+7.4 Kriterji għal mudelli statistiċi avvanzati għall - valwazzjo ni
---+236. Jenħtieġ li fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom, l - istituzzjonijiet jistabbilixxu l - …
---+237. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - mudelli statistiċi avvanzati użati jkunu: a. …
---+238. Meta jintużaw dawn il - mudelli statistiċi avvanzati, l - istituzzjonijiet ikunu fl - aħħar …
---+239. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal -IT …

7.4 Kriterji għal mudelli statistiċi avvanzati għall - valwazzjo ni

7.4 Kriterji għal mudelli statistiċi avvanzati għall - valwazzjo ni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
236. Jenħtieġ li fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom, l - istituzzjonijiet jistabbilixxu l - …

Jenħtieġ li fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom, l - istituzzjonijiet jistabbilixxu l - kriterji għall - użu ta’ mudelli statistiċi avvanzati għall - finijiet ta’ valwazzjoni, ta’ rivalwazzjoni u ta’ monitoraġġ tal - valuri tal - kollateral. Jenħtieġ li dawn il -po litiki u l - proċeduri jipprovdu rekord storiku pprovat ta’ dawn il- mudelli, il - varjabbli speċifiċi għall - proprjetà meqjusa, l - użu ta’ informazzjoni minima disponibbli u preċiża, u l - inċertezza fil - mudelli.

237. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - mudelli statistiċi avvanzati użati jkunu: a. …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - mudelli statistiċi avvanzati użati jkunu:

  • a. speċifiċi għall - proprjetà u għal - lokazzjoni f’livell suffiċjenti ta’ granularità (eż. kodiċi postali għal kollateral ta’ proprjetà immobbli);
  • b. validi u preċiżi, u soġġetti għal ittestjar retrospettiv robust u regolari kon tra l- prezzijiet attwali osservati tat - tranżazzjonijiet;
  • c. ibbażati fuq kampjun kbir u rappreżentattiv biżżejjed, fuq il - bażi tal - prezzijiet tat - tranżazzjonijiet osservati;
  • d. ibbażati fuq data aġġornata ta’ kwalità għolja.
238. Meta jintużaw dawn il - mudelli statistiċi avvanzati, l - istituzzjonijiet ikunu fl - aħħar …

Meta jintużaw dawn il - mudelli statistiċi avvanzati, l - istituzzjonijiet ikunu fl - aħħar mill - aħħar responsabbli mill - adegwatezza u mill - prestazzjoni tal - mudelli, u l - istimatur jibqa’ dak responsabbli mill - valwazzjoni li ssir bl - użu ta’ mudell statistiku avvanzat. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jifhmu l - metodoloġija tagħhom, id - data tal- input u s - suppożizzjonijiet tal - mudelli użati. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li d - dokumentazzjoni tal - mudelli tkun aġġornata.

239. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal -IT …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal -IT implimentati u data suffiċjenti u preċiża għall - finijiet ta’ kwalunkwe valwazzjoni jew rivalwazzjoni statistika bbażata fuq mudell tal - kollateral.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/