+4.4 Treatment of deficiencies and margin of conservatism
---+36. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jidentifikaw in-nuqqasijiet kollha relatati mal-istima …
---+37. Sabiex jiġu identifikati u klassifikati n-nuqqasijiet kollha msemmija fil-paragrafu 36 …
---+38. Sabiex jegħlbu l-preġudizzji fl-istimi tal-parametri tar-riskju li jiġu min-nuqqasijiet …
---+39. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddokumentaw il-metodi użati fl-applikazzjoni ta’ aġġustamenti …
---+40. Jenħtieġ l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw regolarment l-adegwatezza ta’ aġġustamenti …
---+41. Fir-rigward tar-rekwiżit li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iżidu marġni ta’ konservatiżmu …
---+42. L-MoC finali dwar stima tal-parametri tar-riskju jenħtieġ li tirrifletti l-inċertezza …
---+43. Sabiex ikunu jistgħu jikkwantifikaw l-MoC, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħmlu dan kollu li …
---+44. Għall-finijiet tal-paragrafu 43(a) u għal kull waħda mill-kategoriji A u B, l-istituzzjonijiet …
---+45. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkwantifikaw l-MoC finali bħala t-total ta’: (a) l-MoC taħt …
---+46. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iżidu l-MoC finali mal-aħjar stima tal-parametru tar-riskju.
---+47. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-impatt tal-MoC finali ma jirriżultax fit-tnaqqis …
---+48. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-impatt ġenerali tan-nuqqasijiet identifikati u …
---+49. Għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni, jenħtieġ li l-MoC applikat jiġi ddokumentat …
---+50. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw il-livelli tal-MoC b’mod regolari. L-adozzjoni ta’ …
---+51. Meta jkunu qegħdin jirrevedu l-livelli tal-MoC, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw dan …
---+52. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-bidliet meħtieġa fl-MoC jiġu implimentati …

4.4 Treatment of deficiencies and margin of conservatism

4.4.1 Identification of deficiencies

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
36. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jidentifikaw in-nuqqasijiet kollha relatati mal-istima …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jidentifikaw in-nuqqasijiet kollha relatati mal-istima tal-parametri tar-riskju li jwasslu għal preġudizzju fil-kwantifikazzjoni ta’ dawk il-parametri jew għal żieda fl-inċertezza li ma tiġix koperta bis-sħiħ mill-iżbalji fl-istima ġenerali, u jikklassifikaw kull nuqqas f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

  • (a) Kategorija A: Nuqqasijiet fid-data u nuqqasijiet metodoloġiċi identifikati;
  • (b) Kategorija B: Bidliet rilevanti fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni, l-aptit għar-riskju, il-politiki tal-ġbir u rkupru u kwalunkwe sors ta’ inċertezza addizzjonali ieħor.
37. Sabiex jiġu identifikati u klassifikati n-nuqqasijiet kollha msemmija fil-paragrafu 36 …

Sabiex jiġu identifikati u klassifikati n-nuqqasijiet kollha msemmija fil-paragrafu 36, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw in-nuqqasijiet rilevanti kollha fil-metodi, fil-proċessi, fil-kontrolli, fid-data jew fis-sistemi tal-IT li ġew identifikati mill-unità għall-kontroll tar-riskji ta’ kreditu, mill-funzjoni ta’ validazzjoni, mill-uffiċċju tal-awditjar intern jew minn kwalunkwe reviżjoni interna jew esterna oħra u jenħtieġ ukoll li mill-inqas janalizzaw is-sorsi potenzjali kollha li ġejjin ta’ inċertezza addizzjonali fil-kwantifikazzjoni tar-riskju:

  • (a) taħt il-kategorija A:
  • (i) skattaturi tal-inadempjenza neqsin jew materjalment mibdula f’osservazzjonijiet storiċi, li jinkludu kriterji mibdula għar-rikonoxximent ta’ obbligi ta’ kreditu materjalment skaduti;
  • (ii) data tal-inadempjenza nieqsa jew mhux preċiża;
  • (iii) assenzjazzjoni tal-klassifikazzjoni nieqsa, mhux preċiża jew skaduta użata għall-valutazzjoni ta’ gradi jew aggregati storiċi sabiex jiġu kkalkolati r-rati ta’ inadempjenza jew l-LGDs realizzati medji għal kull grad jew aggregazzjoni;
  • (iv) informazzjoni nieqsa jew mhux preċiża dwar is-sors tal-flussi tal-flus;
  • (v) data nieqsa, mhux preċiża jew skaduta dwar il-motivaturi tar-riskju u l-kriterji tal-klassifikazzjoni;
  • (vi) informazzjoni nieqsa jew mhux preċiża użata għall-istima ta’ rkupri futuri, kif imsemmi fil-paragrafu 159.
  • (vii) data nieqsa jew mhux preċiża sabiex jiġi kkalkolat it-telf ekonomiku;
  • (viii) rappreżentattività limitata tal-osservazzjonijiet storiċi minħabba l-użu ta’ data esterna;
  • (ix) preġudizzju potenzjali li jiġi mill-għażla tal-approċċ sabiex tiġi kkalkolata l-medja tar-rati ta’ inadempjenza osservati fuq perjodu ta’ sena, skont il-paragrafu 80.
  • (x) ħtieġa li tiġi aġġustata l-medja tar-rati ta’ inadempjenza ta’ sena osservati, skont il-paragrafu 86.
  • (xi) informazzjoni nieqsa sabiex jiġu stmati r-rati ta’ telf jew sabiex jiġi rifless it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-istimi tal-LGD;
  • (b) taħt il-kategorija B:
  • (i) bidliet fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni, il-politiki tal-ġbir u ta’ rkupru, l-aptit għar-riskju jew proċessi interni oħra rilevanti;
  • (ii) devjazzjonijiet mhux iġġustifikati fil-meded ta’ valuri tal-karatteristiċi tar-riskju ewlenin tal-portafoll tal-applikazzjoni mqabbla ma’ dawk tas-sett tad-data użati għall-kwantifikazzjoni tar-riskju;
  • (iii) bidliet fl-ambjent tas-suq jew dak legali;
  • (iv) aspettattivi li jħarsu ’l quddiem rigward bidliet potenzjali fl-istruttura tal-portafoll jew tal-livell tar-riskju, speċjalment dawk ibbażati fuq azzjonijiet jew deċiżjonijiet li diġà jkunu ttieħdu iżda li ma jkunux riflessi fid-data osservata.

4.4.2 Aġġustament xieraq

38. Sabiex jegħlbu l-preġudizzji fl-istimi tal-parametri tar-riskju li jiġu min-nuqqasijiet …

Sabiex jegħlbu l-preġudizzji fl-istimi tal-parametri tar-riskju li jiġu min-nuqqasijiet identifikati msemmija fil-paragrafi 36 u 37, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw metodoloġiji adegwati biex jikkoreġu n-nuqqasijiet identifikati safejn ikun possibbli. L-impatt ta’ dawn il-metodoloġiji fuq il-parametru tar-riskju (“aġġustament xieraq”), li għandu jirriżulta fi stima aktar preċiża tal-parametru tar-riskju (“l-aħjar stima”), jirrappreżenta jew żieda jew tnaqqis fil-valur tal-parametru tar-riskju. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw u jipprovdu evidenza li l-applikazzjoni ta’ aġġustament xieraq tirriżulta fl-aħjar stima.

39. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddokumentaw il-metodi użati fl-applikazzjoni ta’ aġġustamenti …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddokumentaw il-metodi użati fl-applikazzjoni ta’ aġġustamenti xierqa għar-rettifika tan-nuqqasijiet identifikati, fejn rilevanti, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħhom.

40. Jenħtieġ l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw regolarment l-adegwatezza ta’ aġġustamenti …

Jenħtieġ l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw regolarment l-adegwatezza ta’ aġġustamenti xierqa. L-adozzjoni ta’ aġġustament xieraq mill-istituzzjonijiet ma għandhiex tissotitwixxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati.

4.4.3 Marġni ta’ konservatiżmu

41. Fir-rigward tar-rekwiżit li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iżidu marġni ta’ konservatiżmu …

Fir-rigward tar-rekwiżit li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iżidu marġni ta’ konservatiżmu (“MoC”) li jkun relatat mal-medda mistennija ta’ żbalji fl-istima, kif mitlub mill-Artikoli 179(1)(f) u 180(1)(e) tar-Regolament (EU) No 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimplimentaw qafas għall-kwantifikazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-monitoraġġ tal-iżbalji fl-istima.

42. L-MoC finali dwar stima tal-parametri tar-riskju jenħtieġ li tirrifletti l-inċertezza …

L-MoC finali dwar stima tal-parametri tar-riskju jenħtieġ li tirrifletti l-inċertezza tal-istima fil-kategoriji kollha li ġejjin:

Kategorija A: MoC relatat ma’ nuqqasijiet fid-data u nuqqasijiet metodoloġiċi identifikati taħt il-kategorija A, kif imsemmi fil-paragrafu 36(a);

Kategorija B: MoC relatat mal-bidliet rilevanti fl-istandards tas-sottoskrizzjoni, l-aptit għar-riskju, il-politiki tal-ġbir u ta’ rkupru u kwalunkwe sors ieħor ta’ inċertezza addizzjonali identifikat taħt il-kategorija B, kif imsemmi fil-paragrafu 36(b);

Kategorija C: l-iżball fl-istima ġenerali.

43. Sabiex ikunu jistgħu jikkwantifikaw l-MoC, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħmlu dan kollu li …

Sabiex ikunu jistgħu jikkwantifikaw l-MoC, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħmlu dan kollu li ġej:

  • (a) jikkwantifikaw l-MoC għan-nuqqasijiet identifikati msemmija fil-paragrafi 36 u 37, safejn ma jkunx kopert mill-iżball fl-istima ġenerali, mill-inqas għal kull waħda mill-kategoriji A u B fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni, sabiex jiġi żgurat li:
  • (i) fejn jintużaw aġġustamenti xierqa fis-sens tal-paragrafu 38, l-MOC jikkunsidra kwalunkwe żieda fl-inċertezza jew żball addizzjonali fl-istima assoċjati ma’ dawn l-aġġustamenti;
  • (ii) l-MoC fil-livell tal-kategorija relatat mal-aġġustamenti xierqa jkun proporzjonat għall-inċertezza rigward dawn l-aġġustamenti;
  • (iii) l-MoC jiġi applikat sabiex jindirizza l-inċertezza tal-istima tal-parametri tar-riskju li ġejja minn kwalunkwe nuqqas fost dawk imsemmija fil-paragrafi 36 u 37 li ma jkunux ġew korretti permezz ta’ aġġustamenti xierqa, kif imsemmi fil-punt (i);
  • (b) jiġi kkwantifikat l-iżball fl-istima ġenerali tal-kategorija C imsemmi fil-paragrafu 42 assoċjat mal-metodu tal-istima sottostanti mill-inqas għal kull segment tal-kalibrazzjoni; jenħtieġ li l-MoC għall-iżball fl-istima ġenerali jirrifletti l-varjazzjoni tad-distribuzzjoni tal-istimatur statistiku.
44. Għall-finijiet tal-paragrafu 43(a) u għal kull waħda mill-kategoriji A u B, l-istituzzjonijiet …

Għall-finijiet tal-paragrafu 43(a) u għal kull waħda mill-kategoriji A u B, l-istituzzjonijiet jistgħu jaggruppaw in-nuqqasijiet kollha jew dawk magħżula, fejn ikun ġustifikat, għall-kwantifikazzjoni tal-MoC.

45. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkwantifikaw l-MoC finali bħala t-total ta’: (a) l-MoC taħt …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkwantifikaw l-MoC finali bħala t-total ta’:

  • (a) l-MoC taħt il-kategorija A kif imsemmi fil-paragrafu 43(a);
  • (b) l-MoC taħt il-kategorija B kif imsemmi fil-paragrafu 43(a);
  • (c) l-MoC għall-iżball fl-istima ġenerali (kategorija C) kif imsemmi fil-paragrafu 43(b).
46. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iżidu l-MoC finali mal-aħjar stima tal-parametru tar-riskju.

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iżidu l-MoC finali mal-aħjar stima tal-parametru tar-riskju.

47. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-impatt tal-MoC finali ma jirriżultax fit-tnaqqis …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-impatt tal-MoC finali ma jirriżultax fit-tnaqqis tal-istimi tal-parametru tar-riskju u b’mod partikolari li:

  • (a) l-MoC li ġej mill-iżball fl-istima ġenerali jkun akbar minn żero;
  • (b) l-MoC li ġej minn kull waħda mill-kategoriji A u B jkun proporzjonat għall-inċertezza miżjuda fl-aħjar stima tal-parametri tar-riskju kkawżata min-nuqqasijiet identifikati elenkati f’kull kategorija. F’kull każ, jenħtieġ li l-MoC taħt kull waħda mill-kategoriji A u B ikun akbar minn jew ugwali għal żero.
48. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-impatt ġenerali tan-nuqqasijiet identifikati u …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-impatt ġenerali tan-nuqqasijiet identifikati u l-MoC finali li jirriżulta dwar is-saħħa tal-mudell u jiżguraw li l-istimi tal-parametri tar-riskju u r-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirriżultaw ma jkunux imfixkla mill-ħtieġa għal aġġustamenti eċċessivi.

49. Għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni, jenħtieġ li l-MoC applikat jiġi ddokumentat …

Għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni, jenħtieġ li l-MoC applikat jiġi ddokumentat fid-dokumentazzjoni tal-mudell u fil-manwali dwar il-metodoloġija rilevanti. Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni tinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:

  • (a) lista kompluta tan-nuqqasijiet kollha identifikati, inklużi l-iżbalji u l-inċertezzi, u l-komponenti tal-mudell jew il-parametri tar-riskju li potenzjalment jiġu affettwati;
  • (b) il-kategorija li taħtha jiġu klassifikati dawn in-nuqqasijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 42;
  • (c) deskrizzjoni tal-metodi għall-kwantifikazzjoni tal-MoC relatata man-nuqqasijiet identifikati, kif imsemmi fil-paragrafu 43(a) u b’mod partikolari l-metodoloġiji użati għall-kwantifikazzjoni tal-MOC għal kull kategorija.
50. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw il-livelli tal-MoC b’mod regolari. L-adozzjoni ta’ …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw il-livelli tal-MoC b’mod regolari. L-adozzjoni ta’ MoC mill-istituzzjonijiet ma għandhiex tissostitwixxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi tal-iżbalji jew tal-inċertezzi, jew li jiġu kkoreġuti l-mudelli sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa tagħhom mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Wara valutazzjoni tan-nuqqasijiet jew tas-sorsi ta’ inċertezza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw pjan għar-rettifika tan-nuqqasijiet tad-data u n-nuqqasijiet metodoloġiċi kif ukoll kwalunkwe sors potenzjali ieħor ta’ inċertezza addizzjonali u jnaqqsu l-iżbalji fl-istima f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li jikkunsidraw il-materjalità tal-iżball fl-istima u l-materjalità tas-sistema tal-klassifikazzjoni.

51. Meta jkunu qegħdin jirrevedu l-livelli tal-MoC, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw dan …

Meta jkunu qegħdin jirrevedu l-livelli tal-MoC, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw dan kollu li ġej:

  • (a) li l-MoC li ġej mill-kategoriji A u B msemmija fil-paragrafi 36 u 37 jiġi inkluż fir-rappurtar intern b’mod separat għal kull kategorija u jista’ jitnaqqas matul iż-żmien u eventwalment jiġi eliminat, ladarba jiġu rettifikati n-nuqqasijiet kollha fil-partijiet kollha tas-sistema tal-klassifikazzjoni li ġew affettwati;
  • (b) li l-MoC li ġej mill-iżball fl-istima ġenerali msemmi fil-paragrafu 43(b) jiġi inkluż f’rappurtar intern f’kategorija separata (“C”);
  • (c) li l-livell tal-MoC jiġi vvalutat bħala parti mir-reviżjonijiet regolari msemmija fil-Kaptiolu 9, u b’mod partikolari li l-livell ta’ MoC relatat mal-iżball fl-istima ġenrali jibqa’ xieraq wara l-inklużjoni tal-aktar data riċenti rilevanti għall-istima tal-parametru tar-riskju.
52. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-bidliet meħtieġa fl-MoC jiġu implimentati …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-bidliet meħtieġa fl-MoC jiġu implimentati f’waqthom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/