+5.2 Governanza tal- proċess ta’ identifikazzjoni
|
5.2 Governanza tal- proċess ta’ identifikazzjoni
111.Il- korp maniġerjali għandu r - responsabbilità aħħarija għall - proċess ta’ identifikazzjoni u għall - politika rispettiva. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu: - a. japprova l-politika tal- proċess ta’ identifikazzjoni bħala parti mill -politika ta’ remunerazzjoni;
- b. ikun involut fit-tfassil tal-awtovalutazzjoni;
- c. jiżgura li l - valutazzjoni għall -identifikazzjoni tal-persunal issir kif suppost skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-RTS dwar il-persunal identifikat u dawn il-linji gwida;
- d. jissorvelja l- proċess ta’ indentifikazzjoni fuq bażi kontinwa;
- e. japprova kwalunkwe eżenzjoni materjali minn jew bidliet fil -politika adottata u jikkunsidra u jissorvelja bir- reqqa l - effett tagħhom;
- f. japprova jew jissorvelja kwalunkwe esklużjoni ta’ persunal skont l -RTS dwar il-persunal identifikat meta l- istituzzjonijiet iqisu li l -kriterji kwantitattivi definiti fir-Regolament Delegat tal- Kummissjoni ma jkunux issodisfati mill -persunal, peress li dawn fil-fatt m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet; u
- g. kull ċertu żmien jirrevedi l - politika approvata u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha.
112. Meta jkun ġie stabbilit kumitat tar - remunerazzjoni, dan għandu jkun involut b’mod attiv fil - proċess ta’ identifikazzjoni f’konformità mar -responsabbiltaji et tiegħu għat - tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir - remunerazzjoni. Meta ma jkun ġie stabbilit l -ebda kumitat tar-remunerazzjoni, il- membri mhux eżekuttivi u, fejn possibbli, il -membri indipendenti tal-korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom jeżegwixxu l -kompiti rispettivi. 113.Il- funzjonijiet indipendenti ta’ mmaniġġjar tar -riskju u ta’ verifika tal-konformità, il-funzjonijiet tal- appoġġ tan - negozju (eż. legali, riżorsi umani) u l -kumitati rilevanti tal- korp maniġerjali (jiġifieri kumitati tar-riskju, tan-nomina u tal- awditjar) għandhom ikunu involuti fil - proċess ta’ identifikazzjoni skont ir- rwol rispettiv tagħhom u fuq bażi kontinwa wkoll. B’mod partikolari, meta jkun ġie stabbilit kumitat tar - riskju, dan għandu jkun involut fil - proċess ta ’ identifikazzjoni mingħajr preġudizzju għall -kompiti tal-kumitat tar-remunerazzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw skambju xieraq ta’ informazzjoni fost il -korpi interni u l- funzjonijiet kollha involuti fil - proċess ta’ identifikazzjoni. Il - proċess ta’ identifikazzjoni u r- riżultat tiegħu għandhom ikunu soġġetti għal rieżami indipendenti intern jew estern.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|