+6.3.2.2 Calculation of long-run average LGD
---+149. Skont l-ittra (a) tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet …
---+150. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 181(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li …
---+151. Fejn l-istituzzjonijiet ma jagħtux importanza ugwali lid-data storika kollha għal skoperturi …
---+152. Filwaqt li jispeċifikaw il-piżijiet skont il-paragrafu 151, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet …
|
6.3.2.2 Calculation of long-run average LGD
6.3.2.2 Calculation of long-run average LGD
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
149. Skont l-ittra (a) tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet …
|
Skont l-ittra (a) tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jikkalkolaw l-LGD medju fuq perjodu twil b’mod separat għal kull grad ta’ faċilità jew aggregazzjoni. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-LGD medju fuq perjodu twil anki fil-livell tal-portafoll kopert mill-mudell tal-LGD. Fil-kalkolu tal-LGD medju fuq perjodu twil, jenħtieġ li l-istituzzjonjiet jużaw l-inadempjenzi osservati kollha fil-perjodu ta’ osservazzjoni storika li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudell tal-LGD.
|
|
150. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 181(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li …
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 181(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-LGD medju fuq perjodu twil bħala medja aritmetika tal-LGDs realizzati fuq perjodu ta’ osservazzjoni storika ppeżat b’għadd ta’ inadempjenzi. L-istituzzjonijiet għal dak il-għan ma għandhom jużaw l-ebda medja ta’ LGDs ikkalkolata fuq subgrupp ta’ osservazzjonijiet, b’mod partikolari xi LGDs medji annwali, sakemm ma jużawx dan il-metodu biex jirriflettu piżijiet akbar ta’ data aktar riċenti fuq skoperturi fil-livell tal-konsumaturi skont l-Artikolu 181(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
151. Fejn l-istituzzjonijiet ma jagħtux importanza ugwali lid-data storika kollha għal skoperturi …
|
Fejn l-istituzzjonijiet ma jagħtux importanza ugwali lid-data storika kollha għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi skont l-Artikolu 181(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li huma jkunu kapaċi juru b’mod dokumentat li l-użu ta’ piżijiet ogħla għal data aktar riċenti jkun iġġustifikat minn tbassir aħjar tar-rati ta’ telf. B’mod partikolari fejn l-ebda piż jew piżijiet żgħar ħafna jiġu applikati għal perjodi speċifiċi, jenħtieġ li dan ikun iġġustifikat b’mod xieraq jew iwassal għal stimi aktar konservattivi.
|
|
152. Filwaqt li jispeċifikaw il-piżijiet skont il-paragrafu 151, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet …
|
Filwaqt li jispeċifikaw il-piżijiet skont il-paragrafu 151, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw ir-rappreżentattività ta-data vvalutata skont it-taqsima 4.2.4, kif ukoll il-kundizzjonijiet ekonomiċi u tas-suq li jiġi rrappreżentati mid-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|