+6.3.1.2 Treatment of fees, interest and additional drawings after default
---+137. Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li …
---+138. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw it-trattament speċifikat fil-paragrafu 137 għal …
---+139. Skont l-Artikolu 182(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet li jkunu kisbu …
---+140. Fejn l-istituzzjonijiet jinkludu ġbid addizzjonali mid-debitur wara l-mument tal-inadempjenza …
---+141. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, fejn l-istituzzjonijiet ma jinkludux ġbid …
---+142. Irrispettivament minn jekk l-istituzzjonijiet jirriflettux ġbid futur fil-fatturi ta’ …
|
6.3.1.2 Treatment of fees, interest and additional drawings after default
6.3.1.2 Treatment of fees, interest and additional drawings after default
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
137. Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li …
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet fil-kalkolu tal-LGD realizzat jikkunsidraw kull tariffa għal dewmien fil-pagamenti li tkun ġiet kapitalizzata fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni qabel il-mument tal-inadempjenza billi jinkluduha fl-ammont pendenti tal-obbligu tal-kreditu fil-mument tal-inadempjenza fin-numeratur u fid-denominatur tal-LGD realizzat. Fejn it-tariffi jkunu ġew estiżi lid-debitur sabiex jiġu rkuprati l-ispejjeż diretti li diġà jkunu ġew imġarrba mill-istituzzjoni u dawn l-ispejjeż ikunu diġà ġew inklużi fil-kalkolu tat-telf ekonomiku, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jerġgħu jżidu dawn l-ammonti għat-telf ekonomiku jew għall-ammont pendenti. Kwalunkwe tariffa kapitalizzata wara l-mument tal-inadempjenza ma għandhiex iżżid l-ammont ta’ telf ekonomiku jew l-ammont pendenti fil-mument tal-inadempjenza. Madankollu, l-irkupri kollha, inklużi dawk relatati ma’ tariffi kapitalizzati wara l-inadempjenza, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kalkolu tat-telf ekonomiku.
|
|
138. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw it-trattament speċifikat fil-paragrafu 137 għal …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw it-trattament speċifikat fil-paragrafu 137 għal kwalunkwe interess kapitalizzat fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni qabel u wara l-mument tal-inadempjenza.
|
|
139. Skont l-Artikolu 182(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet li jkunu kisbu …
|
Skont l-Artikolu 182(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet li jkunu kisbu l-permess biex jużaw l-istimi personali tal-LGD u tal-konverżjoni huma meħtieġa li jirriflettu l-possibbiltà ta’ ġbid addizzjonali mid-debitur sa u wara ż-żmien tal-inadempjenza fl-istimi tagħhom tal-fatturi ta’ konverżjoni. Fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, skont l-Artikoli 181(2)(b) u 182(3) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet jistgħu jirriflettu ġbid futur jew fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD. Jenħtieġ li dan il-ġbid futur jinftiehem bħala ġbid addizzjonali mid-debitur wara l-mument tal-inadempjenza.
|
|
140. Fejn l-istituzzjonijiet jinkludu ġbid addizzjonali mid-debitur wara l-mument tal-inadempjenza …
|
Fejn l-istituzzjonijiet jinkludu ġbid addizzjonali mid-debitur wara l-mument tal-inadempjenza fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom, jenħtieġ li huma jikkalkolaw l-LGD realizzat bħala proporzjon tat-telf ekonomiku għall-ammont sottostanti tal-obbligu tal-kreditu fil-mument tal-inadempjenza miżjud mal-ammont ta’ ġbid addizzjonali mid-debitur wara l-mument tal-inadempjenza skontat għall-mument tal-inadempjenza.
|
|
141. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, fejn l-istituzzjonijiet ma jinkludux ġbid …
|
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, fejn l-istituzzjonijiet ma jinkludux ġbid addizzjonali mid-debitur wara l-mument tal-inadempjenza fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom, jenħtieġ li huma jikkalkolaw l-LGD realizzat bħala proporzjon tat-telf ekonomiku għall-ammont sottostanti tal-obbligu tal-kreditu fil-mument tal-inadempjenza u ma jżidux id-denominatur tal-proporzjoni bil-valur ta’ ġbid addizzjonali mid-debitur wara l-mument tal-inadempjenza.
|
|
142. Irrispettivament minn jekk l-istituzzjonijiet jirriflettux ġbid futur fil-fatturi ta’ …
|
Irrispettivament minn jekk l-istituzzjonijiet jirriflettux ġbid futur fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD, jenħtieġ li huma jikkalkolaw it-telf ekonomiku li jintuża fin-numeratur tal-LGD realizzat, inkluż il-ġbid addizzjonali wara l-mument tal-inadempjenza u l-irkupri realizzati kollha skontati għall-mument tal-inadempjenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|