+38. Metodoloġiji sodi tar - riskju tal - kreditu għandhom jikkunsidraw xenarji potenzjali …
|
38. Metodoloġiji sodi tar - riskju tal - kreditu għandhom jikkunsidraw xenarji potenzjali …
Metodoloġiji sodi tar - riskju tal - kreditu għandhom jikkunsidraw xenarji potenzjali differenti u m’għandhomx jiddependu purament fuq kunsiderazzjonijiet suġġettivi, parzjali jew ottimisti żżejjed. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżviluppaw u jiddokumentaw il - proċessi tagħhom biex jiġġeneraw xenarji differenti li għandhom jintużaw fl - istima tal - ECL. B'mod partikolari: - a. l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom juru u jiddokumentaw kif l - istimi tal - ECL jinbidlu b’bidliet fix - xenarji, inklużi bidliet għal kundizzjonijiet esterni rilevanti li jistgħu jħallu impatt fuq l - istimi tal - ECL jew il - komponenti tal - kalkolu tal - ECL (bħall - parametri PD u LGD);
- b. l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċess dokumentat biex jiddeterminaw il - firxa ta’ żmien tax - xenarji u, jekk rilevanti, kif jiġi stmat l - ECL għal skoperturi li l - ħajja tagħhom taqbeż il - perjodu kopert mill - previżjoni(jiet) ekonomika(ċi) użat(i);
- c. ix- xenarji jistgħu jiġu żviluppati internament jew esternalizzati. Fil - każ ta’ xenarji żviluppati internament, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom varjetà ta’ esperti, bħal esperti tar - riskju, ekonomisti, maniġers tan - negozji u maniġment superjuri, li jgħinu fl - għażla tax - xenarji li huma rilevanti għall -p rofil tal - iskopertura tar - riskju tal - kreditu tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu. Fil- każ ta’ xenarji esternalizzati, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li l - fornitur estern jadatta x - xenarji biex jirrifletti l - profil tal - iskopertura tar - riskju tal- kreditu u tan - negozju tal- istituzzjoni ta’ kreditu, għaliex l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jibqgħu responsabbli għal dawk ix- xenarji;
- d. għandu jsir l - ittestjar b’lura biex jiġi żgurat li l - aktar fatturi ekonomiċi rilevanti li jaffettwaw il - kapaċità li jinġabar u r - riskju tal - kreditu qed jiġu kkunsidrati u inkorporati fl - istimi tal - ECL; u
- e. fejn ikunu disponibbli indikaturi tas - suq (bħal firxiet ta’ swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu (“CDS”)), il - maniġment superjuri jista’ jikkunsidrahom bħala punt ta’ riferiment validu li miegħu tiġi ċċekkjata l - konsistenza tal - ġudizzju tiegħu stess.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|