+Artikolu 19 Ġestjoni tal-ilmenti u aċċess għall-ġustizzja
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
|
Artikolu 19 Ġestjoni tal-ilmenti u aċċess għall-ġustizzja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1
|
1. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi meqjusa skont il-liġi nazzjonali bħala li għandhom interess suffiċjenti jew dawk li jqisu li d-drittijiet tagħhom iddgħajfu għandhom ikunu intitolati li jressqu lmenti sostanzjati lill-awtoritajiet kompetenti meta jqisu, abbażi ta' ċirkostanzi oġġettivi, li operatur ekonomiku, trasportatur tal-UE, trasportatur mhux tal-UE, jew speditur, jew operatur, aġent jew kaptan ta' bastiment tal-baħar qiegħed jonqos milli jikkonforma ma' dan ir-Regolament.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent jew dawk li jippromwovu l-protezzjoni tal-konsumatur, u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess suffiċjenti.
|
|
Artikolu 19 2
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ilmenti sostanzjati kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u, fejn xieraq, jieħdu l-passi meħtieġa biex jivverifikaw tali lmenti, inklużi spezzjonijiet u seduti ta' smigħ tal-persuna jew tal-organizzazzjoni. Meta jinstab li l-ilment għandu bażi soda, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 5(3), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2).
|
|
Artikolu 19 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, malajr kemm jista' jkun, jinfurmaw lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 li ressqu l-ilment bid-deċiżjoni tagħhom li jaċċettaw jew jirrifjutaw it-talba għal azzjoni mressqa fl-ilment, u għandhom jipprovdu r-raġunijiet għaliha.
|
|
Artikolu 19 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikollha aċċess għal qorti jew korp pubbliku indipendenti u imparzjali ieħor biex jirrieżamina l-legalità proċedurali u sostantiva tad-deċiżjonijiet, l-atti jew in-nuqqas ta' azzjoni tal-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tirrikjedi li l-proċeduri ta' rieżami amministrattiv jiġu eżawriti qabel ir-rikors għal proċedimenti ġudizzjarji. Dawk il-proċeduri ta' rieżami għandhom ikunu ġusti, ekwi, mingħajr dewmien u mhux għaljin b'mod projbittiv, u għandhom jipprovdu rimedji adegwati u effettivi, inkluż rimedju b'mandat ta' inibizzjoni fejn meħtieġ.
|
|
Artikolu 19 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ikun hemm disponibbli għall-pubbliku informazzjoni prattika dwar l-aċċess għall-proċeduri ta' rieżami amministrattiv u ġudizzjarju msemmija f'dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|