+89. Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: a. …
|
89. Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: a. …
Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: - a. It-ton minn fu q: il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment u mill-komunikazzjoni tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi tad-ditta tal-investiment. L-imġiba tal - membri tagħha għandha tirrifletti dawn il -valuri. Il- maniġment tad -ditti tal-investi ment, inkluż id - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin, għandu jikkontribwixxi għall - komunikazzjoni interna tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi lill-persunal. Il-persunal għandu jaġixxi f’konformità mal - liġijiet u r -regolamenti kollha applikabbli u jirr eferi minnufih nuqqas ta’ konformità osservata fi ħdan jew barra mid -ditta tal-investiment (eż. lill - awtorità kompetenti permezz ta’ proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta). Il- korp maniġerjali għandu fuq bażi kontinwa jippromwovi, jimmonitorja u jivvaluta l-kultura tar-riskju tad-ditta tal- investiment; iqis l -impatt tal-kultura tar- riskju fuq l - istabbiltà finanzjarja, fuq il -profil tar- riskju u fuq il -governanza robusta tad-ditta tal- investiment; u jagħmel tibdil fejn meħtieġ.
- b. Obbligu ta’ rendikont: il-persunal rilevanti fil- livelli kollha għandu jkun jaf u jifhem il - valuri fundamentali tad-ditta tal- investiment u, sa fejn ikun meħtieġ għar - rwol tiegħu, il- predispożizzjoni għar -riskju u l- kapaċità għar - riskju tagħha. Għandhom ikunu kapaċi jwettqu ir - rwol tagħhom u jkunu konxji li se jinżammu responsabbli mill -azzjonijiet tagħhom fir -rigward tal- imġiba ta’ teħid tar -riskji tad-ditta tal-investiment.
- c. Komunikazzjoni u kontestazzjoni effettivi: kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tippromwovi ambjent ta ’ komunikazzjoni miftuħa u kontestazzjoni effettiva li fih il - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet jinkoraġġixxu firxa wiesgħa ta’ fehmiet, jippermettu ttestjar ta’ prattiki kurrenti, jistimulaw attitudni kritika u kostruttiva fost il-persunal, u jippromwo vu ambjent ta’ impenn miftuħ u kostruttiv fl -organizzazzjoni kollha.
- d. Inċentivi: inċentivi xierqa għandu jkollhom rwol ewlieni fl -allinjament tal- imġiba tat - teħid ta’ riskji mal -profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment u mal-interess fit-tul tagħha19 .
19 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2034/2019
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|