitu ta’ żmien meħtieġa sabiex jiġu implimentati l - miżuri jistgħu jiddependu mill - karatteristiċi tar - riskju tal - iskoperturi analizzati u fuq jekk humiex ser isiru testijiet (perspettiva dinamika u fit -tul) jew rieżamijiet (approċċ ta’ żmien partikolari u fuq perjodu qasir ).

13. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom skadenza sa meta l - awtoritajiet kompetenti …

It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandu jkollhom skadenza sa meta l - awtoritajiet kompetenti jridu jwettqu l - proċess ta’ rieżami tal-kwalità u l- valutazzjoni tagħhom u sabiex jipprovdu r - riżultati tal- istituzzjonijiet ikkonċernati lill - koordinatur f’eżerċizzju. Iċ - ċifri , l- approċċi u l - projjezzjonijiet tal- banek għandhom ikunu soġġetti għal verifiki ddettaljati tal - plawżibbiltà fl - analiżi tal - garanzija tal - kwalità, inkluż paragun kontra punti ta’ riferiment rilevanti. Dan jista’ jwassal għal talbiet għal rieżamijiet fiċ - ċifri u l- projezzjonijiet tal - banek fil - kuntest tal - proċess ta’ garanzija tal- kwalità .

14. It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandhom ikunu sostnuti minn metodoloġija komuni ddettaljata. …

It-testijiet jew ir- rieżamijiet għandhom ikunu sostnuti minn metodoloġija komuni ddettaljata. It- testijiet għandhom ikunu sostnuti wkoll minn xenarju makroekonomiku wieħed jew iktar. Il - metodoloġija, li mhux bilfors tkun approċċ li jistabbilixxi min għadda/weħel minn test, għandha tinkludi wkoll firxa ta’ ‘hurdle rates’ jew indikaturi li jirrappreżentaw ir - referenzi kwantitattivi użati biex jgħinu fil - valutazzjoni tal - funzjoni ta’ reazzjoni superviżorja xierqa, inklużi ħtiġijiet ta’ kapital addizzjonali . Meta jiġu konklużi t -testijiet jew ir- rieżamijiet , l- istituzzjonijiet għandhom jiġu ppożizzjonati skont il - ‘hurdle(s) rate(s)’ iddefiniti fil - metodoloġija tat -test jew ir- rieżami . Din il- valutazzjoni tista’ tidentifika l - ħtieġa li l - istituzzjonijiet ipattu għal nuqqas fil - kapital skont ‘hurdle rates’ differenti. Meta jiġi identifikat nuqqas fil - kapital, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill - istituzzjonijiet sabiex jindirizzaw dan in - nuqqas b’mezzi privati. L - istituzzjonijiet għandhom jindirizzaw dan in -nu qqas permezz ta’ żidiet fil - kapital privat jew miżuri oħrajn li jridu jittieħdu mill - istituzzjoni fi ħdan limitu ta’ żmien speċifiku , li għandu jiġi ddefinit fl - eżerċizzju jew skont il - kriterji indikati fl - eżerċizzju .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/