1. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi meqjusa skont il-liġi nazzjonali bħala li għandhom interess suffiċjenti jew dawk li jqisu li d-drittijiet tagħhom iddgħajfu għandhom ikunu intitolati li jressqu lmenti sostanzjati lill-awtoritajiet kompetenti meta jqisu, abbażi ta' ċirkostanzi oġġettivi, li operatur ekonomiku, trasportatur tal-UE, trasportatur mhux tal-UE, jew speditur, jew operatur, aġent jew kaptan ta' bastiment tal-baħar qiegħed jonqos milli jikkonforma ma' dan ir-Regolament.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent jew dawk li jippromwovu l-protezzjoni tal-konsumatur, u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess suffiċjenti.