+38. Mingħajr preġudizzju għar -responsabbiltajiet assenjati skont il- liġi nazzjonali dwar il …
|
38. Mingħajr preġudizzju għar -responsabbiltajiet assenjati skont il- liġi nazzjonali dwar il …
Mingħajr preġudizzju għar -responsabbiltajiet assenjati skont il- liġi nazzjonali dwar il -kumpaniji applikabbli, fil- funzjoni superviżorja tiegħu il - korp maniġerjali għandu: - a. jissorvelja u jimmonitorja t- teħid ta’ deċiżjonijiet u l -azzjonijiet tal- maniġment u jipprovdi sorveljanza effettiva tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, inkluż il- monitoraġġ u l -iskrutinju tal- prestazzjoni individwali u kollettiva tiegħu u l - implimentazzjoni tal- istrateġija u l -objettivi tad-ditta tal-investiment;
- b. jikko ntesta b’mod kostruttiv u jirrieżamina b’mod kritiku l -proposti u l-informazzjoni pprovduti mill-membri tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, kif ukoll id - deċiżjonijiet tiegħu;
- c. jissodisfa b’mod xieraq id -dmirijiet u r-rwol tal-kumitat tar-riskju u tal-kumitat tar-remunerazzjoni, fejn ma jkun ġie stabbilit l - ebda kumitat bħal dan;
- d. jiżgura u jivvaluta perjodikament l - effikaċja tal - qafas ta’ governanza interna tad -ditta tal- investiment u jieħu passi xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat;
- e. jissorvelja u jimmonitorja li l- objettivi strateġiċi, l -istruttura organizzazzjonali u l-istrateġija tar -riskju tad-ditta tal-investiment, il- predispożizzjoni għar -riskju u l- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tagħha, kif ukoll politiki oħra (eż. il -politika ta’ remunerazzjoni) u l- qafas tad - divulgazzjoni qed jiġu implimentati b’mod konsistenti;
- f. jimmonitorja li l-kultura tar-riskju tad-ditta tal- investiment qed tiġi implimentata b’mod konsistenti;
- g. jissorvelja l- implimentazzjoni u ż - żamma ta’ kodiċi ta’ kondotta jew ta’ kodiċi simili u politiki effettivi biex jiġu identifikati, ġestiti u mitigati kunflitti ta’ interess reali u potenzjali;
- h. jissorvelja l-integrità tal-informazzjoni u tar-rapportar finanzjarju, u l- qafas ta’ kontroll in tern, inkluż qafas ta’ ġestjoni tar - riskju effettiv u b’saħħtu;
- i. jiżgura li l - kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern jistgħu jaġixxu b’mod indipendenti u, irrispettivament mir- responsabbiltà li jirrapportaw għand korpi interni, linji jew unitajiet op eratorji oħrajn, jistgħu jqajmu tħassib u jwissu lill - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu direttament, fejn meħtieġ, meta żviluppi negattivi fir -riskju jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw lid -ditta tal-investiment; u
- j. jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ awditjar intern, wara l-involviment preċedenti tal -kumitat tar-riskju, fejn dan ikun stabbilit.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|