+8 Kultura tar-riskju
---+85. Kultura tar-riskj u soda, diliġenti u konsistenti għandha tkun element ewlieni tal - ġestjoni …
---+86. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżviluppaw kultura ta’ riskju integrata u ta’ investiment …
---+87. Id-ditti tal-investiment g ħandhom jiżviluppaw kultura tar -riskju permezz ta’ politiki …
---+88. Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - …
---+89. Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: a. …

8 Kultura tar-riskju

8 Kultura tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
85. Kultura tar-riskj u soda, diliġenti u konsistenti għandha tkun element ewlieni tal - ġestjoni …

Kultura tar-riskj u soda, diliġenti u konsistenti għandha tkun element ewlieni tal - ġestjoni effettiva tar-riskji tad-ditti tal- investiment u għandha tippermetti lid -ditti tal-investiment jieħdu deċiżjonijiet għaqlin u infurmati.

86. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżviluppaw kultura ta’ riskju integrata u ta’ investiment …

Id-ditti tal- investiment għandhom jiżviluppaw kultura ta’ riskju integrata u ta’ investiment marbuta mad- ditta, ibbażata fuq fehim sħiħ u viżjoni olistika tar - riskji li jiffaċċjaw, inklużi r - riskji għall - klijenti, għas - swieq, ir - riskju għad -ditta tal-investiment stess u r-riskji tal-likwidità, b’mod partikolari dawk li jista’ jkollhom impatt materjali fuq jew inaqqsu l -livell ta’ fondi proprji disponibbli u kif jiġu ġestiti, filwaqt li jitqiesu l - kapaċità ta’ riskju tad -ditta ta’ investiment u l- predispożizzjoni għar -riskju.

87. Id-ditti tal-investiment g ħandhom jiżviluppaw kultura tar -riskju permezz ta’ politiki …

Id-ditti tal-investiment g ħandhom jiżviluppaw kultura tar -riskju permezz ta’ politiki, komunikazzjoni u taħriġ tal -persunal fir-rigward tal-attivitajiet, l- istrateġija u l -profil tar-riskju tad-ditta tal- investiment, u għandhom jadattaw il -komunikazzjoni u t- taħriġ tal -persunal biex jitqiesu r -responsabbiltajiet tal-persunal fir-rigward tat- teħid ta’ riskji u l - ġestjoni tar -riskji.

88. Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - …

Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - ġestjoni tar -riskji. Il- ġestjoni tar - riskji ma għandhiex tkun limitata għal speċjalisti tar -riskji jew għal funzjonijiet ta’ kontroll intern. L - unitajiet operatorji, taħt is -sorveljanza tal-korp maniġerjali, għandhom ikunu primarjament responsabbli mill - ġestjoni tar - riskji fuq bażi ta’ kuljum skont il-politiki, il- proċed uri u l-kontrolli tad-ditta tal- investiment, filwaqt li jitqiesu l - predispożizzjoni għar -riskju u l- kapaċità għar -riskju tad-ditta tal-investiment.

89. Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: a. …

Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal:

  • a. It-ton minn fu q: il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment u mill-komunikazzjoni tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi tad-ditta tal-investiment. L-imġiba tal - membri tagħha għandha tirrifletti dawn il -valuri. Il- maniġment tad -ditti tal-investi ment, inkluż id - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin, għandu jikkontribwixxi għall - komunikazzjoni interna tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi lill-persunal. Il-persunal għandu jaġixxi f’konformità mal - liġijiet u r -regolamenti kollha applikabbli u jirr eferi minnufih nuqqas ta’ konformità osservata fi ħdan jew barra mid -ditta tal-investiment (eż. lill - awtorità kompetenti permezz ta’ proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta). Il- korp maniġerjali għandu fuq bażi kontinwa jippromwovi, jimmonitorja u jivvaluta l-kultura tar-riskju tad-ditta tal- investiment; iqis l -impatt tal-kultura tar- riskju fuq l - istabbiltà finanzjarja, fuq il -profil tar- riskju u fuq il -governanza robusta tad-ditta tal- investiment; u jagħmel tibdil fejn meħtieġ.
  • b. Obbligu ta’ rendikont: il-persunal rilevanti fil- livelli kollha għandu jkun jaf u jifhem il - valuri fundamentali tad-ditta tal- investiment u, sa fejn ikun meħtieġ għar - rwol tiegħu, il- predispożizzjoni għar -riskju u l- kapaċità għar - riskju tagħha. Għandhom ikunu kapaċi jwettqu ir - rwol tagħhom u jkunu konxji li se jinżammu responsabbli mill -azzjonijiet tagħhom fir -rigward tal- imġiba ta’ teħid tar -riskji tad-ditta tal-investiment.
  • c. Komunikazzjoni u kontestazzjoni effettivi: kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tippromwovi ambjent ta ’ komunikazzjoni miftuħa u kontestazzjoni effettiva li fih il - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet jinkoraġġixxu firxa wiesgħa ta’ fehmiet, jippermettu ttestjar ta’ prattiki kurrenti, jistimulaw attitudni kritika u kostruttiva fost il-persunal, u jippromwo vu ambjent ta’ impenn miftuħ u kostruttiv fl -organizzazzjoni kollha.
  • d. Inċentivi: inċentivi xierqa għandu jkollhom rwol ewlieni fl -allinjament tal- imġiba tat - teħid ta’ riskji mal -profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment u mal-interess fit-tul tagħha19 .

19 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2034/2019

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/