+47. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiddeterminaw il - fatturi ta’ riskju …
|
47. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiddeterminaw il - fatturi ta’ riskju …
Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiddeterminaw il - fatturi ta’ riskju bbażati fuq dawk stabbiliti fil -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fatturi tar - Riskju ta’ ML/TF, kif ukoll il - fatturi ta’ riskju rilevanti mill - valutazzjoni tar - riskju tagħhom fin -n egozju kollu, u l - valutazzjoni tar -riskju settorjali jew nazzjonali sal - punt li din tkun disponibbli. Il - fatturi ta’ riskju jenħtieġ li tal - anqas jinkludu: - a) it- trasferimenti li jaqbżu l - livell limitu ta’ valur predefinit filwaqt li jitqies il - valur medju tat- trasferimenti li huma jipproċessaw regolarment u dak li jikkostitwixxi trasferiment kbir aktar mis - soltu, abbażi tal - mudell ta’ negozju partikolari tagħhom;
- b) it- trasferimenti fejn il - pagatur, l - oriġinatur, il - prenditur, il - benefiċjarju, il - PSP tal - pagatur, is - CASP tal - oriġinatur, il - PSP tal - benefiċjarju jew is - CASP tal - benefiċjarju jinsabu f’pajjiżi jew territorji li huma soġġetti għal miżuri restrittivi inklużi sanzjonijiet finanzjarji mmirati, jew pajjiżi jew territorji li jippreżentaw riskju għoli ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri restrittivi jew sanzjonijiet finanzjarji mmirati;
- c) it- trasferimenti fejn il - pagatur, l - oriġinatur, il - prenditur, il - benefiċjarju, il - PSP tal - pagatur, is - CASP tal - oriġinatur, il - PSP tal - benefiċjarju jew is - CASP tal - benefiċjarju jkunu bbażati f’pajjiż assoċjat ma’ riskju għoli ta’ ML/TF, inkluż, iżda mhux limitat għal:
- i) il- pajjiżi identifikati bħala ta’ riskju għoli mill - Kummissjoni Ewropea f’konformità mal - Artikolu 9 tad - Direttiva (UE) 2015/849; u
- ii) l- pajjiżi li, abbażi ta’ sorsi kredibbli bħal evalwazzjonijiet, evalwazzjonijiet reċiproċi, rapporti ta’ valutazzjoni jew rapporti ta’ segwitu ppubblikati, għandhom rekwiżiti tal- AML/CFT li mhumiex konsistenti mad - Direttiva (UE) 2015/849 jew mar - Rakkomandazzjonijiet tal - FATF u pajjiżi li ma implimentawx dawk ir - rekwiżiti b’mod effettiv;
- d) it- trasferimenti fejn il - PSP tal - pagatur, is - CASP tal - oriġinatur, l - IPSP, l - ICASP tal - prenditur jew is - CASP tal - benefiċjarju jinsabu f’pajjiż li, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għall - pubbliku, ikun għadu ma implimentax l - obbligu li tinkiseb, tinżamm u tiġi trażmessa informazzjoni dwar l - oriġinatur u l - benefiċjarju meta jkunu qed iwettqu trasferimenti elettroniċi u trasferimenti ta’ assi virtwali;
- e) it- trasferimenti ma’ entitajiet ibbażati f’pajjiż terz li ma għandux reġimi ta’ liċenzjar jew li fih l - attività tal - PSP fil - każ ta’ trasferimenti ta’ fondi u dawk tas - CASP fil - każ ta’ trasferimenti tal - kriptoassi mhumiex regolati;
- f) it- trasferimenti b’indirizzi awtoospitati;
- g) it- trasferimenti minn jew lejn kontijiet, indirizzi jew kartieri magħrufa li huma marbuta ma’ attività suspettuża;
- h) ir- rekord ta’ konformità negattiv tal - AML/CFT tal - PSP, tal - IPSP, tas - CASP jew tal - ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment, ibbażat fuq informazzjoni pubblika;
- i) it- trasferimenti minn PSP, IPSP, CASP jew ICASP identifikati bħala li ripetutament naqsu milli jipprovdu l - informazzjoni meħtieġa mingħajr raġuni ġustifikata, jew minn PSP, IPSP, CASP jew ICASP li qabel kien magħruf li jonqsu milli jipprovdu l - informazzjon i meħtieġa f’għadd ta’ okkażjonijiet mingħajr raġuni valida, anki jekk ma għamlux dan ripetutament;
- j) l- użu ta’ tekniki oħra għat - twettiq ta’ saffi ta’ tranżazzjonijiet li jfixklu t - traċċar tal - kriptoassi billi jaħbu t - traċċa li twassal lura għall - oriġinatur, inkluż, iżda mhux limitat għal:
- i) il- fondi u l - kriptoassi riċevuti u ttrasferiti b’mod aktar rapidu, u b’hekk il -katina tat-trasferiment tiġi estiża b’mod artifiċjali;
- ii) it-tekniki, il- prodotti jew is - servizzi li jtejbu l - anonimità, inklużi, iżda mhux limitati għal, miksers jew tumblers, anonimizzaturi tal - Protokoll tal - Internet (IP) u indirizzi stealth.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|