+5.6 Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju
---+118. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment tkunx …
---+119. Meta jivvalutaw il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+120. Meta jirrevedu l - istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - qafas tal - …
---+121. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment, li mhumiex …
---+122. Fil- każ ta’ ditti tal - investiment li jissodisfaw il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw …
---+123. Dawn il- valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għad - determinazzjoni tar - rekwiżit ta’ …
---+124. Meta jivvalutaw is - solidità tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
---+125. Meta jivvalutaw l - effettività tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
---+126. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - kopertura tal -ICARAP tal …
---+127. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment iwettqux …
---+128. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment li jwettqu …
---+129. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - valutazzjonijiet tad - ditti tal - …
---+130. Għal ditti tal - investiment li jwettqu attivitajiet imsemmija fil - punt (3) jew (6) tat - …
---+131. Meta jivvalutaw it - testijiet tal - istress u l - analiżijiet tas - sensittività u r - …
---+132. Jekk l - awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet fit - tfassil tal - valutazzjoni taċ …

5.6 Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju

5.6 Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
118. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment tkunx …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment tkunx stabbiliet qafas tal - ġestjoni tar - riskju u proċessi għall - ġestjoni tar - riskju xierqa. L - awtoritajiet kompetenti għandhom tal - inqas jirrevedu:

  • a. l- istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - qafas tal - ġestjoni tar - riskju;
  • b. il- qafas ta l- ICARAP;
  • c. is - sensittività għal ċaqliq ekonomiku ċikliku.

5.6.1 Qafas tal- ġestjoni tar - riskju, aptit għar - riskju u strateġija għar -riskju

119. Meta jivvalutaw il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta jivvalutaw il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - punt sa fejn dan huwa integrat, u kif dan jinfluwenza l - istrateġija ġenerali tad - ditta tal - investiment. L - awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, jivvalutaw jekk hemmx rabtiet xierqa u konsistenti bejn l - istrateġija tan - negozju, l - istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - qafas tal - ġestjoni tar - riskju, u l - oqfsa tal - ġestjoni tal - kapital u tal - likwidità.

120. Meta jirrevedu l - istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - qafas tal - …

Meta jirrevedu l - istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - qafas tal - ġestjoni tar - riskju ta’ ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom tal - inqas jivvalutaw jekk:

  • a. id- ditti tal - investiment għandhomx qafas tal - ġestjoni tar - riskju olistiku fid - ditti kollha tal - investiment li jestendi fl - organizzazzjoni kollha, filwaqt li jirrikonoxxi bis -

38 sħiħ is - sustanza ekonomika tal - iskoperturi għar - riskju kollha tagħhom inklużi r - riskji li d- ditta tal - investiment toħloq għaliha nnifisha, il - klijenti u s - swieq tagħha u r - riskji tal - likwidità, b’mod partikolari dawk li jista’ jkollhom impatt materjali fuq jew inaqqsu l - livell ta’ fondi proprji disponibbli;

  • b. il- qafas tal - ġestjoni tar - riskju jinkludix ir - riskji rilevanti kollha b’kunsiderazzjoni xierqa kemm tar - riskji finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji;
  • c. id- ditta tal - investiment meta tidentifika u tkejjel jew tivvaluta ir - riskji, tużax biss metodoloġiji kwantitattivi ta’ valutazzjoni (inkluż ittestjar tal - istress), iżda wkoll għodod kwalitattivi ta’ valutazzjoni tar - riskju (inklużi ġudizzju espert u analiżi kritika);
  • d. hemmx rapportar effettiv tar - riskju li jinvolvi kunsiderazzjoni interna soda u komunikazzjoni tal - istrateġija tar - riskju u data rilevanti dwar ir - riskju kemm orizzontalment fost id - ditti tal - investiment kif ukoll ’il fuq u ’l isfel fil - katina ta’ ġestjoni;
  • e. il- qafas tal - ġestjoni tar - riskju ta’ ditta tal - investiment jinkludix politiki, proċeduri, limiti tar - riskji u kontrolli tar - riskji li jiżguraw identifikazzjoni, kejl jew valutazzjoni, monitoraġġ, ġestjoni, mitigazzjoni u rapportar adegwati, f’waqthom u kontinwi tar - riskji fil - linja operatorja, fil - livell tad - ditta tal - investiment u, meta rilevanti, fil -li vell konsolidat;
  • f. l- istrateġija tar - riskju u l - aptit għar - riskju jaqilbux ir - riskji materjali kollha f’limiti speċifiċi tar - riskju;
  • g. l- istrateġija u l - aptit għar - riskju jqisux b’mod xieraq l - aptit għar - riskju u r - riżorsi finanzjarji tad - ditta tal - investiment u jqisux l - fondi proprji superviżorji u r - rekwiżiti tal - likwidità u miżuri u rekwiżiti superviżorji oħrajn;
  • h. id- ditta tal - investiment stabbilietx proċessi għall - approvazzjoni ta’ deċiżjonijiet li dwarhom il - funzjoni ta’ verifika tal - konformità jew, meta rilevanti, il - funzjoni tal - ġestjoni tar - riskju, esprimiet opinjoni negattiva.

5.6.2 Qafas għall - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l -adegwatezza tal-kapital u l-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar ir -riskju (ICARAP)

121. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment, li mhumiex …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment, li mhumiex ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi skont l - Artikolu 12 tar - Regolament (UE) 2019/2033 jew li għalihom l - awtoritajiet kompetenti eżerċitaw id - diskrezzjoni prevista fl - Artikolu 24(2), it - tieni subparagrafu tad - Direttiva (UE) 2019/2034, fil - livell individwali, jew gruppi ta’ ditti tal - investiment, fil - livell konsolidat, ikollhom arranġamenti, strateġiji u proċessi sodi, effettivi u komprensivi stabbiliti biex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni tal - kapital intern u tal - assi likwidi li huma jqisu adegwati biex ikopru n - natura u l - livell tar - riskji li jistgħu joħolqu għal oħrajn u li d - ditti tal - investiment infushom huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom. Tali arranġamenti, strateġiji u proċessi għandhom ikunu

39 parti minn proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital u ta’ valutazzjoni interna dwar ir - riskju li jistgħu jkomplu jinqasmu fi proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital (ICAAP) u proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità (ILAAP).

122. Fil- każ ta’ ditti tal - investiment li jissodisfaw il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw …

Fil- każ ta’ ditti tal - investiment li jissodisfaw il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033 li jintalbu mill - awtoritajiet kompetenti tagħhom japplikaw ir - rekwiżiti skont l - Artikolu 24(2) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - valutazzjoni kif meqjus xieraq.

123. Dawn il- valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għad - determinazzjoni tar - rekwiżit ta’ …

Dawn il- valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għad - determinazzjoni tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali u l - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - kapital kif deskritt fit - Titolu 7 kif ukoll għall - evalwazzjoni tal - adegwatezza tal - likwidità kif deskritt fit - Titolu 9.

Is - solidità tal -ICARAP

124. Meta jivvalutaw is - solidità tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …

Meta jivvalutaw is - solidità tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, meta rilevanti billi jiddistingwu bejn l - ICAAP u l - ILAAP, jekk:

  • a. l- arranġamenti, l - istrateġiji u l- proċessi li jikkostitwixxu l - ICARAP humiex xierqa u proporzjonati għan - natura, id - daqs u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment;
  • b. l- arranġamenti, l - istrateġiji u l - proċessi li jikkostitwixxu l - ICARAP humiex riveduti b’mod regolari mid -di tta tal - investiment;
  • c. il- metodoloġiji u s - suppożizzjonijiet applikati mid - ditta tal - investiment humiex xierqa u bbażati fuq data ta’ input empirika soda;
  • d. jekk il - livell ta’ fiduċja huwiex konsistenti mal - aptit għar - riskju;
  • e. jekk id - definizzjoni u l - kompożizzjoni tar - riżorsi interni disponibbli ta’ kapital jew ta’ likwidità kkunsidrati mid - ditta tal - investiment għall - ICARAP humiex konsistenti mar- riskji mkejla mid - ditta tal - investiment u humiex eliġibbli għall - kalkolu tal - fondi proprji u r - riżervi ta’ likwidità.

Effettività tal -ICARAP

125. Meta jivvalutaw l - effettività tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …

Meta jivvalutaw l - effettività tal -ICARAP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, meta rilevanti billi jiddistingwu bejn l - ICAAP u l - ILAAP, jekk:

  • a. id- ditta tal - investiment tqisx l - ICARAP u r - riżultati tagħhom fil - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ ġestjoni fil - livelli kollha fid - ditta tal - investiment;
  • b. id- ditta tal - investiment tużax l - ICARAP u r - riżultati tagħhom fil - ġestjoni tar - riskju, tal - kapital u tal - likwidità tagħha;
  • c. id- ditta tal - investiment għandhiex politiki, proċeduri u għodod biex tiffaċilita:

40

  • i. l- identifikazzjoni ċara tal - funzjonijiet u/jew kumitati rilevanti responsabbli għall - elementi differenti tal - ICARAP;
  • ii. l- ippjanar tal - kapital u l - likwidità: il - kalkolu tar - riżorsi tal - kapital u l - likwidità fuq bażi progressiva b’rabta mal - istrateġija ġenerali jew tranżazzjonijiet sinifikanti;
  • iii. l- allokazzjoni u l - monitoraġġ tar - riżorsi ta’ kapital u ta’ likwidità fost il -linji operatorji u t - tipi ta’ riskji, b’mod partikolari billi jiġu ddefiniti limiti ta’ riskji għal -linji operatorji, l - entitajiet jew ir - riskji individwali huma konsistenti mal - għan li tiġi żgurata l - adegwatezza ġenerali tar - riżorsi interni tal - kapital u tal - likwidità tad - ditta tal - investiment;
  • iv. ir- rapportar regolari u immedjat tal - adegwatezza tal - kapital u ta l- likwidità għall - maniġment superjuri u għall - korp maniġerjali;
  • v. sensibilizzazzjoni u azzjonijiet tal - maniġment superjuri jew tal - korp maniġerjali fejn l - istrateġija tan - negozju u/jew it - tranżazzjonijiet individwali sinifikanti jistgħu ma jkunux konsistenti mal- ICAAP u l - kapital intern disponibbli jew mal - ILAAP u r - riżorsi interni tal - likwidità disponibbli;
  • d. jekk il - korp maniġerjali jurix impenn xieraq u għarfien rigward l - ICARAP u l - eżiti tagħhom; u
  • e. l- ICARAP humiex ta’ natura progressiva billi jivvalutaw l - konsistenza tal - kapital intern u tal - assi likwidi ma’ pjanijiet strateġiċi.

Komprensività tal -ICARAP

126. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - kopertura tal -ICARAP tal …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - kopertura tal -ICARAP tal - mudell tan - negozju, il - linji operatorji, l - attivitajiet u l - entitajiet legali tad - ditta tal - investiment. Abbażi ta’ din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - identifikazzjoni u l - valutazzjoni tal - ICARAP tar - riskji li għalihom id - ditta tal - investiment hija jew tista’ tkun esposta jew toħloq għal oħrajn, u l - konformità tal -ICARAP mar-rekwiżiti legali. B’mod partikolari, dawn għandhom jivvalutaw:

  • a. jekk l - ICARAP humiex implimentati b’mod omoġenju u proporzjonali għal -linji operatorji, l - attivitajiet u l - entitajiet legali tad - ditta tal - investiment rilevanti kollha fir - rigward tal - identifikazzjoni u l - valutazzjoni tar - riskju;
  • b. meta kwalunkwe entità jkollha arranġamenti jew proċessi ta’ governanza interna differenti mill - entitajiet l - oħrajn tal - grupp, jekk dawn id - devjazzjonijiet humiex iġġustifikati. L - adozzjoni ta’ mudelli avvanzati minn parti biss tal - grupp tista’ tiġi iġġustifikata minn nuqqas ta’ data suffiċjenti biex jiġu stmati parametri għal xi linji operatorji, attivitajiet, jew entitajiet legali, dment li dawn il -linj i operatorji, l - attivitajiet jew l - entitajiet legali ma jirrappreżentawx sors ta’ konċentrazzjoni tar - riskju għall - bqija tal - portafoll.

41 5.6.3 Valutazzjoni tad-ditta tal- investiment taċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku

127. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment iwettqux …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment iwettqux valutazzjoni komprensiva tar - riskji li huma materjali għall - mudell tan - negozju u operattiv tagħhom, għall - kompożizzjoni tal - portafoll tagħhom jew għall - istrateġiji tan - negozjar tagħhom. Dan għandu jinkludi valutazzjoni ta’ dawn ir - riskji fil - kuntest ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku u tal - impatt li tali iċ - ċaqliq jista’ jkollu fuq il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li jissodisfaw ir - rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom, li jiffinanzjaw l - operazzjonijiet tan - negozju kontinwi tagħhom jew għal stralċ ordnat.

128. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment li jwettqu …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment li jwettqu attivitajiet imsemmija fil - punt (3) jew (6) tat - Taqsima A tal - Anness I tad - Direttiva 2014/65/UE jagħmlux valutazzjoni aktar fil - fond bl - użu ta’ test(ijiet) tal - istress jew analiżi tas - sensittività, filwaqt li jistennewhom li jirriflettu kamp ta’ applikazzjoni u livell ta’ sofistikazzjoni xierqa għan - natura, l - iskala, u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditti tal - investiment.

129. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - valutazzjonijiet tad - ditti tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - valutazzjonijiet tad - ditti tal - investiment ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku, jekk rilevanti fil - forma ta’ ttestjar tal - istress jew analiżijiet tas - sensittività, u l - eżiti tagħhom. Meta, abbażi ta’ tali reviżjoni, il- valutazzjonijiet tad - ditta tal - investiment tal - impatti taċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku jkunu affidabbli biżżejjed, ir - riżultati ta’ tali reviżjoni għandhom jinfurmaw il - valutazzjoni ta’ diversi elementi tal - SREP, b’mod partikolari:

  • a. għandha titqies l - identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet possibbli fl - arranġamenti ta’ governanza ġenerali jew il - kontrolli mad - ditta tal - investiment kollha identifikati waqt ir - reviżjoni;
  • b. għandha titqies l - identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet tan - negozju rilevanti meta jiġu vvalutat i l- vijabbiltà u s - sostenibbiltà tal - mudell tan - negozju tad - ditti tal - investiment tal - istrateġiji tagħhom f’konformità mat - Titolu 4;
  • c. għandha titqies l - identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet jew dgħufijiet possibbli fil - ġestjoni u l - kontrolli tar - riskji fuq oqsma ta’ riskju individwali identifikati waqt ir - reviżjoni mill - awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw ir - riskji individwali għall - kapital kif imsemmi fit - Titolu 6, jew riskji għal - likwidità kif imsemmi fit - Titolu 8; u
  • d. id- determinazzjoni potenzjali ta’ gwida dwar fondi proprji addizzjonali (P2G), l - ippjanar tal - kapital rivedut u miżuri oħrajn kif stabbilit fit - Titolu 7 u fit - Titolu 10.
130. Għal ditti tal - investiment li jwettqu attivitajiet imsemmija fil - punt (3) jew (6) tat - …

Għal ditti tal - investiment li jwettqu attivitajiet imsemmija fil - punt (3) jew (6) tat - Taqsima A tal - Anness I tad - Direttiva 2014/65/UE, meta jivvalutaw it - testijiet tal - istress jew l - analiżijiet tas - sensittività, u r - riżultati tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika lil dawn li ġejjin:

42

  • a. l- adegwatezza tal - għażla tax - xenarji, li għandhom ikunu rilevanti għall - mudell tan - negozju jew il - linji operatorji individwali jew il - portafolli tad - ditta tal - investiment u għas - suq li topera fih;
  • b. is - suppożizzjonijiet, il - metodoloġiji u l - motivaturi tar - riskju, inkluża s - severità tax - xenarju;
  • c. il- kopertura tar - riskji materjali u l - vulnerabbiltajiet identifikati, u l - impatt tagħhom fuq il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li jiġġeneraw profitt u jżommu rekwiżiti kapitali adegwati; u
  • d. l- użu tar - riżultati tagħhom, qabel u wara li jitqiesu l - azzjonijiet ta’ ġestjoni rilevanti, fil - ġestjoni tar - riskju u strateġika tad - ditta tal - investiment.
131. Meta jivvalutaw it - testijiet tal - istress u l - analiżijiet tas - sensittività u r - …

Meta jivvalutaw it - testijiet tal - istress u l - analiżijiet tas - sensittività u r - riżultati tagħhom fil - każ ta’ gruppi transfruntiera, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw it - trasferibbiltà tal - kapital u tal - likwidità bejn l - entitajiet legali jew l - unitajiet tan - negozju matul il - kundizzjonijiet ta’ stress, kif ukoll il - funzjonament ta’ kwalunkwe arranġament ta’ appoġġ finanzjarju intragrupp stabbilit, filwaqt li jqisu d - diffikultajiet ta’ finanzjament li jistgħu jiġu mistennija f’kundizzjonijiet ta’ stress.

132. Jekk l - awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet fit - tfassil tal - valutazzjoni taċ …

Jekk l - awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet fit - tfassil tal - valutazzjoni taċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku, jew, meta rilevanti, fit - tfassil tax - xenarji jew tas - suppożizzjonijiet użati mid - ditti tal - investiment għall - ittestjar tal - istress jew għall - analiżijiet tas - sensittività, dawn jistgħu jeħtieġu lid - ditti tal - investiment rispettivament iwettqu mill - ġdid jew jagħmlu mill - ġdid l - analiżijiet tagħhom, jew xi partijiet speċifiċi li jużaw suppożizzjonijiet modifikati pprovduti mill - awtoritajiet kompetenti, jew xenarji speċifiċi preskritti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/