+Komponent Metodu Fokus
---+88. Għall - kejl u l - monitoraġġ tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw mill - anqas …
---+89. Mill - anqas darba kull 3 xhur u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla fir - …
---+90. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll jekk japplikawx approċċ kundizzjonali jew mhux …
---+91. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi …
---+92. Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan …
---+93. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ xokk għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …
---+94. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitqies fl - ICAAP, fejn l - istituzzjonijiet …
---+95. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitwettaq regolarment, mill - anqas kull sena u …
---+96. Il - qafas tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jinkludi objettivi ddefiniti b’mod …
---+97. F’testijiet tal - istress li jkopru intrapriżi sħaħ, għandha tiġi kkomputata l - interazzjoni …
---+98. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress bl - invers sabiex (i) …
---+99. Għall - finijiet ta’ valutazzjoni tal - IRRBB, fl - ittestjar tal - vulnerabbiltajiet taħt …
---+100. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ stress għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …
---+101. Għall - fini ta’ analiżi tas - sensittività f’xenarji ta’ stress, l - istituzzjonijiet …
---+102. F’każijiet fejn l - istrumenti tal - karta bilanċjali ikollhom restrizzjonijiet sinifikanti …
---+103. Meta jkejlu l - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw …
---+104. Fil - valutazzjoni tar - riskju ta’ prodotti sensittivi għar - rata tal - imgħax li huma …
---+105. Meta jitkejjel l - IRRBB, l - obbligazzjonijiet tal - pensjoni u l - assi ta’ pjanijiet tal - …
---+106. L- istituzzjonijiet għandhom, fir - rigward tal - kejl tal - IRRBB differenti, fejn …
---+107. Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu …
---+108. Meta jivvalutaw l - implikazzjonijiet tal - opzjonalità, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu …
---+109. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …
---+110. Id- depożiti mingħajr maturità minn klijenti finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal …
---+111. Ħlief għall - iffrankar regolat imsemmi fil - paragrafu (a) tal - Artikolu 428f(2) tas - CRR …
---+112. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ …

Komponent Metodu Fokus

Riskju tal - opzjoni (opzjonijiet Inventarju kollha tal b’opzjonijiet - istrumentiOpzjonijiet komportamentali: Il - volum ta’ ipoteki, kontijiet kurrenti, tfaddil u depożiti fejn il - klijent ikollu l - possibbiltà li jiddevja mill - maturità kuntrattwali; il - volum ta’ impenji bi prelevamenti mill - konsumatur sensittivi għar - rata tal - imgħax.
awtomatiċi u komportamentali) inkorporati jew espliċitiOpzjonijiet awtomatiċi għar - rati tal - imgħax: Il - limiti superjuri u inferjuri inkorporati fl - attivi u fil - passivi; swapzjonijiet jew opzjonijiet ta’ prepagament inkorporati f’attivi u passivi bl - ingrossa; u limiti superjuri, inferjuri u swapzjonijiet espliċiti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
88. Għall - kejl u l - monitoraġġ tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw mill - anqas …

Għall - kejl u l - monitoraġġ tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw mill - anqas kejl wieħed ibbażat fuq l - introjtu mill - imgħax nett flimkien mal - bidliet fil - valur fis - suq li, flimkien, ikopru l - komponenti kollha tal - IRRBB. Istituzzjonijiet kbar b’attivitajiet transfruntiera, b’mod partikolari istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il - Kategoriji 1 u 2 tal - Linji gwida dwar is - SREP, u istituzzjonijiet b’mudelli ta’ negozju kumplessi jew sofistikati, għandhom jużaw bosta metodi ta’ kejl, kif inhu speċifikat aktar fl - Anness II.

4.3.3 Xenarji ta’ xokk għar -rata tal- imgħax għall - ġestjoni kontinwa

89. Mill - anqas darba kull 3 xhur u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla fir - …

Mill - anqas darba kull 3 xhur u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla fir - rati tal - imgħax jew ta’ livelli ogħla ta’ IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom ikejlu l - iskopertura tagħhom għall - IRRBB fil - kuntest tal - kejl differenti tal - IRRBB taħt diversi xenarji ta’ xokk għar - rati tal - imgħax għal bidliet potenzjali fil - livell u fil - forma tal - kurvi tar - rendiment tar - rati tal - imgħax, u għal bidliet fir - relazzjoni bejn rati tal - imgħax differenti (jiġifieri, riskju ta’ bażi).

90. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll jekk japplikawx approċċ kundizzjonali jew mhux …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll jekk japplikawx approċċ kundizzjonali jew mhux kundizzjonali għall - immudellar tal - fluss tal - flus. Istituzzjonijiet akbar u aktar kumplessi, b’mod partikolari istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il - Kategoriji 1 u 2 tal - Linji Gwida dwar is - SREP, għandhom iqisu wkoll xenarji fejn jiġu kkomputati perkorsi differenti tar - rati tal - imgħax u fejn xi wħud mis - suppożizzjonijiet (eż., rigward l - imġiba, il - kontribut għar - riskju, u d - daqs u l - kompożizzjoni tal - karta bilanċjali) huma nfushom funzjonijiet ta’ livelli ta’ rati tal - imgħax li dejjem jinbidlu.

91. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi pożizzjonijiet. Għall - iskoperturi għal muniti materjali, ix - xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax għandhom ikunu speċifiċi għall - munita u konsistenti mal - karatteristiċi ekonomiċi sottostanti. Taħt is - sistema ta’ kejl intern tal - IRRBB (IMS), ix - xenarji tax - xokk tar - rata tal - imgħax speċifiċi għall - munita, għandhom jiġu kkunsidrati, tal - anqas, għal kull munita fejn il - valur kontabilistiku tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’munita jammonta għal 5 % jew aktar tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal - portafoll mhux tan - negozjar, jew anqas minn 5 % jekk is - somma tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil - kalkolu tkun anqas minn 90 % tal - assi finanzjarji totali tal - portafoll mhux tan - negozjar (esklużi l - assi tanġibbli) jew tal - obbligazzjonijiet. Fis - sistemi ta’ kejl interni tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu metodi sabiex jaggregaw l - IRRBB tagħhom f’muniti differenti. Fejn l - istituzzjonijiet jużaw suppożizzjonijiet dwar dipendenzi bejn ir - rati tal - imgħax f’muniti differenti, huma għandu jkollhom il - livell neċessarju ta’ ħiliet u sofistikazzjoni sabiex jagħmlu dan. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l - impatt tas - suppożizzjonijiet dwar dipendenzi bejn ir - rati tal - imgħax f’muniti differenti.

92. Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan …

Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan li ġej:

  • (a) Li x - xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax żviluppati internament minnhom stess ikunu proporzjonali man - natura, l - iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet kif ukoll mal - profil ta’ riskju tagħhom, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċaqliq u bidliet f’daqqa u gradwali, paralleli u mhux paralleli, fil - kurvi tar - rendiment. Ix - xenarji għandhom ikunu bbażati fuq iċ - ċaqliq storiku u l - imġiba tar - rati tal - imgħax, kif ukoll fuq simulazzjonijiet ta’ rati tal - imgħax futuri;
  • (b) Xenarji tar - rati tal - imgħax li jirriflettu bidliet fir - relazzjonijiet bejn ir - rati ewlenin tas - suq sabiex jindirizzaw ir - riskju ta’ bażi;
  • (c) Ix - xenarji preskritti ta’ xokk tar - rata tal - imgħax kif imsemmi fil - paragrafu 5 tal - Artikolu 98 tad - Direttiva 2013/36/UE;
  • (d) Kwalunkwe xenarju addizzjonali ta’ xokk tar - rati tal - imgħax meħtieġ mis - superviżuri;
  • (e) Li l - validità tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni tiġi enfasizzata kif xieraq; u
  • (f) F’ambjenti tar - rati tal - imgħax baxxi, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll xenarji tar - rati tal - imgħax negattivi u l - possibbiltà ta’ effetti asimetriċi tar - rati tal - imgħax negattivi fuq l - istrumenti tagħhom li jkunu sensittivi għar - rati tal - imgħax.
93. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ xokk għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …

Ir - riżultati tax - xenarji ta’ xokk għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - livell maniġerjali xieraq. Dan jinkludi deċiżjonijiet strateġiċi jew tan - negozju, l - allokazzjoni ta’ kapital intern, u d - deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni tar - riskju meħuda mill - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu. Għandhom jitqiesu wkoll ir - riżultati meta jiġu stabbiliti u rieżaminati l - politiki u l - limiti għall - IRRBB. 4.3.4 Xe narji ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax

94. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitqies fl - ICAAP, fejn l - istituzzjonijiet …

L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitqies fl - ICAAP, fejn l - istituzzjonijiet għandhom iwettqu ttestjar tal - istress rigoruż li jħares ’il quddiem u li jidentifika l - konsegwenzi avversi potenzjali ta’ bidliet severi fil - kundizzjonijiet tas - suq fuq il - kapital jew fl - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq. Għall - finijiet tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu bidliet fl - imġiba tal - bażi tal - klijenti tagħhom . L- ittestjar tal - istress għall - IRRBB għandu jkun integrat fil - qafas globali tal - ittestjar tal - istress tal - istituzzjoni, inkluż l - ittestjar għal stress bl - invers, u għandu jkun proporzjonali man - natura, id - daqs, il - kumplessità, kif ukoll mal - attivitajiet ta’ negozju u l - profil tar - riskju ġenerali.

95. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitwettaq regolarment, mill - anqas kull sena u …

L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitwettaq regolarment, mill - anqas kull sena u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla tar - rati tal - imgħax u ta’ livelli ogħla ta’ IRRBB.

96. Il - qafas tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jinkludi objettivi ddefiniti b’mod …

Il - qafas tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jinkludi objettivi ddefiniti b’mod ċar, xenarji mfassla apposta għan - negozji u r - riskji tal - istituzzjoni, suppożizzjonijiet iddokumentati sew u metodoloġiji sodi.

97. F’testijiet tal - istress li jkopru intrapriżi sħaħ, għandha tiġi kkomputata l - interazzjoni …

F’testijiet tal - istress li jkopru intrapriżi sħaħ, għandha tiġi kkomputata l - interazzjoni tal - IRRBB ma’ kategoriji oħrajn tar - riskju (riskju ta’ kreditu, riskju ta’ likwidità, riskju tas - suq, eċċ.), kif ukoll kwalunkwe effett materjali indirett.

98. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress bl - invers sabiex (i) …

L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress bl - invers sabiex (i) jidentifikaw xenarji tar - rati tal - imgħax li jistgħu jheddu b’mod sever il - kapital u l - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq ta’ istituzzjoni; u (ii) jiżvelaw vulnerabbiltajiet li jirriżultaw mill - istrateġiji tagħha għall -i ħħeġġjar u r - reazzjonijiet potenzjali fl - imġiba tal - klijenti tagħha.

99. Għall - finijiet ta’ valutazzjoni tal - IRRBB, fl - ittestjar tal - vulnerabbiltajiet taħt …

Għall - finijiet ta’ valutazzjoni tal - IRRBB, fl - ittestjar tal - vulnerabbiltajiet taħt kundizzjonijiet ta’ stress, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw ċaqliq u bidliet akbar u aktar estremi fir - rati tal - imgħax minn dawk li jintużaw għall - fini tal - ġestjoni kontinwa, inkluż mill - anqas dawn li ġejjin:

  • a) Bidliet sostanzjali fir - relazzjonijiet bejn rati tas - suq ewlenin (riskju ta’ bażi);
  • b) Ċaqliq f’daqqa u sostanzjali fil - kurva tar - rendiment (kemm parallel kif ukoll mhux parallel);
  • c) Diżaggregazzjonijiet tas - suppożizzjonijiet ewlenin dwar l - imġiba ta’ klassijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet;
  • d) Bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin dwar il - korrelazzjoni bejn ir - rati tal - imgħax;
  • e) Bidliet sinifikanti fil - kundizzjonijiet tas - suq u makro kurrenti u fl - ambjent kompetittiv u ekonomiku, u l - iżvilupp possibbli tagħhom; u
  • f) Xenarji speċifiċi li jirrigwardaw il - mudell u l - profil tan - negozju individwali tal - istituzzjoni.
100. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ stress għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …

Ir - riżultati tax - xenarji ta’ stress għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - livell maniġerjali xieraq. Dan jinkludi deċiżjonijiet strateġiċi jew tan - negozju, l - allokazzjoni ta’ kapital intern, u d - deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni tar - riskju meħuda mill - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu. Għandhom jitqiesu wkoll ir - riżultati meta jiġu stabbiliti u rieżaminati l - politiki u l - limiti għall - IRRBB.

101. Għall - fini ta’ analiżi tas - sensittività f’xenarji ta’ stress, l - istituzzjonijiet …

Għall - fini ta’ analiżi tas - sensittività f’xenarji ta’ stress, l - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw, fil - metrika tal - valur ekonomiku, il - limitazzjonijiet assoċjati mal - użu ta’ suppożizzjoni ta’ run - off u l - kapaċità tal - istituzzjoni li tkopri r - riskju tar - rata tal - imgħax fit - tul.

102. F’każijiet fejn l - istrumenti tal - karta bilanċjali ikollhom restrizzjonijiet sinifikanti …

F’każijiet fejn l - istrumenti tal - karta bilanċjali ikollhom restrizzjonijiet sinifikanti fuq l - ipprezzar mill - ġdid (eż., limiti massimi u limiti minimi), l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw b’mod prudenti, jekk ikun materjali, l - effett li t - tiġdid ta’ dawn l - istrumenti jkollu meta jiġi sostitwit b’oħrajn b’karatteristiċi komparabbli, irrispettivament mis - suppożizzjoni ta’ run - off. Dan irid isir għal perjodu ta’ żmien prudenti u b’kunsiderazzjoni tal - mudell tan - negozju tal - bank.

4.3.5 Suppożizzjonijiet tal - kejl tal -IRRBB

103. Meta jkejlu l - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw …

Meta jkejlu l - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw suppożizzjonijiet ewlenin komportamentali u tal - immudellar. Dawn is - suppożizzjonijiet għandhom ikunu allinjati mal - istrateġiji ta’ negozju u jiġu ttestjati regolarment. Id - determinazzjoni ta’ dawn is - suppożizzjonijiet għandha ssir b’mod proporzjonat u b’mod partikolari b’kont meħud tal - limiti ta’ materjalità stabbiliti fl - Artikoli 7(12), 8(2), 9(4), 11(3) u 21(1) tal - istandards tekniċi regolatorji previsti fl - Artikolu 84(5) tas -CRD.

104. Fil - valutazzjoni tar - riskju ta’ prodotti sensittivi għar - rata tal - imgħax li huma …

Fil - valutazzjoni tar - riskju ta’ prodotti sensittivi għar - rata tal - imgħax li huma marbuta mal - inflazzjoni jew ma’ fatturi oħrajn tas - suq, għandhom jiġu applikati suppożizzjonijiet prudenti. Dawn is - suppożizzjonijiet jistgħu jkunu bbażati, pereżempju, fuq il - valur kurrenti/l - aktar reċenti osservat, fuq previżjonijiet ta’ istitut ta’ riċerka ekonomika ta’ reputazzjoni tajba jew fuq prattiki tas - suq aċċettati b’mod ġenerali oħrajn (fil - każ tal - inflazzjoni: kurvi tal - aspettattiva ta’ inflazzjoni bil - quddiem, pereżempju).

105. Meta jitkejjel l - IRRBB, l - obbligazzjonijiet tal - pensjoni u l - assi ta’ pjanijiet tal - …

Meta jitkejjel l - IRRBB, l - obbligazzjonijiet tal - pensjoni u l - assi ta’ pjanijiet tal - pensjoni għandhom jiġu inklużi, diment li r - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax tagħhom ma jkunx irreġistrat f’kejl tar - riskju ieħor.

106. L- istituzzjonijiet għandhom, fir - rigward tal - kejl tal - IRRBB differenti, fejn …

L- istituzzjonijiet għandhom, fir - rigward tal - kejl tal - IRRBB differenti, fejn applikabbli, iqisu s - suppożizzjonijiet magħmula għall - finijiet tal - kwantifikazzjoni tar - riskju b’relazzjoni għal mill - anqas dawn l - oqsma li ġejjin:

  • a) L- eżerċitar ta’ opzjonijiet tar - rati tal - imgħax (awtomatiċi jew komportamentali) kemm min - naħa tal - istituzzjoni kif ukoll min - naħa tal - klijent tagħha taħt xenarji speċifiċi ta’ xokk u ta’ stress fuq l - imgħax;
  • b) It - trattament tal - bilanċi u l - imgħax li jirriżultaw mill - NMDs;
  • c) It - trattament ta’ depożiti ta’ terminu fiss b’riskju ta’ tifdija bikrija;
  • d) It - trattament ta’ self b’rata fissa u impenji ta’ self b’rata fissa;
  • e) It - trattament tal - ekwità proprja fil - kejl intern tal - valur ekonomiku;
  • f) L- implikazzjonijiet tal - prattiki kontabilistiċi għall - kejl tal - IRRBB, u b’mod partikolari l - effettività tal - kontabbiltà għall - iħħeġġjar; u
  • g) Il - validazzjoni tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni.
107. Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu …

Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu matul iż - żmien, l - istituzzjonijiet għandhom jirrieżaminaw suppożizzjonijiet sinifikanti tal - kejl mill - anqas darba f’sena, u b’mod aktar frekwenti matul kundizzjonijiet tas - suq li jinbidlu rapidament.

  • a) Suppożizzjonijiet komportamentali għall - kontijiet tal - klijenti b’opzjonalità inkorporata tal - klijenti għall - fini tal -IRRBB
108. Meta jivvalutaw l - implikazzjonijiet tal - opzjonalità, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu …

Meta jivvalutaw l - implikazzjonijiet tal - opzjonalità, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont:

  • (a) Tal - impatt potenzjali fuq il - veloċitajiet ta’ prepagament ta’ self attwali u futur li jirriżulta mix - xenarju tar - rati tal - imgħax, mill - ambjent ekonomiku sottostanti u mill - karatteristiċi kuntrattwali. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni d - diversi dimensjonijiet li jinfluwenzaw l - opzjonijiet komportamentali inkorporati.
  • (b) L- elastiċità tal - aġġustament tar - rati tal - prodotti għall - bidliet fir - rati tal - imgħax tas - suq.
  • (c) II- migrazzjoni tal - bilanċi bejn tipi ta’ prodotti b’riżultat ta’ bidliet fil - karatteristiċi, fit - termini u l - kundizzjonijiet tagħhom.
109. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - valutazzjoni regolari tas - suppożizzjonijiet ewlenin għat - trattament ta’ entrati li jidhru u li ma jidhrux fil - karta bilanċjali li jkollhom opzjonijiet inkorporati fil - qafas tagħhom tar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax. Dan ifisser li l - istituzzjonijiet għandhom:

  • (a) Jidentifikaw il - prodotti u l - elementi materjali kollha soġġetti għal opzjonijiet inkorporati li jistgħu jaffettwaw jew ir - rata tal - imgħax iddebitata jew inkella d - data tal - ipprezzar mill - ġdid komportamentali (minflok id - data tal - maturità kuntrattwali) tal - bilanċi rilevanti;
  • (b) Ikollhom strateġiji xierqa ta’ pprezzar u ta’ mitigazzjoni tar - riskji (eż., l - użu ta’ derivattivi) sabiex jiġġestixxu l - impatt tal - opzjonalità fi ħdan il - predispożizzjoni għar - riskju, li jistgħu jinkludu penali għat - tifdija bikrija li jiġu ddebitati lill - klijent bħala tpaċija għall - kostijiet ta’ terminazzjoni potenzjali (fejn ikun permess);
  • (c) Jiżguraw li l - immudellar ta’ suppożizzjonijiet ewlenin komportamentali jkun ġustifikabbli b’relazzjoni mad - data storika sottostanti, u bbażat fuq ipoteżi prudenti;
  • (d) Ikunu kapaċi juru li għandhom immudellar preċiż (ittestjat b’lura kontra l - esperjenza);
  • (e) Iżommu dokumentazzjoni xierqa tas - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u jkollhom proċess sabiex iżommuhom taħt rieżami;
  • (f) Jifhmu s - sensittività tal - outputs tal - kejl tar - riskju tal - istituzzjoni għal dawn is - suppożizzjonijiet, inkluż li jwettqu ttestjar tal - istress tas - suppożizzjonijiet u li jieħdu inkunsiderazzjoni r - riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet dwar l - allokazzjoni tal - kapital intern; u
  • (g) Iwettqu validazzjoni interna regolari ta’ dawn is - suppożizzjonijiet sabiex jivverifikaw l - istabbiltà tagħhom maż - żmien u jaġġustawhom jekk ikun meħtieġ.
110. Id- depożiti mingħajr maturità minn klijenti finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal …

Id- depożiti mingħajr maturità minn klijenti finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal mmudellar komportamentali ħlief jekk ikunu depożiti operazzjonali kif definiti fl - Artikolu 27(1)(a) tar - Regolament ta’ Delega tal -LCR.

111. Ħlief għall - iffrankar regolat imsemmi fil - paragrafu (a) tal - Artikolu 428f(2) tas - CRR …

Ħlief għall - iffrankar regolat imsemmi fil - paragrafu (a) tal - Artikolu 428f(2) tas - CRR, iżda mhux limitat għall - parti ċentralizzata, u għal dawk b’restrizzjonijiet ekonomiċi jew fiskali materjali f’każ ta’ ġbid, id - data preżunta tal - ipprezzar mill - ġdid komportamentali għad - depożiti fil - livell tal - konsumatur u għad - depożiti fil - livell tal - operaturi minn klijenti mhux finanzjarji u depożiti operazzjonali msemmija fil - paragrafu 110, mingħajr l - ebda data speċifika tal - ipprezzar mill - ġdid (depożiti mingħajr maturità), għandha tiġi ristretta għal data medja ponderata massima tal - ipprezzar mill - ġdid ta’ 5 snin. Il - limitu massimu ta’ 5 snin japplika għall - ammont sħiħ (jiġifieri, ta’ bażi u ġenerali) tal - portafoll aggregat ta’ dawk id - depożiti u separatament għal kull munita.

112. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ …

Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ pprezzar mill - ġdid għall - iskopijiet ta’ ġestjoni tar - riskju taċ - ċaqliq fir - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom:

  • (a) Ikunu kapaċi jidentifikaw bilanċi “ewlenin” – jiġifieri, depożiti li jkunu stabbli u li x’aktarx ma jiġux ipprezzati mill - ġdid anke taħt bidliet sinifikanti fl - ambjent tar - rata tal - imgħax, u/jew depożiti oħrajn li l - elastiċità limitata tagħhom għal bidliet fir - rata tal - imgħax tista’ tiġi mmudellata mill - banek.
  • (b) Is - suppożizzjonijiet tal - immudellar għal dawn id - depożiti għandhom jirriflettu l - karatteristiċi tad - depożitur (eż., bl - imnut/bl - ingrossa) u l - karatteristiċi tal - kont (eż., tranżazzjonali/mhux tranżazzjonali). Hawn taħt tista’ tinstab deskrizzjoni ta’ livell għoli tal - kategoriji deskritti hawn fuq:
  • i. Depożiti tranżazzjonali bl - imnut jinkludu kontijiet mingħajr imgħax u kontijiet oħrajn bl - imnut li l - komponent ta’ remunerazzjoni tagħhom ma huwiex rilevanti fid - deċiżjoni tal - klijent li jżomm xi flus fil - kont.
  • ii. Depożiti tranżazzjonali mhux bl - imnut jinkludu kontijiet bl - imnut (inklużi dawk regolati) li l - komponent ta’ remunerazzjoni tagħhom ikun rilevanti fid - deċiżjoni tal - klijent li jżomm xi flus fil - kont.
  • iii. Depożiti bl - ingrossa jinkludu kontijiet minn klijenti korporattivi u klijenti bl - ingrossa oħrajn, bl - esklużjoni ta’ kontijiet interbankarji jew kontijiet oħrajn kompletament sensittivi għall - prezz.
  • (c) Jivvalutaw il - migrazzjoni potenzjali bejn depożiti mingħajr dati speċifiċi għall - ipprezzar mill - ġdid u depożiti oħrajn li, taħt xenarji differenti ta’ rati tal - imgħax, jistgħu jimmodifikaw suppożizzjonijiet ewlenin komportamentali tal - immudellar.
  • (d) Jikkunsidraw ir - restrizzjonijiet potenzjali fuq l - ipprezzar mill - ġdid tad - depożiti fil - livell tal - konsumatur f’ambjenti b’rati tal - imgħax baxxi jew negattivi u l - effett li tali restrizzjonijiet jista’ jkollhom fuq l - istabbiltà tad - depożiti f’xenarji differenti tar - rati tal - imgħax.
  • (e) Jiżguraw li s - suppożizzjonijiet dwar it - tnaqqis tal - bilanċi ewlenin jew il - bilanċi mmudellati oħrajn jkunu prudenti u xierqa fl - ibbilanċjar tal - benefiċċji bi tqabbil mal - introjtu mill - imgħax nett kontra r - riskju addizzjonali għall - valur ekonomiku involut fl - iffissar ta’ redditu futur fuq ir - rata tal - imgħax fuq l - assi ffinanzjati minn dawn il - bilanċi, u d - dħul potenzjali mitluf f’ambjent b’rati tal - imgħax li jkunu qegħdin jogħlew.
  • (f) Jenfasizzaw l - importanza ta’ metodi statistiċi jew kwantitattivi sabiex jiddeterminaw id - dati tal -i pprezzar mill - ġdid komportamentali u l - profil tal - fluss tal - flus tal - NMDs, id - determinazzjoni ta’ suppożizzjonijiet xierqa ta’ mmudellar għall - NMDs tista’ teħtieġ (jiġifieri, f’perspettiva li tħares ’il quddiem) il - kontribuzzjoni komplementari minn esperti differenti fi ħdan istituzzjoni (eż., id - dipartiment tal - ġestjoni tar - riskju u l - kontroll tar - riskju, il - bejgħ u t - teżor).
  • (g) Ikollhom dokumentazzjoni xierqa dwar dawn is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u proċess sabiex iżommuhom taħt rieżami.
  • (h) Jifhmu l - impatt tas - suppożizzjonijiet fuq l - outputs proprji magħżula tal - kejl tar - riskju tal - istituzzjoni u fuq id - deċiżjonijiet interni dwar l - allokazzjoni tal - kapital, inkluż billi perjodikament jikkalkolaw analiżijiet tas - sensittività fuq parametri ewlenin (eż., perċentwal u maturità tal - bilanċi ewlenin fuq il - kontijiet u r - rata pass - through) u fuq il - kejl li jużaw termini kuntrattwali minflok suppożizzjonijiet komportamentali, sabiex jiżolaw l - impatt tas - suppożizzjonijiet dwar il - kejl tal - IRRBB differenti.
  • (i) Iwettqu ttestjar tal - istress sabiex jifhmu s - sensittività tal - kejl magħżul tar - riskju għal bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni r - riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet interni dwar l - allokazzjoni tal - kapital.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/