+37. Sabiex jiġu identifikati u klassifikati n-nuqqasijiet kollha msemmija fil-paragrafu 36 …

37. Sabiex jiġu identifikati u klassifikati n-nuqqasijiet kollha msemmija fil-paragrafu 36 …

Sabiex jiġu identifikati u klassifikati n-nuqqasijiet kollha msemmija fil-paragrafu 36, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw in-nuqqasijiet rilevanti kollha fil-metodi, fil-proċessi, fil-kontrolli, fid-data jew fis-sistemi tal-IT li ġew identifikati mill-unità għall-kontroll tar-riskji ta’ kreditu, mill-funzjoni ta’ validazzjoni, mill-uffiċċju tal-awditjar intern jew minn kwalunkwe reviżjoni interna jew esterna oħra u jenħtieġ ukoll li mill-inqas janalizzaw is-sorsi potenzjali kollha li ġejjin ta’ inċertezza addizzjonali fil-kwantifikazzjoni tar-riskju:

  • (a) taħt il-kategorija A:
  • (i) skattaturi tal-inadempjenza neqsin jew materjalment mibdula f’osservazzjonijiet storiċi, li jinkludu kriterji mibdula għar-rikonoxximent ta’ obbligi ta’ kreditu materjalment skaduti;
  • (ii) data tal-inadempjenza nieqsa jew mhux preċiża;
  • (iii) assenzjazzjoni tal-klassifikazzjoni nieqsa, mhux preċiża jew skaduta użata għall-valutazzjoni ta’ gradi jew aggregati storiċi sabiex jiġu kkalkolati r-rati ta’ inadempjenza jew l-LGDs realizzati medji għal kull grad jew aggregazzjoni;
  • (iv) informazzjoni nieqsa jew mhux preċiża dwar is-sors tal-flussi tal-flus;
  • (v) data nieqsa, mhux preċiża jew skaduta dwar il-motivaturi tar-riskju u l-kriterji tal-klassifikazzjoni;
  • (vi) informazzjoni nieqsa jew mhux preċiża użata għall-istima ta’ rkupri futuri, kif imsemmi fil-paragrafu 159.
  • (vii) data nieqsa jew mhux preċiża sabiex jiġi kkalkolat it-telf ekonomiku;
  • (viii) rappreżentattività limitata tal-osservazzjonijiet storiċi minħabba l-użu ta’ data esterna;
  • (ix) preġudizzju potenzjali li jiġi mill-għażla tal-approċċ sabiex tiġi kkalkolata l-medja tar-rati ta’ inadempjenza osservati fuq perjodu ta’ sena, skont il-paragrafu 80.
  • (x) ħtieġa li tiġi aġġustata l-medja tar-rati ta’ inadempjenza ta’ sena osservati, skont il-paragrafu 86.
  • (xi) informazzjoni nieqsa sabiex jiġu stmati r-rati ta’ telf jew sabiex jiġi rifless it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-istimi tal-LGD;
  • (b) taħt il-kategorija B:
  • (i) bidliet fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni, il-politiki tal-ġbir u ta’ rkupru, l-aptit għar-riskju jew proċessi interni oħra rilevanti;
  • (ii) devjazzjonijiet mhux iġġustifikati fil-meded ta’ valuri tal-karatteristiċi tar-riskju ewlenin tal-portafoll tal-applikazzjoni mqabbla ma’ dawk tas-sett tad-data użati għall-kwantifikazzjoni tar-riskju;
  • (iii) bidliet fl-ambjent tas-suq jew dak legali;
  • (iv) aspettattivi li jħarsu ’l quddiem rigward bidliet potenzjali fl-istruttura tal-portafoll jew tal-livell tar-riskju, speċjalment dawk ibbażati fuq azzjonijiet jew deċiżjonijiet li diġà jkunu ttieħdu iżda li ma jkunux riflessi fid-data osservata.

4.4.2 Aġġustament xieraq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/