|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tal-kolonna
|
Spjegazzjoni
|
|
a - e
|
Il-perjodi ta’ divulgazzjoni T, T-1, T-2, T-3 u T-4 huma ddefiniti bħala perjodi trimestrali u għandhom jimtlew skont il-frekwenza stabbilita mill-Artikoli 433a, 433b u 433c CRR.
L-istituzzjonijiet li jiddikjaraw l-informazzjoni li tinsab f’dan il-mudell fuq bażi trimestrali għandhom jipprovdu data għall-perjodi T, T-1, T-2, T-3 u T-4; l-istituzzjonijiet li jiddikjaraw l-informazzjoni f’dan il-mudell fuq bażi semiannwali għandhom jipprovdu data għall-perjodi T, T-2 u T-4; u l-istituzzjonijiet li jiddikjaraw l-informazzjoni f’dan il-mudell fuq bażi annwali għandhom jipprovdu data għall-perjodi T u T-4.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw id-dati li jikkorrispondu għall-perjodi ta’ divulgazzjoni.
Id-divulgazzjoni tad-data għal perjodi preċedenti mhijiex meħtieġa meta d-data tiġi ddikjarata għall-ewwel darba.
|
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tar-ringiela
|
Spjegazzjoni
|
|
1
|
Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1)
L-ammont ta’ kapital tas-CET1 għandu jkun l-ammont iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 29 tal-Mudell EU CC1 Kompożizzjoni tal-fondi proprji regolatorji)
|
|
2
|
Kapital tal-Grad 1
L-ammont ta’ kapital tal-Grad 1 għandu jkun l-ammont iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 45 tal-Mudell EU CC1 Kompożizzjoni tal-fondi proprji regolatorji)
|
|
3
|
Kapital totali
L-ammont ta’ kapital totali għandu jkun l-ammont iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 59 tal-Mudell EU CC1 Kompożizzjoni tal-fondi proprji regolatorji)
|
|
4
|
Ammont tal-iskopertura totali għar-riskju
L-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju (total risk exposure amount, TREA) għandu jkun l-ammont iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 60 tal-Mudell EU CC1 Kompożizzjoni tal-fondi proprji regolatorji)
|
|
5
|
Proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (%)
Il-proporzjon tal-kapital tas-CET1 għandu jkun il-valur iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 61 tal-Mudell EU CC1 Kompożizzjoni tal-fondi proprji regolatorji)
|
|
6
|
Proporzjon tal-Grad 1 (%)
Il-proporzjon tal-kapital tal-grad 1 għandu jkun il-valur iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 62 tal-Mudell EU CC1 Kompożizzjoni tal-fondi proprji regolatorji)
|
|
7
|
Proporzjon kapitali totali (%)
Il-proporzjon kapitali totali għandu jkun il-valur iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 63 tal-Mudell EU CC1 Kompożizzjoni tal-fondi proprji regolatorji)
|
|
EU 7a
|
Rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (%)
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv imposti mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) CRD, espressi bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju.
|
|
EU 7b
|
li minnhom: iridu jkunu magħmula minn kapital tas-CET1 (punti perċentwali)
Il-parti tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv imposti mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) CRD, li trid tiġi ssodisfata bil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-ewwel u mat-tielet subparagrafi tal-Artikolu 104a(4).
|
|
EU 7c
|
li minnhom: iridu jkunu magħmula minn kapital tal-Grad 1 (punti perċentwali)
Il-parti tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv imposti mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) CRD, li trid tiġi ssodisfata bil-kapital tal-Grad 1 f’konformità mal-ewwel u mat-tielet subparagrafi tal-Artikolu 104a(4).
|
|
EU 7d
|
Rekwiżiti ta’ fondi proprji totali tal-SREP (proporzjon ta’ TSCR) (%)
Is-somma ta’ valuri ddeterminati taħt il-punti (i) u (ii) kif ġej:
(i) il-proporzjon tal-kapital totali (8 %) kif speċifikat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) CRR;
(ii) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (Rekwiżiti tal-Pilastru 2 – P2R) imposti mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) CRD u ddeterminat f’konformità mal-kriterji speċifikati fil-Linji Gwida tal-EBA dwar il-proċeduri u l-metodoloġiji komuni għall-proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (SREP) u l-ittestjar tal-istress superviżorju (1)(“GL tal-EBA dwar l-SREP”), espressi bħala perċentwal tal-RWEAs totali.
Din l-entrata għandha tirrifletti l-proporzjon tar-rekwiżit kapitali totali tal-SREP (TSCR) kif ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti. It-TSCR huwa ddefinit fit-Taqsima 1.2 tal-GL tal-EBA dwar l-SREP.
Meta l-awtorità kompetenti ma tkun ikkomunikat l-ebda rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali impost sabiex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, għandu jiġi ddikjarat il-punt (i) biss.
|
|
8
|
Riżerva ta’ konservazzjoni ta’ kapital (%)
Ammont ta’ fondi proprji li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f’konformità mal-Artikolu 128(1) u mal-Artikolu 129 CRD, espress bħala perċentwal tal-RWEAs totali.
|
|
EU 8a
|
Riżerva ta’ konservazzjoni minħabba riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta’ Stat Membru (%)
Ammont tar-riżerva ta’ konservazzjoni minħabba riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta’ Stat Membru, li jista’ jintalab f’konformità mal-Artikolu 458 CRR minbarra r-riżerva ta’ konservazzjoni ta’ kapital, espress bħala perċentwal tal-RWEAs totali.
|
|
9
|
Riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni (%)
Ammont ta’ fondi proprji li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f’konformità mal-Artikolu 128(2), mal-Artikolu 130, u mal-Artikoli minn 135 sa 140 CRD, espress bħala perċentwal tal-RWEAs totali.
Il-perċentwal għandu jirrifletti l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva ta’ kapital rispettivi fid-data tad-divulgazzjoni.
|
|
EU 9a
|
Riżerva ta’ riskju sistemiku (%)
Ammont ta’ fondi proprji li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f’konformità mal-Artikolu 128(5) u mal-Artikoli 133 u 134 CRD, espress bħala perċentwal tal-RWEAs totali.
Il-perċentwal għandu jirrifletti l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva ta’ kapital rispettivi fid-data tad-divulgazzjoni.
|
|
10
|
Riżerva għall-Istituzzjonijiet Globali Sistemikament Importanti (%)
Ammont ta’ fondi proprji li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f’konformità mal-Artikolu 128(3) u mal-Artikolu 131 CRD, espress bħala perċentwal tal-RWEAs totali.
Il-perċentwal għandu jirrifletti l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva ta’ kapital rispettivi fid-data tad-divulgazzjoni.
|
|
EU 10a
|
Riżerva għall-Istituzzjonijiet Oħra Sistemikament Importanti (%)
Ammont ta’ fondi proprji li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f’konformità mal-Artikolu 128(4) u mal-Artikolu 131 CRD, espress bħala perċentwal tal-RWEAs totali.
Il-perċentwal għandu jirrifletti l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva ta’ kapital rispettivi fid-data tad-divulgazzjoni.
|
|
11
|
Rekwiżit ta’ riżerva kombinat (%)
F’konformità mal-punt (6) tal-Artikolu 128 CRD, espress bħala perċentwal tal-RWEAs totali.
|
|
EU 11a
|
Rekwiżiti kapitali ġenerali (OCR) (%)
It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:
(i) il-proporzjon ta’ TSCR imsemmi fir-ringiela EU 7d;
(ii) sa fejn huwa legalment applikabbli, il-proporzjon tar-rekwiżit ta’ riżerva kombinat imsemmi fil-punt (6) tal-Artikolu 128 CRD.
Din l-entrata għandha tirrifletti l-proporzjon tar-Rekwiżit Kapitali Ġenerali (OCR) kif iddefinit fit-Taqsima 1.2 tal-GL tal-EBA dwar l-SREP.
Meta ma jkun applikabbli l-ebda rekwiżit ta’ riżerva, għandu jiġi ddikjarat il-punt (i) biss.
|
|
12
|
CET1 disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali tal-SREP (%)
|
|
13
|
Kejl tal-iskopertura totali
Il-kejl tal-iskopertura totali f’konformità mal-ammont iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 24 tal-Mudell EU LR2 - LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ)
|
|
14
|
Proporzjon ta’ ingranaġġ (%)
Il-proporzjon ta’ ingranaġġ f’konformità mal-valur iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 25 tal-Mudell EU LR2 - LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ)
|
|
EU 14a
|
Rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (%)
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv imposti mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) CRD, espressi bħala perċentwal tal-kejl tal-iskopertura totali.
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali f’konformità mal-valur iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela EU-26a tal-Mudell EU LR2 - LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ).
|
|
EU 14b
|
li minnhom: iridu jkunu magħmula minn kapital tas-CET1 ta’ ekwità komuni (punti perċentwali)
Il-parti tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv imposti mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) CRD, li trid tiġi ssodisfata bil-kapital tas-CET1 f’konformità mat-tielet subparagrafi tal-Artikolu 104a(4).
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali f’konformità mal-valur iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela EU-26b tal-Mudell EU LR2 - LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ).
|
|
EU 14c
|
Rekwiżiti totali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-SREP (%)
It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:
(i) ir-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ minimu kif speċifikat fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) CRR jew ir-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ aġġustat ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429a(7) CRR, kif applikabbli;
(ii) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (Rekwiżiti tal-Pilastru 2 – P2R) imposti mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) CRD, espressi bħala perċentwal tal-kejl tal-iskopertura totali.
Din l-entrata għandha tirrifletti r-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-SREP (TSLRR) kif ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti.
Jekk l-awtorità kompetenti ma tkun imponiet l-ebda rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, għandu jiġi ddikjarat il-punt (i) biss.
|
|
EU 14d
|
Rekwiżit ta’ buffer għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja (%)
L-Artikolu 92(1a) CRR
Il-buffer għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja applikabbli f’konformità mal-valur iddikjarat mill-istituzzjonijiet fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-ringiela 27 tal-Mudell EU LR2 - LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ)
|
|
EU 14e
|
Rekwiżit ġenerali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ (%)
Somma tar-ringieli EU 14c u EU 14d
|
|
15
|
Assi likwidi ta’ kwalità għolja (HQLA) totali (Valur ponderat - medja)
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw bħala l-valur ponderat il-valur tal-assi likwidi f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (2) qabel ma japplikaw il-mekkaniżmu ta’ aġġustament stabbilit fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61.
|
|
EU 16a
|
Ħruġ ta’ flus - Valur ponderat totali
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw is-somma tal-valur ponderat tal-ħruġ ta’ flus tagħhom, kif iddikjarat fl-Anness XIII (ir-ringiela 16 tal-Mudell EU LIQ1 - Informazzjoni kwantitattiva tal-LCR).
|
|
EU 16b
|
Dħul ta’ flus - Valur ponderat totali
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw is-somma tal-valur ponderat tad-dħul ta’ flus tagħhom, kif iddikjarat fl-Anness XIII (ir-ringiela 20 tal-Mudell EU LIQ1 - Informazzjoni kwantitattiva tal-LCR.
|
|
16
|
Ħruġ nett totali ta’ flus (Valur aġġustat)
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw bħala l-valur aġġustat, il-fluss ta’ ħruġ nett tal-likwidità li huwa ugwali għall-flussi ta’ ħruġ totali nieqes it-tnaqqis għall-influssi eżentati kompletament nieqes it-tnaqqis għall-influssi soġġetti għal-limitu massimu ta’ 90 % nieqes it-tnaqqis għall-influssi soġġetti għal-limitu massimu ta’ 75 %.
|
|
17
|
Proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità (%)
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw bħala l-valur aġġustat il-perċentwal tal-entrata “Proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità (%)” kif iddefinit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61.
Il-proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità għandu jkun ugwali għall-proporzjon tar-riżervi ta’ likwidità ta’ istituzzjoni ta’ kreditu mal-ħruġ nett ta’ likwidità tagħha fuq perjodu ta’ stress ta’ 30 jum kalendarju u għandu jkun espress bħala perċentwal.
|
|
18
|
Finanzjament stabbli disponibbli totali
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-ammont ta’ finanzjament stabbli disponibbli kkalkolat f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta tas-CRR, kif iddikjarat fl-Anness XIII (ir-ringiela 14 tal-Mudell EU LIQ2 – Proporzjon ta’ Finanzjament Stabbli Nett).
|
|
19
|
Finanzjament stabbli meħtieġ totali
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-ammont ta’ finanzjament stabbli meħtieġ ikkalkolat f’konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta tas-CRR, kif iddikjarat fl-Anness XIII (ir-ringiela 33 tal-Mudell EU LIQ2 – Proporzjon ta’ Finanzjament Stabbli Nett).
|
|
20
|
Proporzjon ta’ NSFR (%)
Il-proporzjon ta’ NSFR ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 428b CRR.
|
(1)
Il-Linji gwida EBA/GL/2018/03 tal-Awtorità Bankarja Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2018 dwar il-proċeduri komuni riveduti u l-metodoloġiji għall-proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (supervisory review and evaluation process, SREP) u l-ittestjar tal-istress superviżorju.
(2)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1)
|