+9.8. Interazzjoni bejn miżuri superviżorji u tal-AML/CFT
---+458. Meta japplikaw miżuri superviżorji biex jindirizzaw in-nuqqasijiet prudenzjali relatati …
---+459. Meta l-awtoritajiet kompetenti matul l-eżerċitar tal-attivitajiet superviżorji tagħhom …
---+460. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati jew isiru konxji mill-miżuri superviżorji jew …
|
9.8. Interazzjoni bejn miżuri superviżorji u tal-AML/CFT
9.8. Interazzjoni bejn miżuri superviżorji u tal-AML/CFT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
458. Meta japplikaw miżuri superviżorji biex jindirizzaw in-nuqqasijiet prudenzjali relatati …
|
Meta japplikaw miżuri superviżorji biex jindirizzaw in-nuqqasijiet prudenzjali relatati mar-riskju tal-ML/TF, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvolvu ruħhom mas-superviżuri fil-qasam tal-AML/CFT sabiex in-nuqqasijiet/il-vulnerabbiltajiet sottostanti jiġu indirizzati b’mod adegwat mill-miżuri xierqa fi ħdan il-mandat rispettiv tas-superviżuri fil-qasam tal-AML/CFT u tal-awtoritajiet kompetenti mill-perspettivi rispettivi tagħhom49 .
49 F’konformità mal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Kooperazzjoni fil-qasam tal-AML/CFT (EBA/GL/2021/15).
|
|
459. Meta l-awtoritajiet kompetenti matul l-eżerċitar tal-attivitajiet superviżorji tagħhom …
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti matul l-eżerċitar tal-attivitajiet superviżorji tagħhom ikollhom indikazzjonijiet raġonevoli ta’ nuqqasijiet fil-qafas tas-sistemi u tal-kontrolli tal-istituzzjoni jew fil-qafas ta’ governanza interna li huma relatati mal-AML/CFT jew raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li l-istituzzjoni żiedet l-iskopertura għar-riskji tal-ML/TF, huma għandhom: - a. jinnotifikaw lis-superviżur fil-qasam tal-AML/CFT dwar dawn in-nuqqasijiet u r-riskji malli jiġu identifikati u jikkomunikaw magħhom f’konformità mal-Linji Gwida dwar il-Kooperazzjoni fil-qasam tal-AML/CFT;
- b. jivvalutaw l-impatt li tali nuqqasijiet u riskji jista’ jkollhom fuq is-sitwazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;
- c. jikkomunikaw mas-superviżuri tal-AML/CFT u f’konformità mal-mandati u l-funzjonijiet tal-awtoritajiet rispettivi, iqisu l-aktar miżuri superviżorji prudenzjali xierqa biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet u r-riskji flimkien ma’ kwalunkwe miżura meħuda mis-superviżuri fil-qasam tal-AML/CFT.
|
|
460. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati jew isiru konxji mill-miżuri superviżorji jew …
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati jew isiru konxji mill-miżuri superviżorji jew mis-sanzjonijiet ippjanati jew imposti mis-superviżuri fil-qasam tal-AML/CFT, għandhom iqisu jekk u kif l-implikazzjonijiet prudenzjali potenzjali tad-dgħufijiet u tal-fallimenti identifikati mis-superviżuri fil-qasam tal-AML/CFT jeħtieġ li jiġu mitigati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|