+7.4 Informazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji
---+46. Dwar l-istabbiliment tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji …
---+47. Għall-istituzzjonijiet bil-mekkaniżmi tal-prezzijiet tat-trasferiment tal-likwidità (LTP) …
---+48. Dwar l-evidenzjar tal-allokazzjoni tal-ispejeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni …
---+49. Għall-istituzzjonijiet b'mekkaniżmi LTP stabbiliti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' …
|
7.4 Informazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji
7.4.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
46. Dwar l-istabbiliment tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji …
|
Dwar l-istabbiliment tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej: - a. deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji, kif ukoll il-kriterji għall-għażla tal-elementi tal-finanzjament u l-likwidità li jiżguraw li jitqiesu l-benefiċċji u l-ispejjeż rilevanti kollha, kif ukoll kwalunkwe frekwenza tal-aġġustament tal-prezzijiet;
- b. deskrizzjoni tar-rabtiet ta' ġewwa bejn il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-likwidità u l-ġestjoni tar-riskju u l-ġestjoni globali tal-istituzzjoni.
|
|
47. Għall-istituzzjonijiet bil-mekkaniżmi tal-prezzijiet tat-trasferiment tal-likwidità (LTP) …
|
Għall-istituzzjonijiet bil-mekkaniżmi tal-prezzijiet tat-trasferiment tal-likwidità (LTP) stabbiliti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-LTP u b'mod partikolari tar-rabtiet inkroċjati bejn l-LTP u t-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiku, kif ukoll it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-front office dwar il-ġenerazzjoni tal-assi u l-passivi. 7.4.2 Dokumentazzjoni operazzjonali
|
|
48. Dwar l-evidenzjar tal-allokazzjoni tal-ispejeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni …
|
Dwar l-evidenzjar tal-allokazzjoni tal-ispejeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej: - a. deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-likwidità attwali u ħarsa ġenerali kwantitattiva tal-kalibrazzjoni attwali tiegħu (eż. kurvi tar-rati tal-imgħax, rati ta' referenzi interni għall-kategoriji prinċipali tal-assi u l-passivi li qed jintużaw, eċċ.);
- b. deskrizzjoni tal-integrazzjoni attwali tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-likwidità fil-kejl tal-profittabbiltà għal ġenerazzjoni ġdida tal-assi u l-passivi, kemm fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll barra l-karta tal-bilanċ;
- c. deskrizzjoni tal-integrazzjoni attwali tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-likwidità fil-ġestjoni tal-prestazzjoni, fejn ikun meħtieġ maqsumin f'reġjuni jew f'unitajiet/linji operatorji.
|
|
49. Għall-istituzzjonijiet b'mekkaniżmi LTP stabbiliti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' …
|
Għall-istituzzjonijiet b'mekkaniżmi LTP stabbiliti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' qabel għandha tkopri wkoll il-funzjonament tal-LTP u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn l-LTP u l-proporzjonijiet ta' riskju prinċipali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|