|
+14.1.2 Kriterji tal- prestazzjoni sensittivi għar -riskju |
14.1.2 Kriterji tal- prestazzjoni sensittivi għar -riskju225.L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jiddokumentaw kriterji tal -prestazzjoni, kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, in klużi finanzjarji u mhux finanzjarji għall - individwi, għall - unitajiet tan- negozju u għall -istituzzjoni. Il-kriterji tal- prestazzjoni m’għandhomx jinċentivaw teħid ta’ riskju eċċessiv jew bejgħ inadatt tal -prodotti. 226.L- istituzzjonijiet għandhom jużaw bilanċ xieraq bejn il -kriterji kwantitattivi u kwalitattivi kif ukoll bejn dawk assoluti u relattivi. 227.Il- kriterji użati sabiex ikejlu r -riskju u l- prestazzjoni għandhom ikunu marbutin kemm jista’ jkun mill- qrib mad - deċiżjonijiet meħudin mill -membru tal-persunal identifikat u mal-kategorija tal-membri tal- persunal li hija soġġetta għall -kejl tal- prestazzjoni u għandhom jiżguraw li l - proċess tal- għoti għandu impatt xieraq fuq l - imġiba tal -persunal. 228.Il-kriterji tal- prestazzjoni għandhom jinkludu objettivi u miżuri li jistgħu jinkisbu li fuqhom il - membru tal- persunal identifikat għandu xi influwenza diretta. Pereżempju, fatturi varjabbli f’livell individwali għal uffiċjal tas - self jistgħu jkunu l - prestazzjoni ta’ self oriġinat jew issorveljat minn dik il-persuna , filwaqt li għall - maniġer ta’ unità tan - negozju jistgħu jkunu l -prestazzjoni tat-tim maniġerjali ta’ dik l - unità. Meta tiġi vvalutata l - prestazzjoni, għandhom jitkejlu r - riżultati u l - eżiti attwalment realizzati. 229.Il- kriterji kwantitattivi għandhom ikopru perjodu li huwa twil biżżejjed sabiex ikopru kif suppost ir- riskju meħud mill -membri tal-persunal identifikati, mill-unitajiet tan-negozju u mill-istituzzjoni u għandhom ikunu aġġustati għar - riskju u jinkludu miżuri ekonomiċi tal - effiċjenza. Eżempji ta’ kriterji tal- prestazzjoni huma dħul aġġustat għar - riskju minn kapital (RAROC), dħul minn kapital aġġustat għar -riskju (RORAC), profitt ekonomiku, kapital ta’ riskju ekonomiku intern, kontribuzzjoni ekonomika netta, il-kost tal- finanzjament aġġustat għar -riskju, il-figuri ta’ riskju derivati mill- proċess ta’ valutazzjoni tal -adegwatezza tal-kapital intern jew il-figuri finanzjarji relatati mal- baġit tal - funzjonijiet (eż. għal funzjoni korporattiva, inklużi r - riżorsi legali u umani) jew mal-profil tar-riskju operazzjonali, jew mal- aġġustamenti ta’ kontabilità pura tagħhom. 230.Indikaturi tal- effiċjenza operattiva (eż. profitti, dħul, produttività, kostijiet u metriċi ta’ volum) jew xi kriterji tas - suq (eż. prezz tal - ishma u r -ritorn totali tal-azzjonist) ma jinkorpo rawx aġġustament tar - riskju espliċitu u huma għal żmien qasir ħafna u għaldaqstant mhumiex biżżejjed sabiex ikopru r - riskji kollha tal -attivitajiet tal-membru tal-persunal identifikat. Kriterji tal- prestazzjoni bħal dawn jeħtieġu aġġustamenti għar -riskju addizzjonali. 231. Kriterji kwalitattivi (bħall - kisba ta’ riżultati, konformità mal - istrateġija fl - aptit għar -riskju u rekord tal- konformità) għandhom ikunu rilevanti fil -livell ta’ istituzzjoni, ta’ unità tan-negozju jew individwali. Eżempji ta’ kriterji kwalitattivi huma l - kisbiet ta’ miri strateġiċi, is -sodisfazzjon tal-klijenti, l-aderenza mal-politika dwar l- immaniġġjar tar -riskji, il-konformità mar-regoli interni u esterni, it- tmexxija, il - ħidma f’tim, il -kreattività, il-motivazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ unitajiet tan- negozju oħrajn, ma’ funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll intern. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|