+283. Meta jkunu qed janalizzaw il-perimetru tal-assi u tal-obbligazzjonijiet koperti …
|
283. Meta jkunu qed janalizzaw il-perimetru tal-assi u tal-obbligazzjonijiet koperti …
Meta jkunu qed janalizzaw il-perimetru tal-assi u tal-obbligazzjonijiet koperti mill-valutazzjoni tas-CSRBB, kif ukoll kif meqjus fil-metodoloġiji tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk kwalunkwe esklużjoni potenzjali ta’ strumenti mill-perimetru rilevanti ssirx biss fl-assenza ta’ sensittività għar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu u jekk tkunx dokumentata u ġustifikata b’mod xieraq, kif meħtieġ fil-paragrafu 124 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-IRRBB u s-CSRBB41 . Il-fatturi li għandhom jitqiesu jinkludu: - a. jekk l-istituzzjoni tinkludix l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha kontabilizzati bil-valur ġust;
- b. jekk l-istituzzjoni tinkludix l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li r-riskju ta’ firxiet tal-kreditu tagħhom jista’ jiġi dedott minn prezz tas-suq dirett/indirett jew anke mmudellat, irrispettivament mit-trattament kontabilistiku tagħhom;
- c. ir-rilevanza potenzjali tal-firxiet tal-kreditu fil-prattika tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal assi/obbligazzjonijiet differenti (pereżempju permezz ta’ referenzi espliċiti għal prezzijiet tas-suq osservati jew rilevanza aktar indiretta);
- d. id-differenzi, jekk hemm, li l-istituzzjoni tapplika bejn il-perimetru għall-EVE u l-NII fil-kejl tas-CSRBB (eż. minħabba l-perjodu ta’ żmien tal-NII jew raġunijiet oħra).
41 Linji gwida maħruġa abbażi tal-Artikolu 84(6) tad-Direttiva 2013/36/UE li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax u tal-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu, tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjonijiet (EBA/GL/2022/14).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|