+4.5. Identifikazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa f’konformità mal - Artikoli 7, 11, 16 u 20 tar - Regolament (UE) 2023/1113
---+42. Il- proċeduri kif imsemmija fl - Artikoli 7 11, 16 u 20 tar- Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ …
---+43. Il- PSP u l - IPSP tal - prendituri jenħtieġ li jiżguraw li fir -rigward tas- sistemi ta’ …
---+44. Meta sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu ta’ PSP jew IPSP ma tissodisfax il …
---+45. Il- PSP u l - IPSP tal - prendituri jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri …
---+46. Il- PSP, l - IPSP tal - prendituri, is - CASP jew l - ICASP tal - benefiċjarju jenħtieġ li …
---+47. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiddeterminaw il - fatturi ta’ riskju …
---+48. Meta jikkunsidra jekk trasferiment iqajjimx suspett jew le, il - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l …
---+49. Il- PSP tal - prenditur, is - CASP tal - benefiċjarju, l - IPSP u l- ICASP jenħtieġ li …
---+50. Il- PSP tal - prenditur, is - CASP tal - benefiċjarju, l - IPSP u l - ICASP jenħtieġ li …
---+51. Meta l - PSP, is - CASP, l - IPSP u l - ICASP jużaw lista ta’ termini li normalment jinstabu li …
|
4.5. Identifikazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa f’konformità mal - Artikoli 7, 11, 16 u 20 tar - Regolament (UE) 2023/1113
4.5.1. Proċeduri għall - identifikazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa f’konformità mal - Artikoli 7, 11, 16 u 20 tar - Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
42. Il- proċeduri kif imsemmija fl - Artikoli 7 11, 16 u 20 tar- Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ …
|
Il- proċeduri kif imsemmija fl - Artikoli 7 11, 16 u 20 tar- Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li jkun fihom mill - inqas dan li ġej: - a) il- passi għall - identifikazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa, mhux kompleta u li ma tagħmilx sens jew karattri jew elementi inammissibbli;
- b) taħlita ta’ prattiki ta’ monitoraġġ matul u wara t - trasferiment proporzjonali mal -livell ta’ riskju ta’ ML/TF li għalih huma esposti t - trasferimenti, iddeterminati f’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fatturi ta’ Riskju ML/TF; u
- c) il- kriterji li jgħinu lill - PSP, lill - IPSP, lis - CASP u lill - ICASP jidentifikaw fatturi li jżidu r -riskju, kif deskritt fil - paragrafu 52.
4.5.2. Kontrolli fuq trasferimenti ta’ fondi fir - rigward ta’ karattri jew elementi ammissibbli f’konformità mal - Artikoli 7(1) u 11(1) tar - Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi
|
|
43. Il- PSP u l - IPSP tal - prendituri jenħtieġ li jiżguraw li fir -rigward tas- sistemi ta’ …
|
Il- PSP u l - IPSP tal - prendituri jenħtieġ li jiżguraw li fir -rigward tas- sistemi ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu tagħhom: - a) jifhmu r - regoli ta’ validazzjoni tas - sistema;
- b) li s- sistema fiha l - oqsma kollha meħtieġa biex tinkiseb l - informazzjoni meħtieġa fir - Regolament (UE) 2023/1113, kif speċifikat fit - Taqsima 4.4.;
- c) li s- sistema tipprevjeni li jintbagħtu jew jiġu riċevuti trasferimenti fejn jiġu identifikati karattri jew elementi inammissibbli; u
- d) li s- sistema tindika t - trasferimenti rrifjutati għal rieżami u pproċessar manwali.
|
|
44. Meta sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu ta’ PSP jew IPSP ma tissodisfax il …
|
Meta sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu ta’ PSP jew IPSP ma tissodisfax il -kriterji kollha stabbiliti fil - paragrafu 43, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li jistabbilixxu kontrolli biex itaffu n - nuqqasijiet.
|
|
45. Il- PSP u l - IPSP tal - prendituri jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri …
|
Il- PSP u l - IPSP tal - prendituri jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom: - a) il- mod kif se jidentifikaw jekk l - oqsma relatati mal - informazzjoni fis - sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu jkunux imtlew b’karattri jew elementi li jikkonformaw mal - konvenzjonijiet ta’ dik is - sistema; u
- b) il- passi li jieħdu meta l -karattri jew l- elementi ma jkunux konformi mal - konvenzjonijiet ta’ dik is- sistema.
4.5.3. Monitoraġġ tat - trasferimenti f’konformità mal - Artikoli 7(2), 11 (2), 16(1) u 20 tar - Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
|
|
46. Il- PSP, l - IPSP tal - prendituri, is - CASP jew l - ICASP tal - benefiċjarju jenħtieġ li …
|
Il- PSP, l - IPSP tal - prendituri, is - CASP jew l - ICASP tal - benefiċjarju jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom il - mod kif se jiddeterminaw liema trasferimenti se jiġu mmonitorjati matul jew wara t - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 7(2), 11(2), 16(1) u 20 tar- Regolament (UE) 2023/1113. Il - PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li tal - anqas jistabbilixxu: - a) liema fatturi ta’ riskju se jqisu f’din il - valutazzjoni; u
- b) liema fatturi li jżidu r - riskju, jew taħlita ta’ fatturi li jżidu r - riskju, dejjem se jiskattaw monitoraġġ matul it - trasferiment, u li se jiskattaw rieżami mmirat wara li jkun seħħ it - trasferiment.
|
|
47. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiddeterminaw il - fatturi ta’ riskju …
|
Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiddeterminaw il - fatturi ta’ riskju bbażati fuq dawk stabbiliti fil -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fatturi tar - Riskju ta’ ML/TF, kif ukoll il - fatturi ta’ riskju rilevanti mill - valutazzjoni tar - riskju tagħhom fin -n egozju kollu, u l - valutazzjoni tar -riskju settorjali jew nazzjonali sal - punt li din tkun disponibbli. Il - fatturi ta’ riskju jenħtieġ li tal - anqas jinkludu: - a) it- trasferimenti li jaqbżu l - livell limitu ta’ valur predefinit filwaqt li jitqies il - valur medju tat- trasferimenti li huma jipproċessaw regolarment u dak li jikkostitwixxi trasferiment kbir aktar mis - soltu, abbażi tal - mudell ta’ negozju partikolari tagħhom;
- b) it- trasferimenti fejn il - pagatur, l - oriġinatur, il - prenditur, il - benefiċjarju, il - PSP tal - pagatur, is - CASP tal - oriġinatur, il - PSP tal - benefiċjarju jew is - CASP tal - benefiċjarju jinsabu f’pajjiżi jew territorji li huma soġġetti għal miżuri restrittivi inklużi sanzjonijiet finanzjarji mmirati, jew pajjiżi jew territorji li jippreżentaw riskju għoli ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri restrittivi jew sanzjonijiet finanzjarji mmirati;
- c) it- trasferimenti fejn il - pagatur, l - oriġinatur, il - prenditur, il - benefiċjarju, il - PSP tal - pagatur, is - CASP tal - oriġinatur, il - PSP tal - benefiċjarju jew is - CASP tal - benefiċjarju jkunu bbażati f’pajjiż assoċjat ma’ riskju għoli ta’ ML/TF, inkluż, iżda mhux limitat għal:
- i) il- pajjiżi identifikati bħala ta’ riskju għoli mill - Kummissjoni Ewropea f’konformità mal - Artikolu 9 tad - Direttiva (UE) 2015/849; u
- ii) l- pajjiżi li, abbażi ta’ sorsi kredibbli bħal evalwazzjonijiet, evalwazzjonijiet reċiproċi, rapporti ta’ valutazzjoni jew rapporti ta’ segwitu ppubblikati, għandhom rekwiżiti tal- AML/CFT li mhumiex konsistenti mad - Direttiva (UE) 2015/849 jew mar - Rakkomandazzjonijiet tal - FATF u pajjiżi li ma implimentawx dawk ir - rekwiżiti b’mod effettiv;
- d) it- trasferimenti fejn il - PSP tal - pagatur, is - CASP tal - oriġinatur, l - IPSP, l - ICASP tal - prenditur jew is - CASP tal - benefiċjarju jinsabu f’pajjiż li, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għall - pubbliku, ikun għadu ma implimentax l - obbligu li tinkiseb, tinżamm u tiġi trażmessa informazzjoni dwar l - oriġinatur u l - benefiċjarju meta jkunu qed iwettqu trasferimenti elettroniċi u trasferimenti ta’ assi virtwali;
- e) it- trasferimenti ma’ entitajiet ibbażati f’pajjiż terz li ma għandux reġimi ta’ liċenzjar jew li fih l - attività tal - PSP fil - każ ta’ trasferimenti ta’ fondi u dawk tas - CASP fil - każ ta’ trasferimenti tal - kriptoassi mhumiex regolati;
- f) it- trasferimenti b’indirizzi awtoospitati;
- g) it- trasferimenti minn jew lejn kontijiet, indirizzi jew kartieri magħrufa li huma marbuta ma’ attività suspettuża;
- h) ir- rekord ta’ konformità negattiv tal - AML/CFT tal - PSP, tal - IPSP, tas - CASP jew tal - ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment, ibbażat fuq informazzjoni pubblika;
- i) it- trasferimenti minn PSP, IPSP, CASP jew ICASP identifikati bħala li ripetutament naqsu milli jipprovdu l - informazzjoni meħtieġa mingħajr raġuni ġustifikata, jew minn PSP, IPSP, CASP jew ICASP li qabel kien magħruf li jonqsu milli jipprovdu l - informazzjon i meħtieġa f’għadd ta’ okkażjonijiet mingħajr raġuni valida, anki jekk ma għamlux dan ripetutament;
- j) l- użu ta’ tekniki oħra għat - twettiq ta’ saffi ta’ tranżazzjonijiet li jfixklu t - traċċar tal - kriptoassi billi jaħbu t - traċċa li twassal lura għall - oriġinatur, inkluż, iżda mhux limitat għal:
- i) il- fondi u l - kriptoassi riċevuti u ttrasferiti b’mod aktar rapidu, u b’hekk il -katina tat-trasferiment tiġi estiża b’mod artifiċjali;
- ii) it-tekniki, il- prodotti jew is - servizzi li jtejbu l - anonimità, inklużi, iżda mhux limitati għal, miksers jew tumblers, anonimizzaturi tal - Protokoll tal - Internet (IP) u indirizzi stealth.
|
|
48. Meta jikkunsidra jekk trasferiment iqajjimx suspett jew le, il - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l …
|
Meta jikkunsidra jekk trasferiment iqajjimx suspett jew le, il - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP jenħtieġ li jieħu perspettiva olistika tal - fatturi ta’ riskju kollha ta’ ML/TF assoċjati mat - trasferiment u jikkunsidra li informazzjoni nieqsa jew inammissibbl i per se ma twassalx għal suspett ta’ ML/TF. 4.5.4. Kontrolli fuq informazzjoni nieqsa f’konformità mal - Artikoli 7(2), 11(2), 16(1) u 20 tar- Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
|
|
49. Il- PSP tal - prenditur, is - CASP tal - benefiċjarju, l - IPSP u l- ICASP jenħtieġ li …
|
Il- PSP tal - prenditur, is - CASP tal - benefiċjarju, l - IPSP u l- ICASP jenħtieġ li jipproċessaw l - informazzjoni bħala nieqsa jekk it - taqsimiet jitħallew vojta, jew jekk l - informazzjoni pprovduta ma tagħmilx sens jew ma tkunx kompleta.
|
|
50. Il- PSP tal - prenditur, is - CASP tal - benefiċjarju, l - IPSP u l - ICASP jenħtieġ li …
|
Il- PSP tal - prenditur, is - CASP tal - benefiċjarju, l - IPSP u l - ICASP jenħtieġ li jipproċessaw mill - inqas l- informazzjoni li ġejja bħala li ma tagħmilx sens: - a) sensiela ta’ karattri każwali jew illoġiċi (bħal “xxxxx”, jew “ABCDEFG”);
- b) użu ta’ titoli (bħal Dott. jew Sa) mingħajr l - isem tal - persuna;
- c) denominazzjonijiet oħra li huma inkoerenti jew mhux intelliġibbli (bħal “Oħrajn”, jew “Il - Konsumatur tiegħi”).
|
|
51. Meta l - PSP, is - CASP, l - IPSP u l - ICASP jużaw lista ta’ termini li normalment jinstabu li …
|
Meta l - PSP, is - CASP, l - IPSP u l - ICASP jużaw lista ta’ termini li normalment jinstabu li ma jagħmlux sens, jenħtieġ li jirrieżaminaw perjodikament din il - lista biex jiżguraw li tibqa’ rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|