+9. Il - kwalità tad - data
---+44. Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċessi u kontrolli xierqa stabbiliti …
---+45. Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il - kompletezza u l - …
---+46. Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s - somma tas - subpożizzjonijiet …
---+47. F’konformità mar - rekwiżiti minimi applikabbli skont id - Direttiva (UE) 2013/36/UE u d - …
---+48. Għall - istituzzjonijiet, il - proporzjon bejn ir - remunerazzjoni varjabbli u fissa għal …
---+49. Meta jivverifikaw il - kompletezza tad - data tal - persuni li jaqilgħu pagi għoljin, l - …
---+50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kontrolli ta’ plawżibbiltà biex jikkonfermaw li d - …
---+51. Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu konxji mill - iżviluppi li materjalment żiedu jew naqqsu …
---+52. Għad - data sottomessa li turi kwistjonijiet potenzjali dwar il - kwalità tad - data , l - EBA …
---+53. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu data kkoreġuta jew spjegazzjonijiet għal …
---+54. Meta jissottomettu data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin lill - EBA f’konformità ma’ …

9. Il - kwalità tad - data

9. Il - kwalità tad - data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
44. Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċessi u kontrolli xierqa stabbiliti …

Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċessi u kontrolli xierqa stabbiliti biex jiżguraw li d - data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin tiġi aggregata u pprovduta b’mod korrett.

45. Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il - kompletezza u l - …

Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il - kompletezza u l - plawżibbiltà tad - data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin ipprovduta, filwaqt li jqisu r - regoli ta’ validazzjoni fl - Anness III. L - awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw ukoll dawk il - kontrolli għad - data aggregata li għandha tiġi sottomessa lill - EBA.

46. Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s - somma tas - subpożizzjonijiet …

Id - ditti u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s - somma tas - subpożizzjonijiet tar - remunerazzjoni varjabbli u fissa tkun ugwali għat - total u li r - remunerazzjoni totali medja tal - persunal tkun konsistenti mal - kategorija ta’ pagamenti magħżula.

47. F’konformità mar - rekwiżiti minimi applikabbli skont id - Direttiva (UE) 2013/36/UE u d - …

F’konformità mar - rekwiżiti minimi applikabbli skont id - Direttiva (UE) 2013/36/UE u d - Direttiva (UE) 2019/2034, id - data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin dwar l - arranġamenti ta’ differiment u l - iżborż fl - istrumenti għandha tkun plawżibbli, wara t - tnaqqis tal - ammonti mogħtija lil persuni li jaqilgħu pagi għoljin li huma persunal identifikat li jibbenefika minn derogi u minn persuni li jaqilgħu pagi għoljin li ma humiex persunal identifikat.

48. Għall - istituzzjonijiet, il - proporzjon bejn ir - remunerazzjoni varjabbli u fissa għal …

Għall - istituzzjonijiet, il - proporzjon bejn ir - remunerazzjoni varjabbli u fissa għal persuni li jaqilgħu pagi għoljin li huma persunal identifikat għandu jkun inqas minn 100 % (200 % bl - approvazzjoni tal - azzjonisti), wara t - tnaqqis tal - ammonti mogħtija bħala paga għat - terminazzjoni tal - impjieg jew remunerazzjoni varjabbli garantita li ma tqisux għall - kalkolu tal - proporzjon u l - ammonti mogħtija lil persuni li jaqilgħu pagi għoljin fi ħdan ditti li japplikaw qafas ta’ remunerazzjoni speċifiku.

49. Meta jivverifikaw il - kompletezza tad - data tal - persuni li jaqilgħu pagi għoljin, l - …

Meta jivverifikaw il - kompletezza tad - data tal - persuni li jaqilgħu pagi għoljin, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, b’mod partikolari, id - daqs u l - għadd ta’ persunal tad - ditti u l - għadd ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin ipprovduti fil - passat.

50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kontrolli ta’ plawżibbiltà biex jikkonfermaw li d - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kontrolli ta’ plawżibbiltà biex jikkonfermaw li d - ditti li jridu jipprovdu data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin fil - fatt ipprovdewha f’konformità ma’ dawn il - Linji Gwida. B’mod partikolari, meta l - awtoritajiet kompetenti ma jirċevux data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin minn ditti li jkunu ppreżentaw tali data qabel, dawn għandhom jikkuntattjaw lid - ditti biex jirċievu konferma tal - fatt li ma kellha tiġi rrappurtata l - ebda persuna li taqla’ paga għolja. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jsegwu wkoll il - bidliet materjali fl - għadd ta’ persuni rrappurtati li jaqilgħu pagi għoljin.

51. Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu konxji mill - iżviluppi li materjalment żiedu jew naqqsu …

Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu konxji mill - iżviluppi li materjalment żiedu jew naqqsu l - għadd ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin, huma għandhom jinformaw lill - EBA bir - raġuni sottostanti.

52. Għad - data sottomessa li turi kwistjonijiet potenzjali dwar il - kwalità tad - data , l - EBA …

Għad - data sottomessa li turi kwistjonijiet potenzjali dwar il - kwalità tad - data , l - EBA tista’ titlob lill - awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw id - data u jipprovdu l - informazzjoni meħtieġa għall - interpretazzjoni korretta tagħha.

53. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu data kkoreġuta jew spjegazzjonijiet għal …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu data kkoreġuta jew spjegazzjonijiet għal kwalunkwe data plawżibbli mill - aktar fis possibbli. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill - qrib mal - EBA biex jiżguraw li s - sett tad - data għall - analiżi jkun stabbli u ta’ kwalità tajba sat - 30 ta’ Settembru.

54. Meta jissottomettu data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin lill - EBA f’konformità ma’ …

Meta jissottomettu data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin lill - EBA f’konformità ma’ dawn il - linji gwida, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawn jikkonformaw ukoll ma’ EBA/DC/335 tal - 5 ta’ Ġunju 2020 dwar l - Infrastruttura Ċentralizzata Ewropea għad - Data Superviżorja (EUCLID) (“Deċiżjoni EUCLID”)5 kif emendata u li jipprovdu lill - istituzzjonijiet u lid - ditti tal - investiment kwalunkwe speċifikazzjoni teknika meħtieġa għall - konformità kontinwa mad - Deċiżjoni EUCLID.


5 https://www.eba.europa.eu/sites/default/documents/files/document_library/Risk%20Analysis%20and%20Data/ Reporting%20by%20Authorities/885459/Decision%20on%20the%20European%20Centralised%20Infrastructure%2 0of%20Data%20%28EUCLID%29.pdf

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/