+112. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ …

112. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ …

Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ pprezzar mill - ġdid għall - iskopijiet ta’ ġestjoni tar - riskju taċ - ċaqliq fir - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom:

  • (a) Ikunu kapaċi jidentifikaw bilanċi “ewlenin” – jiġifieri, depożiti li jkunu stabbli u li x’aktarx ma jiġux ipprezzati mill - ġdid anke taħt bidliet sinifikanti fl - ambjent tar - rata tal - imgħax, u/jew depożiti oħrajn li l - elastiċità limitata tagħhom għal bidliet fir - rata tal - imgħax tista’ tiġi mmudellata mill - banek.
  • (b) Is - suppożizzjonijiet tal - immudellar għal dawn id - depożiti għandhom jirriflettu l - karatteristiċi tad - depożitur (eż., bl - imnut/bl - ingrossa) u l - karatteristiċi tal - kont (eż., tranżazzjonali/mhux tranżazzjonali). Hawn taħt tista’ tinstab deskrizzjoni ta’ livell għoli tal - kategoriji deskritti hawn fuq:
  • i. Depożiti tranżazzjonali bl - imnut jinkludu kontijiet mingħajr imgħax u kontijiet oħrajn bl - imnut li l - komponent ta’ remunerazzjoni tagħhom ma huwiex rilevanti fid - deċiżjoni tal - klijent li jżomm xi flus fil - kont.
  • ii. Depożiti tranżazzjonali mhux bl - imnut jinkludu kontijiet bl - imnut (inklużi dawk regolati) li l - komponent ta’ remunerazzjoni tagħhom ikun rilevanti fid - deċiżjoni tal - klijent li jżomm xi flus fil - kont.
  • iii. Depożiti bl - ingrossa jinkludu kontijiet minn klijenti korporattivi u klijenti bl - ingrossa oħrajn, bl - esklużjoni ta’ kontijiet interbankarji jew kontijiet oħrajn kompletament sensittivi għall - prezz.
  • (c) Jivvalutaw il - migrazzjoni potenzjali bejn depożiti mingħajr dati speċifiċi għall - ipprezzar mill - ġdid u depożiti oħrajn li, taħt xenarji differenti ta’ rati tal - imgħax, jistgħu jimmodifikaw suppożizzjonijiet ewlenin komportamentali tal - immudellar.
  • (d) Jikkunsidraw ir - restrizzjonijiet potenzjali fuq l - ipprezzar mill - ġdid tad - depożiti fil - livell tal - konsumatur f’ambjenti b’rati tal - imgħax baxxi jew negattivi u l - effett li tali restrizzjonijiet jista’ jkollhom fuq l - istabbiltà tad - depożiti f’xenarji differenti tar - rati tal - imgħax.
  • (e) Jiżguraw li s - suppożizzjonijiet dwar it - tnaqqis tal - bilanċi ewlenin jew il - bilanċi mmudellati oħrajn jkunu prudenti u xierqa fl - ibbilanċjar tal - benefiċċji bi tqabbil mal - introjtu mill - imgħax nett kontra r - riskju addizzjonali għall - valur ekonomiku involut fl - iffissar ta’ redditu futur fuq ir - rata tal - imgħax fuq l - assi ffinanzjati minn dawn il - bilanċi, u d - dħul potenzjali mitluf f’ambjent b’rati tal - imgħax li jkunu qegħdin jogħlew.
  • (f) Jenfasizzaw l - importanza ta’ metodi statistiċi jew kwantitattivi sabiex jiddeterminaw id - dati tal -i pprezzar mill - ġdid komportamentali u l - profil tal - fluss tal - flus tal - NMDs, id - determinazzjoni ta’ suppożizzjonijiet xierqa ta’ mmudellar għall - NMDs tista’ teħtieġ (jiġifieri, f’perspettiva li tħares ’il quddiem) il - kontribuzzjoni komplementari minn esperti differenti fi ħdan istituzzjoni (eż., id - dipartiment tal - ġestjoni tar - riskju u l - kontroll tar - riskju, il - bejgħ u t - teżor).
  • (g) Ikollhom dokumentazzjoni xierqa dwar dawn is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u proċess sabiex iżommuhom taħt rieżami.
  • (h) Jifhmu l - impatt tas - suppożizzjonijiet fuq l - outputs proprji magħżula tal - kejl tar - riskju tal - istituzzjoni u fuq id - deċiżjonijiet interni dwar l - allokazzjoni tal - kapital, inkluż billi perjodikament jikkalkolaw analiżijiet tas - sensittività fuq parametri ewlenin (eż., perċentwal u maturità tal - bilanċi ewlenin fuq il - kontijiet u r - rata pass - through) u fuq il - kejl li jużaw termini kuntrattwali minflok suppożizzjonijiet komportamentali, sabiex jiżolaw l - impatt tas - suppożizzjonijiet dwar il - kejl tal - IRRBB differenti.
  • (i) Iwettqu ttestjar tal - istress sabiex jifhmu s - sensittività tal - kejl magħżul tar - riskju għal bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni r - riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet interni dwar l - allokazzjoni tal - kapital.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/