+Artikolu 12 Forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni komuni
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6

Artikolu 12 Forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni komuni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Meta jiġu pprovduti CIS, id-data disseminata għandha tippreżenta l-integrità u l-kwalità meħtieġa biex tippermetti l-forniment sikur u sigur ta’ servizzi għall-ġestjoni tat-traffiku tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’mod li jippermetti l-użu kondiviż tal-ispazju tal-ajru flimkien ma’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ.

Artikolu 12 2

2.   Il-fornitur tas-CIS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

jikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tad-difiża nazzjonali;

(b)

ikollu l-post tan-negozju prinċipali tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru; u

(c)

aktar minn 50 % tiegħu jkun jappartejni lill-Istati Membri jew liċ-ċittadini tal-Istati Membri u huwa effettivament ikkontrollat minnhom, kemm direttament jew indirettament permezz ta’ impriża intermedja waħda jew aktar, għajr jekk previst mod ieħor fi ftehim ma’ pajjiż terz li l-Unjoni tkun parti għalih.

Artikolu 12 3

3.   Meta s-CIS jiġu pprovduti minn fornitur uniku tas-CIS deżinjat mill-Istat Membru fir-rigward ta’ spazju tal-ajru tal-U-space speċifiku, il-prezz għal dawn is-servizzi għandu jkun ibbażat fuq il-kostijiet fissi u varjabbli tal-forniment tas-servizz ikkonċernat u jista’, barra minn hekk, jinkludi marġni kummerċjali li tirrifletti kompromess xieraq bejn ir-redditu u r-ritorn. Fejn is-CIS ma jiġux ipprovduti minn fornitur uniku tas-CIS, is-CIS individwali għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas.

Artikolu 12 4

4.   Il-kostijiet li abbażi tagħhom jiġi stabbilit il-prezz tas-CIS għandhom jiġu stipulati f’kont separat mill-kontijiet għal kwalunkwe attività oħra tal-fornitur ta’ servizzi kkonċernat u għandhom ikunu aċċessibbli mill-awtorità superviżorja nazzjonali kkonċernata. Dawk il-kostijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(3).

Artikolu 12 5

5.   Il-prezz stabbilit mill-fornitur tas-CIS għandu jkun soġġett għal valutazzjoni u approvazzjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali kkonċernata. Il-prezz ta’ dawn is-servizzi għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 12 6

6.   Id-data meħtieġa għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fl-ispazju tal-ajru tal-U-space għandha tkun disponibbli fuq bażi nondiskriminatorja, mingħajr preġudizzju għas-sigurtà nazzjonali, l-ordni pubbliku u l-interessi tal-politika tad-difiża, mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Il-fornituri tas-CIS u l-fornituri tas-servizzi tal-U-space għandhom jużaw biss dik id-data għal finijiet operazzjonali tas-servizzi li jipprovdu.

Il-prezzijiet tal-aċċess għal din id-data għandhom ikunu bbażati fuq il-kostijiet addizzjonali biex issir disponibbli d-data u l-kost tal-ġenerazzjoni tad-data, meta dawn il-kostijiet tal-aħħar mhumiex koperti skont l-Artikolu 30 u għajr jekk jintużaw riżorsi finanzjarji oħrajn mill-Istati Membri biex jiġu koperti dawn il-kostijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.