+125. Meta jivvalutaw l - effettività tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
|
125. Meta jivvalutaw l - effettività tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
Meta jivvalutaw l - effettività tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, meta rilevanti billi jiddistingwu bejn l - ICAAP u l - ILAAP, jekk: - a. id- ditta tal - investiment tqisx l - ICARAP u r - riżultati tagħhom fil - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ ġestjoni fil - livelli kollha fid - ditta tal - investiment;
- b. id- ditta tal - investiment tużax l - ICARAP u r - riżultati tagħhom fil - ġestjoni tar - riskju, tal - kapital u tal - likwidità tagħha;
- c. id- ditta tal - investiment għandhiex politiki, proċeduri u għodod biex tiffaċilita:
40 - i. l- identifikazzjoni ċara tal - funzjonijiet u/jew kumitati rilevanti responsabbli għall - elementi differenti tal - ICARAP;
- ii. l- ippjanar tal - kapital u l - likwidità: il - kalkolu tar - riżorsi tal - kapital u l - likwidità fuq bażi progressiva b’rabta mal - istrateġija ġenerali jew tranżazzjonijiet sinifikanti;
- iii. l- allokazzjoni u l - monitoraġġ tar - riżorsi ta’ kapital u ta’ likwidità fost il -linji operatorji u t - tipi ta’ riskji, b’mod partikolari billi jiġu ddefiniti limiti ta’ riskji għal -linji operatorji, l - entitajiet jew ir - riskji individwali huma konsistenti mal - għan li tiġi żgurata l - adegwatezza ġenerali tar - riżorsi interni tal - kapital u tal - likwidità tad - ditta tal - investiment;
- iv. ir- rapportar regolari u immedjat tal - adegwatezza tal - kapital u ta l- likwidità għall - maniġment superjuri u għall - korp maniġerjali;
- v. sensibilizzazzjoni u azzjonijiet tal - maniġment superjuri jew tal - korp maniġerjali fejn l - istrateġija tan - negozju u/jew it - tranżazzjonijiet individwali sinifikanti jistgħu ma jkunux konsistenti mal- ICAAP u l - kapital intern disponibbli jew mal - ILAAP u r - riżorsi interni tal - likwidità disponibbli;
- d. jekk il - korp maniġerjali jurix impenn xieraq u għarfien rigward l - ICARAP u l - eżiti tagħhom; u
- e. l- ICARAP humiex ta’ natura progressiva billi jivvalutaw l - konsistenza tal - kapital intern u tal - assi likwidi ma’ pjanijiet strateġiċi.
Komprensività tal -ICARAP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|