+Artikolu 6 Data dwar il-bijomonitoraġġ uman
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
---+Artikolu 6 9
---+Artikolu 6 10
---+Artikolu 6 11
---+Artikolu 6 12
---+Artikolu 6 13

Artikolu 6 Data dwar il-bijomonitoraġġ uman

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   L-EEA għandha tiġbor data dwar il-bijomonitoraġġ uman iġġenerata fit-territorju tal-pajjiżi membri u li jikkooperaw tal-EEA. Fil-każ ta’ data dwar il-bijomonitoraġġ uman okkupazzjonali, l-EEA għandha tikkoopera mal-ECHA.

Artikolu 6 2

2.   Sat-2 ta’ Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha tittrasferixxi kwalunkwe data dwar il-bijomonitoraġġ uman li jkollha lill-EEA.

Artikolu 6 3

3.   L-EEA għandha tipproċessa data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali għall-finijiet li ġejjin biss:

(a)

il-valutazzjoni tal-impatt tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(b)

il-monitoraġġ tax-xejriet taż-żmien u tal-ispazju fl-esponiment;

(c)

l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju u tal-impatt fuq is-saħħa;

(d)

il-monitoraġġ tal-impatt tal-intervent regolatorju;

(e)

l-appoġġ għall-valutazzjonijiet tar-riskju regolatorji u għall-ġestjoni tar-riskji regolatorja;

(f)

l-appoġġ għat-tfassil tal-politika u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni;

(g)

l-iffaċilitar tal-ipproċessar tad-data dwar il-bijomonitoraġġ uman mill-Kummissjoni, l-ECHA, l-EFSA, l-EMA, u EU-OSHA f’konformità mal-paragrafi 4 sa 8.

Artikolu 6 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tipproċessa data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali għall-finijiet li ġejjin biss:

(a)

il-valutazzjoni tal-impatt tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(b)

il-monitoraġġ tax-xejriet taż-żmien u tal-ispazju fl-esponiment;

(c)

l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju u tal-impat fuq is-saħħa;

(d)

il-monitoraġġ tal-impatt tal-intervent regolatorju;

(e)

il-valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni regolatorja u l-għoti ta’ prijorità lil tali azzjoni;

(f)

it-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji regolatorja u tal-ġestjoni tar-riskji regolatorja;

(g)

l-appoġġ għat-tfassil tal-politika u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni, inkluż billi twettaq riċerka xjentifika għal dak l-għan;

(h)

fil-kuntest ta’ studji taħt il-mekkaniżmu tal-ġenerazzjoni tad-data msemmi fl-Artikolu 24 u l-istudju tal-bijomonitoraġġ uman imsemmi fl-Artikolu 25.

Artikolu 6 5

5.   L-ECHA għandha tipproċessa data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali għall-finijiet li ġejjin biss:

(a)

il-valutazzjoni tal-impatt tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(b)

il-monitoraġġ tax-xejriet taż-żmien u tal-ispazju fl-esponiment;

(c)

l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju u tal-impatti fuq is-saħħa;

(d)

il-monitoraġġ tal-impatt tal-intervent regolatorju;

(e)

it-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji regolatorja u tal-ġestjoni tar-riskji regolatorja;

(f)

fil-kuntest ta’ studji taħt il-mekkaniżmu tal-ġenerazzjoni tad-data msemmi fl-Artikolu 24 u l-istudju tal-bijomonitoraġġ uman imsemmi fl-Artikolu 25;

(g)

il-valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni regolatorja u l-għoti ta’ prijorità lil tali azzjoni;

(h)

l-appoġġ għat-tfassil tal-politika u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni, inkluż billi twettaq riċerka xjentifika għal dak l-għan;

(i)

l-iffaċilitar tal-ipproċessar tad-data dwar il-bijomonitoraġġ uman mill-Kummissjoni, l-EEA, l-EFSA, l-EMA, u EU-OSHA f’konformità mal-paragrafi 3, 4, 6 u 7.

Artikolu 6 6

6.   L-EFSA għandha tipproċessa data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali għall-finijiet li ġejjin biss:

(a)

il-valutazzjoni tal-impatt tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(b)

il-monitoraġġ tax-xejriet taż-żmien u tal-ispazju fl-esponiment;

(c)

l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju u tal-impatt fuq is-saħħa;

(d)

fil-kuntest ta’ studji taħt il-mekkaniżmu tal-ġenerazzjoni tad-data msemmi fl-Artikolu 24 u l-istudju tal-bijomonitoraġġ uman imsemmi fl-Artikolu 25;

(e)

it-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju regolatorja u l-appoġġ għall-ġestjoni tar-riskju regolatorja;

(f)

il-valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni regolatorja u l-għoti ta’ prijorità lil tali azzjoni;

(g)

il-monitoraġġ tal-impatt tal-intervent regolatorju;

(h)

l-appoġġ għat-tfassil tal-politika u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni, inkluż billi twettaq riċerka xjentifika għal dak l-għan.

Artikolu 6 7

7.   L-EMA għandha tipproċessa data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali għall-finijiet li ġejjin biss:

(a)

il-valutazzjoni tal-impatt tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(b)

il-monitoraġġ tax-xejriet taż-żmien u tal-ispazju fl-esponiment;

(c)

it-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju regolatorja u l-appoġġ għall-ġestjoni tar-riskju regolatorja;

(d)

il-valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni regolatorja u l-għoti ta’ prijorità lil tali azzjoni;

(e)

il-monitoraġġ tal-impatt tal-intervent regolatorju;

(f)

l-appoġġ għat-tfassil tal-politika u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni, inkluż billi twettaq riċerka xjentifika għal dak l-għan.

Artikolu 6 8

8.   EU-OSHA għandha tipproċessa d-data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali għall-finijiet li ġejjin biss:

(a)

il-valutazzjoni tal-impatt tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(b)

il-monitoraġġ tax-xejriet taż-żmien u tal-ispazju fl-esponiment;

(c)

il-monitoraġġ tal-impatt tal-intervent regolatorju;

(d)

il-valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni regolatorja u l-għoti ta’ prijorità lil tali azzjoni;

(e)

l-appoġġ għall-valutazzjoni tar-riskju regolatorja u għall-ġestjoni tar-riskju regolatorja;

(f)

l-appoġġ għat-tfassil tal-politika u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni, inkluż billi twettaq riċerka xjentifika għal dak l-għan;

(g)

l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju u tal-impat fuq is-saħħa.

Artikolu 6 9

9.   Kwalunkwe pproċessar ta’ data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali mill-Aġenziji jew mill-Kummissjoni għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 8 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jinvolvi l-kondiviżjoni ta’ tali data ma’ partijiet terzi għajr dawk skont it-tifsira tal-Artikolu 4, il-punt (10) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 3, il-punt (14) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 6 10

10.   L-EEA u l-ECHA għandhom jagħmlu d-data dwar il-bijomonitoraġġ uman li jkollhom jew li jospitaw pubblikament disponibbli f’forma anonimizzata permezz tal-IPCHEM.

Artikolu 6 11

11.   L-Aġenziji u l-Kummissjoni għandhom jaġixxu bħala kontrollur tad-data għad-data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali li huma jkollhom, jospitaw jew jipproċessaw għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 8.

Artikolu 6 12

12.   L-EEA u l-ECHA għandhom jiddeterminaw il-perjodu ta’ ħżin għad-data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali li jkollhom kif ukoll il-kriterji użati għal dak l-għan, u għandhom jirrieżaminaw dak il-perjodu u dawk il-kriterji.

Artikolu 6 13

13.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, id-data dwar il-bijomonitoraġġ uman tinkludi data personali miġbura qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.