+38. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw: a. politiki u …

38. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw: a. politiki u …

Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw:

  • a. politiki u proċeduri u regoli għall - approvazzjoni ta’ għoti ta’ kreditu u t - teħid ta’ deċiżjonijiet, inklużi livelli xierqa ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti f’konformità mal - aptit u mal- limiti għar - riskju ta’ kreditu;
  • b. kriterji għall - għoti tal - kreditu, filwaqt li jitqiesu l - punti msemmija fl - Anness 1;
  • c. rekwiżiti għall - indirizzar tal - informazzjoni u tad - data meħtieġa għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja, kif stabbilit fit - Taqsima 5.1;
  • d. rekwiżiti għall - valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja, inkluża analiżi tas - sensittività, kif imsemmi fit - Taqsima 5.2;
  • e. rekwiżiti għall - aggregazzjoni tal - iskoperturi ta’ aggregazzjoni u għal -lim iti fuq ir - riskju ta’ kreditu u għall - ġestjoni tal - konċentrazzjonijiet tar - riskju ta’ kreditu;
  • f. rekwiżiti u proċeduri fir -rigward tal- aċċettazzjoni u tal - użu ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar- riskju tal - kollateral u tar - riskju ta’ kreditu, sabiex tiġi ddeterm inata l- effettività tagħhom fil - minimizzazzjoni tar - riskju inerenti ta’ faċilità ta’ kreditu — tali rekwiżiti u proċeduri jenħtieġ li jkunu speċifiċi għall - klassi ta’ assi u speċifiċi għat - tip ta’ prodott u jenħtieġ li jikkunsidraw kif xieraq it - tip, id -da qs u l - kumplessità tal - faċilitajiet ta’ kreditu li jkunu qed jingħataw;
  • g. kundizzjonijiet għall - applikazzjoni tat - teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati fil - proċess ta’ għoti tal - kreditu, inklużi l - identifikazzjoni ta’ prodotti, ta’ segmenti u ta’ limiti li g ħalihom ikun permess it - teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati;
  • h. approċċ ibbażat fuq ir - riskju, li jindirizza d - devjazzjonijiet possibbli minn politiki u proċeduri ta’ kreditu standard u minn kriterji għall - għoti ta’ kreditu, inkluż:
  • i. kundizzjonijiet li jiddefinixxu l - proċess ta’ approvazzjoni għad - devjazzjonijiet u għall - eċċezzjonijiet u r - rekwiżiti speċifiċi ta’ dokumentazzjoni, inkluż ir - rendikont tal - entrati;
  • ii. kriterji għal ċaħdiet u kriterji għall - eskalazzjoni tad - devjazzjonijiet/tal - eċċezzjonijiet għal livelli ogħla tal - awtorità li tieħu d - deċiżjonijiet (inklużi l - preċedenzi, il - prevalenzi tad - deċiżjonijiet, l - iskoperturi possibbilment approvati bħala eċċezzjoni għall - istandards ġenerali ta’ self u negozju mhux standard ieħor taħt proċess speċjali ma’ awtoritajiet ta’ approvazzjoni differenti);
  • iii. rekwiżiti għall - monitoraġġ ta’ ċirkustanzi u ta’ kundizzjonijiet għal deċiżjoni eċċezzjonali ta’ għoti ta’ kreditu, inklużi rekwiżiti għar - rieżami tagħhom mill - funzjonijiet rilevanti matul ir - rieżami regolari tal -app likazzjoni u tal - konformità mal- politiki u mal - limiti;
  • i. rekwiżiti relatati ma’ dak li għandu jiġi dokumentat u rreġistrat bħala parti mill - proċess ta’ għoti ta’ kreditu, inkluż għal finijiet ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ awditjar — dan jenħtieġ li, bħala minimu, jinkludi r - rekwiżiti għat - tlestija tal - applikazzjonijiet ta’ kreditu, ir - raġunijiet/l - analiżi kwalitattivi u kwantitattivi, u d - dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha li serviet bħala bażi għall - approvazzjoni jew għaċ - ċaħda tal - faċilità ta’ kreditu;
  • j. rekwiżiti għall - monitoraġġ tal - attivitajiet ta’ għoti ta’ kreditu — jenħtieġ li l - qafas ta’ kontroll intern jiżgura li jkopri l - fażijiet kollha wara l - għoti ta’ kreditu;
  • k. fejn applikabbli, il - kriterji kif stabbiliti fit - Taqsimiet 4.3.2, 4.3.3, 4.3.4, 4.3.5 u 4.3.6;
  • l. il- kriterji kif stabbiliti fit - Taqsima 4.3.1 u 4.3.7 .

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/