+12.1 Politika dwar il-kunflitt ta’ interess fil-kuntest ta’ self u tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp ta’ ġestjoni u l - partijiet relatati tagħhom
---+120. Kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill -funzjoni …
---+121. Kull kunflitt ta’ interess attwali u potenzjali fil-livell tal- korp ta’ ġestjoni …
---+122. Bħala parti mill - politiki tagħhom dwar il - kunflitti ta’ interess għall -persunal (it- …
---+123. Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2013/36/UE …
---+124. Il- qafas tal - kunflitti ta’ interess għandu jiżgura li d - deċiżjonijiet rigward l - għoti …
---+125. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi l - proċessi tat - teħid tad - deċiżjonijiet …
---+126. Bħala parti mill - qafas tal -kunflitti ta’ interess, il- korp ta’ ġestjoni għandu …
---+127. Il-membru tal- korp ta’ ġestjoni li jibbenefika minn tali self materjali jew tranżazzjoni …
---+128. Meta jiddeċiedu dwar self jew tranżazzjoni oħra ma’ membru tal - korp ta’ ġestjoni jew il - …
|
12.1 Politika dwar il-kunflitt ta’ interess fil-kuntest ta’ self u tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp ta’ ġestjoni u l - partijiet relatati tagħhom
12.1 Politika dwar il-kunflitt ta’ interess fil-kuntest ta’ self u tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp ta’ ġestjoni u l - partijiet relatati tagħhom
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
120. Kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill -funzjoni …
|
Kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill -funzjoni responsabbli fi ħdan l - istituzzjoni għandhom jiġu vvalutati u ġestiti b’mod xieraq. Jekk jiġi identifikat kunflitt ta’ interess tal-persunal, l- istituzzjoni għandha tiddokumenta d - deċiżjoni meħud a, b’mod partikolari jekk il-kunflitt ta’ interess u r- riskji relatati jkunu ġew aċċettati, u jekk ikun ġie aċċettat, il -mod kif dan il- kunflitt ta’ interess ikun ġie mitigat jew rimedjat b’mod sodisfaċenti.
|
|
121. Kull kunflitt ta’ interess attwali u potenzjali fil-livell tal- korp ta’ ġestjoni …
|
Kull kunflitt ta’ interess attwali u potenzjali fil-livell tal- korp ta’ ġestjoni, individwalment u kollettivament, għandu jiġi dokumentat b’mod xieraq, jiġi kkomunikat lill - korp ta’ ġestjoni, u jiġi diskuss, deċiż u debitament ġestit mill - korp ta’ ġestjoni.
|
|
122. Bħala parti mill - politiki tagħhom dwar il - kunflitti ta’ interess għall -persunal (it- …
|
Bħala parti mill - politiki tagħhom dwar il - kunflitti ta’ interess għall -persunal (it- Taqsima 12) u l- ġestjoni tal -kunflitti ta’ interess tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni kif stabbilit fil -Paragrafu 117, il- korp ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi qafas għall -identifikazzjoni u l- ġestjoni tal -kunflitti ta’ interess fil-kuntest tal- għoti ta’ self u d - dħul fi tranżazzjonijiet oħra (eż. fatturazzjoni, lokaz zjoni, tranżazzjonijiet ta’ proprjetà, eċċ.) ma’ membri tal - korp ta’ ġestjoni u l -partijiet relatati tagħhom.
|
|
123. Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2013/36/UE …
|
Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2013/36/UE32 , l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw kategoriji addizzjonali ta’ partijiet relatati li għalihom japplikaw, b’mod sħiħ jew parzjali, il - qafas tal - kunflitti ta’ interess tagħhom fir -rigward ta’ self u tranżazzjonijiet oħra.
32 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - Prinċipju Ewlieni ta’ Basel Nru 20
|
|
124. Il- qafas tal - kunflitti ta’ interess għandu jiżgura li d - deċiżjonijiet rigward l - għoti …
|
Il- qafas tal - kunflitti ta’ interess għandu jiżgura li d - deċiżjonijiet rigward l - għoti ta’ self u d-dħul fi tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp ta’ ġestjoni u l - partijiet relatati tagħhom jittieħdu b’mod oġġettiv, mingħajr influwenza mhux xierqa minn kunflitti ta’ interess u bħala prinċipju ġenerali jitwettqu f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġ usta.
|
|
125. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi l - proċessi tat - teħid tad - deċiżjonijiet …
|
Il- korp ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi l - proċessi tat - teħid tad - deċiżjonijiet applikabbli għall - għoti ta’ self lil u d - dħul fi tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp ta’ ġestjoni u l - partijiet relatati tagħhom. Dan il - qafas jista’ jipprovdi għal differenzjazzjoni bejn tranżazzjonijiet standard tan-negozju33 li jsiru fil-perkors normali tan- negozju u konklużi b’termini normali tas - suq u self u tranżazzjonijiet tal - persunal, li jiġu konklużi b’kundizzjonijiet disponibbli għall - persunal kollu. Barr a minn hekk, il - qafas tal -kunflitti ta’ interess u l- proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet jistgħu jiddifferenzjaw bejn self materjali u mhux materjali u tranżazzjonijiet oħra, tipi differenti ta’ self u tranżazzjonijiet oħra u l -livell ta’ kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali li jistgħu joħolqu.
33 It- tranżazzjonijiet tan - negozju jinkludu self u tranżazzjonijiet oħra (eż. lokazzjoni, fatturazzjoni, servizzi fil -kuntest ta’ offerti pubbliċi inizjali (IPOs), fużjonijiet u akkwisti, bejgħ u xiri ta’ proprjetà).
|
|
126. Bħala parti mill - qafas tal -kunflitti ta’ interess, il- korp ta’ ġestjoni għandu …
|
Bħala parti mill - qafas tal -kunflitti ta’ interess, il- korp ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi limiti xierqa (eż. għal kull tip ta’ prodott, jew skont il - kundizzjonijiet) li ’l fuq minnhom is -self jew tranżazzjoni oħra ma’ membru tal - korp ta’ ġestjoni jew il - partijiet relatati tiegħu dejjem teħtieġ l-approvazzjoni mill- korp ta’ ġestjoni. Deċiżjonijiet dwar self materjali jew tranżazzjonijiet materjali oħra ma’ membri tal - korp ta’ ġestjoni li mhumiex qed jiġu konklużi skont termini normali tas- suq, iżda dwar kundizzjonijiet disponibbli għall - persunal kollu, għandhom dejjem isiru mill- korp ta’ ġestjoni.
|
|
127. Il-membru tal- korp ta’ ġestjoni li jibbenefika minn tali self materjali jew tranżazzjoni …
|
Il-membru tal- korp ta’ ġestjoni li jibbenefika minn tali self materjali jew tranżazzjoni materjali oħra jew il -m embru li huwa relatat mal - kontroparti, ma għandux ikun involut fit - teħid tad- deċiżjonijiet.
|
|
128. Meta jiddeċiedu dwar self jew tranżazzjoni oħra ma’ membru tal - korp ta’ ġestjoni jew il - …
|
Meta jiddeċiedu dwar self jew tranżazzjoni oħra ma’ membru tal - korp ta’ ġestjoni jew il - partijiet relatati tagħhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw ir - riskju li għalih l - istituzzjoni tista’ tkun esposta minħabba t - tranżazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|