+Notifika u dokumentazzjoni
---+25. Ir-rekwiżit tan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti rigward kwalunkwe tranżazzjoni …
---+26. Meta tiġi notifikata tranżazzjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru …
|
Notifika u dokumentazzjoni
Notifika u dokumentazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
25. Ir-rekwiżit tan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti rigward kwalunkwe tranżazzjoni …
|
Ir-rekwiżit tan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti rigward kwalunkwe tranżazzjoni, irrispettivament minn jekk tipprovdix appoġġ għat-titolizzazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu japplika għal kwalunkwe tranżazzjoni li hija konkluża minn istituzzjoni oriġinatriċi jew minn istituzzjoni sponsor jew li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: - (a) hija konkluża minn entità, minbarra l-istituzzjoni oriġinatriċi, (i) li hija impriża omm ta’ istituzzjoni oriġinatriċi, impriża sussidjarja tal-istituzzjoni oriġinatriċi jew impriża sussidjarja ta’ impriża omm tal-istituzzjoni oriġinatriċi jew (ii) li permezz tagħha l-istituzzjoni oriġinatriċi jew entità oħra kkontemplata fil-partita (i) ipprovdiet, direttament jew indirettament, kwalunkwe finanzjament, appoġġ jew struzzjoni jew daħlet fi kwalunkwe arranġament fir-rigward tad-dħul f’tali tranżazzjoni; u
- (b) tkun soġġetta għal dawn il-linji gwida li kieku ġew konklużi mill-istituzzjoni oriġinatriċi.
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-subparagrafi (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu 25 jiġu ssodisfati, it-tranżazzjoni għandha tiġi vvalutata daqslikieku ġiet konkluża mill-istituzzjoni oriġinatriċi.
|
|
26. Meta tiġi notifikata tranżazzjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru …
|
Meta tiġi notifikata tranżazzjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (kif speċifikat ulterjorment fil-paragrafu 25), l-istituzzjoni oriġinatriċi jew, skont il-każ, l-istituzzjoni sponsor għandha: - (a) tipprovdi evidenza adegwata li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti f’dawn il-linji gwida, jekk tikklejmja li t-tranżazzjoni ma tikkostitwixxix appoġġ impliċitu; u
- (b) jekk it-tranżazzjoni titwettaq minn waħda mill-entitajiet msemmija taħt entrata (i) jew
- (ii) tal-paragrafu 25(a), l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tipprovdi wkoll dokumentazzjoni dwar it-tip ta’ relazzjoni bejn l-istituzzjoni oriġinatriċi u l-entità rilevanti jew, skont il-każ, il-finanzjament, l-appoġġ, l-istruzzjonijiet jew l-arranġamenti pprovduti jew konklużi mill-istituzzjoni oriġinatriċi jew ma’ dik l-entità għall-finijiet tat-twettiq tat-tranżazzjoni rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|