+Titolu II - Linji gwida li jikkonċernaw it-trattament applikabbli għal
---+8. Dawn il-linji gwida stabbiliti hawn taħt jirrigwardaw biss l-interrelazzjoni bejn ir-Regolament …
---+9. Huma jservu biex jiċċaraw kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi …
---+10. Regola ta’ gwida 1: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni …
---+11. Regola ta’ gwida 2: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tkun qed tiddetermina l-ordni u l-ammont …
---+12. Hawn taħt hawn stabbilita gwida dwar kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw …
---+13. Sabiex ikunu inklużi bħala fondi proprji, strumenti AT1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet …
---+14. Id-Direttiva 2006/48/KE ma tipprovdix għall-istess kundizzjoni għall-għanijiet tal-eliġibbiltà …
---+15. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+16. Skont ir-regola ta’ gwida 1, u biex jiġi żgurat ir-rispett għall-ġerarkija tal-kredituri …
---+17. Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istrumenti ta’ anterjorità huma inklużi fil-fondi …
---+18. Skont ir-reġim tal-amortizzament stabbilit fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+19. L-ammont amortizzat tal-istrumenti T2 għandu jkun ukoll soġġett għall-istess trattament …
---+20. Barra minn hekk, l-istrumenti AT1 għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod irrispettivament minn …

Titolu II - Linji gwida li jikkonċernaw it-trattament applikabbli għal

Titolu II - Linji gwida li jikkonċernaw it-trattament applikabbli għal

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
8. Dawn il-linji gwida stabbiliti hawn taħt jirrigwardaw biss l-interrelazzjoni bejn ir-Regolament …

Dawn il-linji gwida stabbiliti hawn taħt jirrigwardaw biss l-interrelazzjoni bejn ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE mad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni f’każ ta’ applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew tal-poter tal-konverżjoni tal-PONV. Huma ma jindirizzaw l-ebda interrelazzjoni oħra tad-Direttiva 2014/59/UE mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.

9. Huma jservu biex jiċċaraw kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi …

Huma jservu biex jiċċaraw kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi kuntrattwali tal-istrumenti maħruġa mill-entità soġġetta għall-użu tal-poter tar-rikapitalizzazzjoni interna jew tal-PONV li jikkwalifikaw bħala strumenti T1 jew T2 addizzjonali skont il-qafas stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE meta tiġi ddeterminata l-ordni tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni. F’ċerti każijiet il-qafas imsemmi l-aħħar jirrikonoxxi l-istrumenti bħala strumenti kapitali, iżda minħabba karatteristiċi kuntrattwali partikolari huma parzjalment jew totalment esklużi mill-kalkolu tal-”fondi proprji”. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandom jiżguraw li t-trattament tal-istrumenti fl-istess kategorija tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni deskritta fl-Artikolu 48(1) jew fl-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jikkonforma mal-ġerarkija tal-kredituri fi proċeduri normali ta’ insolvenza.

10. Regola ta’ gwida 1: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni …

Regola ta’ gwida 1: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew il-poter tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni fil-PONV, għandha tittratta l-istrumenti kapitali li jappartjenu għall-istess kategorija tas-sekwenza stabbilita bl-Artikolu 48 jew bl-Artikolu 60 tal-BRRD u li jikklassifikaw b’mod ugwali fl-insolvenza bl-istess mod, irrispettivament mill-karatteristiċi l-oħrajn tagħhom jew mit-termini kuntrattwali mhux skattati li jirregolaw it-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni tagħhom. B’mod partikolari għandha ssirilhom valwazzjoni negattiva bl-istess mod jew ikunu soġġetti għall-istess termini ta’ konverżjoni.Jekk episodju skattatur kuntrattwali li jirriżulta fil-valwazzjoni negattiva jew fil-konverżjoni ta’ strument iseħħ qabel jew fl-istess ħin tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe mill-poteri, il-valutazzjoni tal-ġerarkija tal-kredituri għandha tirrifletti l-effetti ta’ dik il-valwazzjoni negattiva jew ta' dik il-konverżjoni.

11. Regola ta’ gwida 2: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tkun qed tiddetermina l-ordni u l-ammont …

Regola ta’ gwida 2: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tkun qed tiddetermina l-ordni u l-ammont tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni, għandha tapplika l-istess trattament lill-istrumenti eliġibbli kollha bħala fondi proprji, skont il-Parti 2 jew il-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, indipendentement minn jekk humiex parzjalment jew totalment esklużi milli jgħoddu għall-fondi proprji ta’ istituzzjoni.B’mod partikolari għandha ssirilhom valwazzjoni negattiva bl-istess mod jew ikunu soġġetti għall-istess termini ta’ konverżjoni.

12. Hawn taħt hawn stabbilita gwida dwar kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw …

Hawn taħt hawn stabbilita gwida dwar kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw dawn ir-regoli ta’ gwida f’każijiet partikolari.

L-applikazzjoni tar-regola ta’ gwida 1: strumenti AT1 maħruġin li jissodisfaw bis-sħiħ il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u strumenti ta’ anterjorità skont il-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 ta’ dak ir-regolament bl-istess klassifikazzjoni fil-ġerarkija tal-kredituri huma soġġetti għall-istess trattament għall-għanijiet tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni . B’mod partikolari għandha ssirilhom valwazzjoni negattiva bl-istess mod jew ikunu soġġetti għall-istess termini ta’ konverżjoni.

13. Sabiex ikunu inklużi bħala fondi proprji, strumenti AT1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet …

Sabiex ikunu inklużi bħala fondi proprji, strumenti AT1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-Artikolu 52 jipprovdi li strumenti AT1 għandu jkollhom dispożizzjonijiet kuntrattwali li skonthom, malli jseħħ episodju skattatur, l-ammont prinċipali tal-istrument jitnaqqas fuq bażi permanenti jew temporanja jew l-istrumenti jiġu kkonvertiti għal CET1. Għall-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 54(1),

  • (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jeħtieġ ukoll li strumenti AT1 jiġu kkonvertiti meta l-proporzjon ta’ CET1 jinżel għal 5.125%, jew ogħla jekk ikun speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument. Id-dispożizzjonijiet tal-istrument jistgħu jinkludu aktar minn skattatur wieħed, u jridu jispeċifikaw jew ir-rata tal-konverżjoni u l-limitu fuq l-ammont ta’ konverżjoni permess, jew firxa li fiha l-istrumenti ser jikkonvertu għal CET1 (l-Artikolu 54(1), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013).
14. Id-Direttiva 2006/48/KE ma tipprovdix għall-istess kundizzjoni għall-għanijiet tal-eliġibbiltà …

Id-Direttiva 2006/48/KE ma tipprovdix għall-istess kundizzjoni għall-għanijiet tal-eliġibbiltà tal-istrumenti bħala fondi proprji.

15. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-anterjorità ta’ strumenti kapitali), oġġetti eliġibbli bħala fondi proprji skont il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni għad-Direttiva 2006/48/KE huma eliġibbli li jiġu kkalkolati fil-fondi proprji għall-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 minkejja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikoli 52 u ta’ warajh tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, l-istrumenti ta’ anterjorità li ma jipprovdux għall-iskattar kuntrattwali tal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma inklużi fil-fondi proprji skont il-limiti stabbiliti fir-regolament.

16. Skont ir-regola ta’ gwida 1, u biex jiġi żgurat ir-rispett għall-ġerarkija tal-kredituri …

Skont ir-regola ta’ gwida 1, u biex jiġi żgurat ir-rispett għall-ġerarkija tal-kredituri, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tittratta l-istrumenti AT1 kollha li jikklassifikaw b’mod ugwali fl-insolvenza bl-istess mod għall-għanijiet tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-Direttiva 2014/59/UE) mingħajr ma jitqiesu differenzi oħra bejn il-kapaċità tal-assorbiment tat-telf ta’ dawk l-istrumenti AT1 li jirriżultaw mill-klawżoli kuntrattwali tagħhom. Għalhekk, f’każ ta’ applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew il-poter tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni fil-PONV, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tittratta b’mod ugwali l-istrumenti AT1 maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istrumenti AT1 ta’ anterjorità.

17. Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istrumenti ta’ anterjorità huma inklużi fil-fondi …

Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istrumenti ta’ anterjorità huma inklużi fil-fondi proprji skont il-limiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (il-Parti 10, Kapitolu 2), li skonthom dawn l-oġġetti huma progressivament esklużi mill-fondi proprji (2 ). L-applikazzjoni kemm tar-regola ta’ gwida 1 u tar-regola ta’ gwida 2, fis-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni, oġġetti AT1 li jikkonformaw mar-regoli tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istrumenti ta’ anterjorità, inkluż kwalunkwe ammont li hu progressivament eskluż mill-fondi proprji minħabba l-limiti stabbiliti fil-Parti 10, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (b’mod partikolari l-Artikolu 486), għandhom jiġu soġġetti għall-istess trattament.

L-applikazzjoni tar-regola ta’ gwida 2: L-istrumenti T2 skont ir-reġim tal-amortizzament għandhom ikunu soġġetti għall-istess trattament bħall-istrumenti T2 inklużi bis-sħiħ fil-fondi proprji.

(2 ) Għall-għanijiet ta’ dawn il-linji gwida, l-ammonti kollha tal-oġġetti kkalkolati bħala fondi proprji skont il-limiti previsti fil-Parti 10, Kapitolu 2 tas-CRR huma soġġetti għall-istess trattament.

18. Skont ir-reġim tal-amortizzament stabbilit fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …

Skont ir-reġim tal-amortizzament stabbilit fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-valur ta’ strument T2 li jista’ jkun inkluż fil-fondi proprji hu l-valur nominali tiegħu amortizzat fuq bażi ta’ linja dritta fl-aħħar 5 snin qabel il-maturità. L-ammont soġġett għall-amortizzament mhuwiex inkluż fil-fondi proprji, anki jekk l-istrument T2 ikun eliġibbli skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tiddetermina l-ordni u l-ammont tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni, għandha tittratta bl-istess mod l-istrumenti T2 inklużi fl-istess klassi u m’għandhiex tapplika trattament diskriminatorju għall-ħruġ tal-istess strumenti T2.

19. L-ammont amortizzat tal-istrumenti T2 għandu jkun ukoll soġġett għall-istess trattament …

L-ammont amortizzat tal-istrumenti T2 għandu jkun ukoll soġġett għall-istess trattament bħall-ammont tal-istrumenti T2 inkluż fil-fondi proprji meta r-reġim ta’ amortizzament jiġi applikat għal strument ta’ anterjorità. F'dan il-każ, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ gwida 1 u 2 u f’konformità mal-ġerarkija tal-kredituri, l-ammont nominali sħiħ ta’ strument T2 ta’ anterjorità soġġett għar-reġim ta’ amortizzament għandu jkun soġġett għall-istess trattament bħal strumenti T2 ikklassifikati indaqs biex jiġu ddeterminati s-sekwenza u l-ammont tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni.

20. Barra minn hekk, l-istrumenti AT1 għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod irrispettivament minn …

Barra minn hekk, l-istrumenti AT1 għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod irrispettivament minn jekk kinux affettwati mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 486 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/