+8.4 Calculation of IRB shortfall or excess
---+211. Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, id-differenza bejn, minn naħa waħda, aġġustament …
---+212. Fejn il-kalkolu għall-portafoll mhux inadempjenti ġenerali, imsemmi fl-Artikolu 159 …
---+213. Sabiex kwalunkwe aċċess tal-IRB jiżdied mal-Grad 2, skont l-Artikolu 62(d) tar-Regolament (UE) …
---+214. Għall-finijiet tal-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ma …

8.4 Calculation of IRB shortfall or excess

8.4 Calculation of IRB shortfall or excess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
211. Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, id-differenza bejn, minn naħa waħda, aġġustament …

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, id-differenza bejn, minn naħa waħda, aġġustament tar-riskju ta’ kreditu ġenerali u speċifiċi, aġġustamenti fil-valur addizzjonali u tnaqqis ieħor tal-fondi proprji relatati ma’ dawn l-iskoperturi u, min-naħa l-oħra, l-ammont ta’ telf mistenni skont l-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jiġi kkunsidrat nuqqas tal-IRB, jekk ikun negattiv, u eċċess tal-IRB, jekk ikun pożittiv.

212. Fejn il-kalkolu għall-portafoll mhux inadempjenti ġenerali, imsemmi fl-Artikolu 159 …

Fejn il-kalkolu għall-portafoll mhux inadempjenti ġenerali, imsemmi fl-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jirriżulta f’eċċess tal-IRB, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dan l-eċċess tal-IRB sabiex ikopru għal kwalunkwe nuqqas tal-IRB mill-kalkolu li jkun sar skont dak l-Artikolu għall-portafoll inadempjenti ġenerali.

213. Sabiex kwalunkwe aċċess tal-IRB jiżdied mal-Grad 2, skont l-Artikolu 62(d) tar-Regolament (UE) …

Sabiex kwalunkwe aċċess tal-IRB jiżdied mal-Grad 2, skont l-Artikolu 62(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-kalkolu msemmi fl-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirriżulta f’eċċess tal-IRB kemm għall-portafoll inadempjenti kif ukoll għal dak mhux inadempjenti, jenħtieġ li s-somma ta’ dawn iż-żewġ eċċessi tal-IRB tiġi kkunsidrata u tiżdied mal-Grad 2 skont il-limitu msemmi fl-Artikolu 62(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

214. Għall-finijiet tal-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ma …

Għall-finijiet tal-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu tħassir parzjali fil-kalkolu tal-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu. Madankollu, skont l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-kalkolu tal-ammont tat-telf mistenni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 158 u 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun ibbażat fuq il-valur tal-iskopertura gross tal-aġġustamenti fil-valur iżda nett tat-tħassir.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/