+4.3 Permess għat -test tal- kapital ta’ grupp: kundizzjonijiet għall - grupp ta’ ditti ta’ investiment li jitqiesu sempliċi biżżejjed
---+14. L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jqisu grupp ta’ ditti ta’ investiment …

4.3 Permess għat -test tal- kapital ta’ grupp: kundizzjonijiet għall - grupp ta’ ditti ta’ investiment li jitqiesu sempliċi biżżejjed

4.3 Permess għat -test tal- kapital ta’ grupp: kundizzjonijiet għall - grupp ta’ ditti ta’ investiment li jitqiesu sempliċi biżżejjed

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
14. L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jqisu grupp ta’ ditti ta’ investiment …

L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jqisu grupp ta’ ditti ta’ investiment li ma jissodisfax il - kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit - Taqsima 4.2 bħala sempliċi biżżejjed għall - finijiet tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jekk jiġu ssodisfati l -kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) l- għadd ta’ impriżi fil -grupp kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033, inkluża d - ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, il-kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni jew il- kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal -Unjoni, ikun ugwali għal jew inqas minn sitta;
  • (b) b’deroga mill-paragrafu 14 (a), l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw grupp ta’ ditti ta’ investiment li jinkludi aktar minn sitt impriżi bħala sempliċi biżżejjed jekk jikkonkludu li l-istruttura tal- grupp hija konsistenti mal -mudell tan-negozju u mal-attivitajiet tal-grupp ta’ ditti ta’ investiment, u l-grupp jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil- paragrafu 15 (e);
  • (c) il- grupp ta’ ditti ta’ investiment jinkludi mhux aktar minn impriża prinċipali waħda bejn id - ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, il- kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni jew il- kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipa li tal- Unjoni, u sussidjarja;
  • (d) b’deroga mill-paragrafu 14 (c), l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw grupp ta’ ditti ta’ investiment li jinkludi aktar minn impriża prinċipali waħda bejn id -ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, il-kumpanija azzjonarja ta’ investiment prin ċipali tal -Unjoni jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal - Unjoni u sussidjarja bħala sempliċi biżżejjed jekk il - maġġoranza tad -drittijiet tal-vot tal- impriżi kollha tal -grupp tkun proprjetà ta’ impriżi oħra ta’ dak il -grupp, u l-istruttura tal-grupp tkun konsistenti mal-mudell tan-negozju u mal-attivitajiet tal-grupp ta’ ditti ta’ investiment, b’mod li r- riskji jkunu jistgħu jiġu kkontrollati, inklużi r - riskji li jirriżultaw minn impriżi tal - grupp li jinnegozjaw f’isimhom stess jew minn strutturi tal-grupp imposti mil- liġijiet nazzjonali;
  • (e) l- ebda attività relatata ma’ ASA u CMH ma ġiet esternalizzata lil impriża oħra tal - grupp;
  • (f) l-attivitajiet relatati mal- AUM jiġu esternalizzati fl - impriżi tal - grupp f’perċentwal li ma jaqbiżx il -150 % tal-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għal gruppi b’mhux aktar minn żewġ impriżi b’AUM pożittiv; dan il - perċentwal jiżdied b’50 % għal kull impriża ta’ grupp addizzjonali b’AUM pożittiv. Għall -finijiet ta’ dan il-punt, il- valuri għall - kalkolu għandhom jirreferu għas - sena finanzjarja preċedenti, u t -trasferiment lura tal- attività għandu jiġi injorat;
  • (g) jekk ikun hemm fis - seħħ kuntratti jew arranġamenti għat - trasferiment ta’ pożizzjonijiet ta’ negozjar fost l- impriżi tal -grupp, il-valur tal- pożizzjonijiet ta’ negozjar trasferiti għandu jkun aktar baxx mid -doppju tal-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 94(1)(b) tar-Regolament (UE) 575/2013 għal pożizzjonijiet soġġetti għal K - NPR jew K - CMG, abbażi taċ - ċifri tas -sena finanzjarja preċedenti. L -assi u l- pożizzjonijiet kollha b’valur ġust negattiv għandhom jittieħdu b’valur assolut għall -finijiet ta’ dan il-punt, u n- netting ma għandux ikun permess. Għall -finijiet ta’ dan il-punt, it- trasferiment lura għall - impriżi tal - grupp ma għandux jgħodd għal dan il - livell limitu;
  • (h) jekk it- trasferiment ta’ attivitajiet soġġetti għal K - AUM, K - ASA, K - CMH, K - NPR u K -CMG iseħħ bħala konsegwenza ta’ ristrutturar tal - grupp, inklużi fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, il - valur tal- attivitajiet ittrasferiti ma għandux jgħodd għal -limiti stabbiliti fil-paragrafi 14(e), (f) u (g) għas - sena finanzjarja li fiha seħħ ir -ristrutturar tal- grupp;
  • (i) ir-rabtiet kapitali, l-istruttura tas-sjieda u l- ftehimiet kuntrattwali bejn id -ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, il- kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal - Unjoni jew il- kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal -Unjoni u l- impriżi tal - grupp, kif ukoll dawk fost l- impriżi tal - grupp, jitqiegħdu għad - dispożizzjoni tal -awtorità kompetenti fuq talba;
  • (j) ir-rabtiet kapitali, l-istruttura tas-sjieda u l- ftehimiet kuntrattwali msemmija fil -punt (i) ma jirrappreżentawx impediment għall - eżerċizzju tal -kontroll mid-ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, mill- kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni jew mill-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal - Unjoni fuq l - impriżi tal - grupp;
  • (k) ir-rabtiet kapitali, l-istruttura tas-sjieda u l- ftehimiet kuntrattwali msemmija fil -punt (i) ma għandhom l - ebda implikazzjoni fuq il -governanza tal- grupp sħiħ, b’tali mod li jeħtieġu superviżjoni fuq bażi konsolidata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/