+Artikolu 325g Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskju ta’ kurvatura
---+Artikolu 325g 1.
---+Artikolu 325g 2.
---+Artikolu 325g 3.
---+Artikolu 325g 4.
---+Artikolu 325g 5.
---+Artikolu 325g 6.
---+Artikolu 325g 7.

Artikolu 325g Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskju ta’ kurvatura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325g 1.
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli stipulati fil-paragrafu 2 għal kull fattur ta’ riskju tal-istrumenti soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura, ħlief għall-fatturi ta’ riskju msemmija fil-paragrafu 3.

Għal fattur ta’ riskju partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu dawk il-kalkoli fuq bażi netta għall-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura li fihom dak il-fattur ta’ riskju.

Artikolu 325g 2.
Għal fattur ta’ riskju partikolari k inkluż fi strument wieħed jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-riskju ’l fuq għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat ta’ dak il-fattur ta’ riskju (image) u r-riskju ’l isfel għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat ta’ dak il-fattur ta’ riskju (image) kif ġej:

fejn:

i

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 u inkluż il-fattur ta’ riskju k;

xk

=

il-valur attwali tal-fattur ta’ riskju k;

Vi (xk )

=

il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi tal-valur attwali tal-fattur ta’ riskju k;

image

=

il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi ta’ ċaqliq ’il fuq tal-valur tal-fattur ta’ riskju k;

image

=

il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi ta’ ċaqliq ’l isfel tal-valur tal-fattur ta’ riskju k;

image

=

il-piż tar-riskju applikabbli għall-fattur tar-riskju k iddeterminat skont it-Taqsima 6;

sik

=

is-sensittività delta tal-istrument i fir-rigward tal-fattur ta’ riskju k, ikkalkulat skont l-Artikolu 325r.

Artikolu 325g 3.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, għall-kurvi tal-fatturi ta’ riskju li jaqgħu taħt il-klassijiet ta’ riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax (GIRR — general interest rate risk), riskju ta’ firxiet tal-kreditu (CSR — credit spread risk) u riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli stipulati fil-paragrafu 6 fil-livell tal-kurva sħiħa minflok fil-livell ta’ kull fattur ta’ riskju li jappartjeni għall-kurva.

Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2, fejn xk hija kurva ta’ fatturi ta’ riskju allokati għall-klassijiet ta’ riskju GIRR, CSR u tal-komoditajiet, sik għandha tkun is-somma tas-sensittivitajiet delta mal-fattur ta’ riskju tal-kurva fil-maturitajiet kollha tal-kurva.

Artikolu 325g 4.
Sabiex jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji fil-livell tal-bucket għar-riskju ta’ kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom, skont il-formola segwenti, jaggregaw ir-riskji ’l fuq u ’l isfel għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjati, ikkalkulati skont il-paragrafu 2, tal-fatturi ta’ riskju kollha assenjati għal dak il-bucket skont is-Sottotaqsima 1 tat-Taqsima 3:

fejn:

b

=

l-indiċi li jindika bucket ta’ klassi ta’ riskju partikolari;

Kb

=

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għall-bucket b;

pkl

=

il-korrelazzjonijiet intrabucket bejn il-fatturi tar-riskju k u l kif preskritt fit-Taqsima 6;

k, l

=

l-indiċijiet li jindikaw il-fatturi ta’ riskju kollha tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 li huma assenjati għall-bucket b;

(image)

=

ir-riskju ’l fuq għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat

(image)

=

ir-riskju ’l isfel għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat

Artikolu 325g 5.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4, għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fil-livell tal-bucket għar-riskju ta’ kurvatura tal-bucket 18 tal-Artikolu 325ah, tal-bucket 18 tal-Artikolu 325ak, tal-bucket 25 tal-Artikolu 325am u tal-bucket 11 tal-Artikolu 325ap, għandha tintuża l-formola segwenti:
Artikolu 325g 6.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont il-klassi ta’ riskju għar-riskju ta’ kurvatura (RCCR) billi jaggregaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kollha fil-livell tal-bucket għar-riskju ta’ kurvatura fi klassi ta’ riskju partikolari kif ġej:

fejn:

b, c

=

l-indiċijiet li jindikaw il-buckets kollha ta’ klassi ta’ riskju partikolari li tikkorrispondi għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1;

Kb

=

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għall-bucket b;

γbc

=

il-korrelazzjonijiet interbucket bejn il-buckets b u c kif stabbiliti fit-Taqsima 6.

Artikolu 325g 7.
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għandu jkun is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura tal-klassi ta’ riskju kkalkulat skont il-paragrafu 6 għall-klassijiet ta’ riskju kollha li għalihom jappartjeni tal-anqas fattur ta’ riskju wieħed tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit