+5.2 Il-modalita jiet għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tal-SGD u tat- tagħrif bejn l -SGD
---+60. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-SGD jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom …
---+61. L-Artikolu 14(6), b’konnessjoni mal-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE, jitlob li jsir …
---+62. Filwaqt li d- dispożizzjoni msemmija fuq tiggarantixxi sett minimu komuni ta’ standards ta’ …
---+63. L- għoti ta’ data preċiża huwa pass importanti sabiex jiġi żgurat trasferiment effettiv tat- …
---+64. Id-data tal- għeluq għandha tiġi stabbilita qabel ma l-istituzzjoni titlaq formalment lill-SGD …
---+65. It- tagħrif li jrid jintbagħat għandu jinkludi kwalunkwe ħaġa li l-SGD li tittrasferixxi u …
---+66. L-SGD li tittrasferixxi ma għandhiex tintalab tikseb tagħrif ġdid bl-iskop li tittrasferixxih …
---+67. L-SGD li tittrasferixxi għandha tkun tista’ tirrifjuta li tikkondividi tagħ rif li, minħabba …
---+68. Kwalunkwe spejjeż marbuta mal- ġbir tal-fondi mill-SGD li tittrasferixxi, fejn, pereżempju …
---+69. L-SGD riċeventi għandha tipprovdi lill-SGD li qed tittrasferixxi bid-dettalji tal-kont u …
---+70. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jirrikonoxxu li l-SGD li qed tittrasferixxi tipprovdi …
---+71. Skont il-paragrafu 13(d) tal-linji gwida tal-EBA dwar l-impenji tal- ħlas għall -iskemi ta’ …
---+72. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sa meta l-SGD li …
---+73. Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li tinforza l-impenn u tittrasferixxi r-rikavat …
---+74. Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li ma tinfurzax l-impenji tal- ħlas, hija għandha …
---+75. Sħubija ta’ SGD hija kundizzjoni meħtieġa sabiex istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tieħu …
---+76. Meta l-SGD riċeventi tkun lesta li tieħu r-riskju li taċċetta l-istituzzjoni ta’ kreditu membru …
---+77. L-SGD għ andhom jikkomunikaw bl- Ingliż meta jibagħtu t- tagħrif minn SGD waħda lill-SGD …
---+78. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifi kaw li l-SGD riċeventi hija responsabbli għal …
---+79. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jinkludu klawżola li tispeċifika li meta jkun hemm …
|
5.2 Il-modalita jiet għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tal-SGD u tat- tagħrif bejn l -SGD
5.2 Il-modalita jiet għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tal-SGD u tat- tagħrif bejn l -SGD
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
60. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-SGD jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-SGD jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet li ġejjin għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet u tat- tagħrif minn SGD għal oħra f’każ li istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru ta’ SGD u minflok tissieħeb ma’ SGD oħra, inklużi trasferimenti domestiċi u transkonfinali, skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE:
|
|
61. L-Artikolu 14(6), b’konnessjoni mal-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE, jitlob li jsir …
|
L-Artikolu 14(6), b’konnessjoni mal-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE, jitlob li jsir skambju effettiv ta’ tagħrif bejn l-SGD, b’konformità mal-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data li tappartjeni għall -kontijiet tad- depożitanti. Huwa jitlob ukoll li l- ipproċessa r tad-data jsir b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE.
|
|
62. Filwaqt li d- dispożizzjoni msemmija fuq tiggarantixxi sett minimu komuni ta’ standards ta’ …
|
Filwaqt li d- dispożizzjoni msemmija fuq tiggarantixxi sett minimu komuni ta’ standards ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data, hija ma twaqqafx lill-ftehimiet ta’ kooperazzjoni milli jistabbilixxu standards aktar stretti, sakemm dan ikun maqbul fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni.
|
|
63. L- għoti ta’ data preċiża huwa pass importanti sabiex jiġi żgurat trasferiment effettiv tat- …
|
L- għoti ta’ data preċiża huwa pass importanti sabiex jiġi żgurat trasferiment effettiv tat- tagħrif minn SGD waħda għal oħra. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifika w id-data tal-għeluq għall -SGD li minn magħha ser tkun qed tinħall l-istituzzjoni ta’ kreditu membru (l-SGD li tittrasferixxi) sabiex tinnotifika lill-SGD li magħha trid tissieħeb l-istituzzjoni ta’ kreditu membru kkonċernata (l-SGD riċeventi) dwar l-intenzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu membru li tissieħeb mal-SGD riċeventi jew, meta istituzzjoni ta’ kreditu membru tikkomunika lill-SGD riċeventi l-intenzjoni tagħha li ssir istituzzjoni ta’ kreditu membru ta’ tali SGD, sabiex tinnotifika lill-SGD li tittr asferixxi dwar din iċ - ċirkostanza. Id-data tal- għeluq imsemmija fuq għandha tibda mid-data li fiha: - • l-istituzzjoni ta’ kreditu membru tinnotifika lill-SGD li tittrasferixxi bix - xewqa tagħha li tissieħeb ma’ SGD oħra, meta l-SGD li tkun qiegħda tittrasferixxi tkun taf ma’ liema SGD għandha l- ħsieb li tissieħeb l-istituzzjoni; jew
- • l-istituzzjoni ta’ kreditu membru tinnotifika lill-SGD riċeventi bix - xewqa tagħha li tissieħeb.
|
|
64. Id-data tal- għeluq għandha tiġi stabbilita qabel ma l-istituzzjoni titlaq formalment lill-SGD …
|
Id-data tal- għeluq għandha tiġi stabbilita qabel ma l-istituzzjoni titlaq formalment lill-SGD li tkun qed tittrasferixxi u tissieħeb ma’ dik riċeventi.
|
|
65. It- tagħrif li jrid jintbagħat għandu jinkludi kwalunkwe ħaġa li l-SGD li tittrasferixxi u …
|
It- tagħrif li jrid jintbagħat għandu jinkludi kwalunkwe ħaġa li l-SGD li tittrasferixxi u l-SGD riċeventi flimkien iqisu bħala rilevanti, inkluż u fejn disponibbli: - a. tagħrif aggregat dwar il-kontribuzzjonijiet regolari kollha (u d- depożiti relatati) li jiġu ttrasferiti minn SGD waħda għall -SGD l- oħra, inkluż, fejn ikun rilevanti, tagħrif aggregat dwar il-flussi ta’ depożiti fl-istituzzjoni ta’ kreditu membru għal perjodu maqbul mi ż - żewġ SGD;
- b. kwalunkwe verifiki, valutazzjonijiet u testijiet preċedentement imwettqa fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li tipproduċi fajls ta’ SCV u tagħrif ieħor preċedentement mitlub mill-SGD li tittrasferixxi, b’mod partikolari dwar il-kwalità tad-data pprovduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu membru;
- c. kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor, inkluż tagħrif dwar inċidenti li kważi seħħew relatati ma’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu membru.
|
|
66. L-SGD li tittrasferixxi ma għandhiex tintalab tikseb tagħrif ġdid bl-iskop li tittrasferixxih …
|
L-SGD li tittrasferixxi ma għandhiex tintalab tikseb tagħrif ġdid bl-iskop li tittrasferixxih lill-SGD riċeventi. L-SGD riċeventi ser ikollha s- setgħa li titlob l-aktar tagħrif aġġornat direttament mingħand l-istituzzjoni wara li taċċettaha bħala membru.
|
|
67. L-SGD li tittrasferixxi għandha tkun tista’ tirrifjuta li tikkondividi tagħ rif li, minħabba …
|
L-SGD li tittrasferixxi għandha tkun tista’ tirrifjuta li tikkondividi tagħ rif li, minħabba n-natura sensittiva tiegħu, ma jkunx jista’ jiġi kondiviż skont il- liġi nazzjonali jew tal-UE. - n. Il- modalitajiet għat -trasferiment tal- kontribuzzjonijiet regolari mħallsa matul it -12-il xahar ta’ qabel tmiem is - sħubija u l - munita użata għall - ħlas
|
|
68. Kwalunkwe spejjeż marbuta mal- ġbir tal-fondi mill-SGD li tittrasferixxi, fejn, pereżempju …
|
Kwalunkwe spejjeż marbuta mal- ġbir tal-fondi mill-SGD li tittrasferixxi, fejn, pereżempju, l-SGD li tittrasferixxi riċentament tkun għamlet żborż u tkun trid tiġbor fondi addizzjonali għat - trasferiment lill-SGD riċeventi, għandhom jitħallsu mill-SGD li tkun qed tittrasferixxi.
|
|
69. L-SGD riċeventi għandha tipprovdi lill-SGD li qed tittrasferixxi bid-dettalji tal-kont u …
|
L-SGD riċeventi għandha tipprovdi lill-SGD li qed tittrasferixxi bid-dettalji tal-kont u kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor sabiex ikun jista’ jsir it-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet. Il-kontijiet u l-metodu ta’ trasferiment tal-fondi magħżula għandhom jiżguraw l-akbar sigurtà tal-fondi u l-puntwalità tat-trasferiment.
|
|
70. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jirrikonoxxu li l-SGD li qed tittrasferixxi tipprovdi …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jirrikonoxxu li l-SGD li qed tittrasferixxi tipprovdi fondi fil-munita li biha oriġinarjament ikunu ġew ipprovduti l-kontribuzzjonijiet. L-SGD riċeventi għandha tħallas l- ispejjeż ta’ kwalunkwe operazzjonijiet relatati mal-kambju tal-munita. - o. It-trattament tal-impenji tal- ħlas, inkluż it -trasferiment potenzjali tal-impenji magħmula fl - aħħar 12 - il xahar
|
|
71. Skont il-paragrafu 13(d) tal-linji gwida tal-EBA dwar l-impenji tal- ħlas għall -iskemi ta’ …
|
Skont il-paragrafu 13(d) tal-linji gwida tal-EBA dwar l-impenji tal- ħlas għall -iskemi ta’ garanzija tad- depożiti5 , meta istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru ta’ SGD u minflok tissieħeb ma’ SGD oħra, l-SGD li tittrasferixxi għandha tiżgura li l-mezzi finanzjarji li jikkorrespondu għall - perjodu ta’ 12-il xahar qabel tmiem is- sħubija jiġu ttrasferiti lill-SGD riċeventi, billi: - • tinforza l-impenji u tittrasferixxi r-rikavat lill-SGD riċeventi; jew
- • terġa’ tassenja l- arranġament tal-impenji tal- ħlas lill-SGD riċeventi bi qbil ma’ din tal-aħħar u mal-istituzzjoni ta’ kreditu.
5 EBA/GL/2015/09.
|
|
72. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sa meta l-SGD li …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sa meta l-SGD li tittrasferixxi, fejn rilevanti bi qbil mal-istituzzjoni ta’ kreditu, għandha tiddeċiedi liema waħda miż - żewġ għażliet ser issegwi. Il-ftehimiet ma għandhomx jispeċifikaw l- għażla minn qabel, minħabba li d- deċiżjoni tkun speċifika għall - każ.
|
|
73. Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li tinforza l-impenn u tittrasferixxi r-rikavat …
|
Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li tinforza l-impenn u tittrasferixxi r-rikavat lill-SGD riċeventi, għandhom japplikaw id-di spożizzjonijiet stipulati fit- taqsima msemmija fuq dwar il-modalitajiet għall -avvanz tal-kontribuzzjonijiet regolari mħallsa matul l- aħħar 12-il xahar qabel tmiem is- sħubija.
|
|
74. Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li ma tinfurzax l-impenji tal- ħlas, hija għandha …
|
Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li ma tinfurzax l-impenji tal- ħlas, hija għandha timpenja ruħha mal-SGD riċeventi sabiex tistabbilixxi jekk l-SGD riċeventi hijiex lesta li taċċetta l-assenjazzjoni mill- ġdid ta’ dawk l-impenji tal- ħlas. L-assenjazzjoni mill- ġdid tista’ sseħħ biss wara qbil miż - żewġ SGD. Meta l-SGD riċeventi tirrifjuta l-assenjazzjoni mill- ġdid, l-SGD li tittrasferixxi għandha tinforza l-impenji tal- ħlas u tittrasferixxi r-rikavat lill-SGD riċeventi. - p. Skeda ta’ żmien għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet
|
|
75. Sħubija ta’ SGD hija kundizzjoni meħtieġa sabiex istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tieħu …
|
Sħubija ta’ SGD hija kundizzjoni meħtieġa sabiex istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tieħu depożiti. Barra minn hekk, l-SGD riċeventi għandha tkun tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha lejn id- depożitanti tal-istituzzjoni ta’ kreditu membru mill-ewwel jum. Għalhekk, it-trasferiment ta’ sħubija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jseħħ mingħajr xkiel. Dan jimplika li t-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet minn SGD għal oħra għandu jseħħ fl-istess jum li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu membru titlaq SGD waħda biex tissieħeb mal-SGD l- oħra. L- arranġament sabiex it-trasferiment isir fl-istess jum jelimina wkoll ir-riskju li l-SGD li tittrasferixxi tuża l-fondi kkontribwiti minn din l-istituzzjoni fi żborż jew riżoluzzjoni wara li l-istituzzjoni ta’ kreditu membru tkun inħallet mill-SGD li tittrasferixxi.
|
|
76. Meta l-SGD riċeventi tkun lesta li tieħu r-riskju li taċċetta l-istituzzjoni ta’ kreditu membru …
|
Meta l-SGD riċeventi tkun lesta li tieħu r-riskju li taċċetta l-istituzzjoni ta’ kreditu membru ġ dida mingħajr ma tirċievi t-trasferiment fl-istess jum, hija għandha taqbel fuq id-data tal-għeluq għat -trasferiment mal-SGD li tittrasferixxi.
|
|
77. L-SGD għ andhom jikkomunikaw bl- Ingliż meta jibagħtu t- tagħrif minn SGD waħda lill-SGD …
|
L-SGD għ andhom jikkomunikaw bl- Ingliż meta jibagħtu t- tagħrif minn SGD waħda lill-SGD l-oħra, sakemm ma jaqblux b’mod bilaterali li tintuża lingwa oħra. - r. L- ispejjeż assoċjati mat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet
|
|
78. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifi kaw li l-SGD riċeventi hija responsabbli għal …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifi kaw li l-SGD riċeventi hija responsabbli għal kwalunkwe spejjeż assoċjati mat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet (kemm jekk fondi jew impenji ta’ ħlas) mill-SGD li tittrasferixxi, u kwalunkwe spejjeż oħrajn assoċjati mat-trasferiment, inklużi traduzzjonijiet tat- tagħrif mitlub. Madankollu, fejn ikun meħtieġ, l-ispejjeż tal- ġbir tal-fondi għandhom jitħallsu mill-SGD li tkun qed tagħmel it-trasferiment. - s. It-trattament tad-dewmien
|
|
79. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jinkludu klawżola li tispeċifika li meta jkun hemm …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jinkludu klawżola li tispeċifika li meta jkun hemm dewmien fl- għoti tat- tagħrif jew tal-fondi, kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw mill-konsegwenzi ta’ tali dewmien għandhom jitħallsu mill-SGD responsabbli għad -dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|