+6.2.2 Effiċjenza u effettività tal - attivitajiet ta’ tolleranza
---+136. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw il - kwalità tal - attivitajiet ta’ …
---+137. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikejlu l - effiċjenza tal - proċess għall - għoti ta’ …
---+138. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw l - effettività tal - miżuri ta’ …
---+139. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitorjaw indikaturi relatati ma’ attivitajiet …

6.2.2 Effiċjenza u effettività tal - attivitajiet ta’ tolleranza

6.2.2 Effiċjenza u effettività tal - attivitajiet ta’ tolleranza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
136. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw il - kwalità tal - attivitajiet ta’ …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw il - kwalità tal - attivitajiet ta’ tolleranza biex jiżguraw li ma jintużawx biex idewmu valutazzjoni li l - iskopertura ma tistax tinġabar. Il - monitoraġġ għandu jkopri attivitajiet ta’ tolleranza relatati kemm ma’ skoperturi produttivi kif ukoll improduttivi u jagħmel distinzjoni bejn it - tipi ta’ miżuri ta’ tolleranza u l - portafolli.

137. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikejlu l - effiċjenza tal - proċess għall - għoti ta’ …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikejlu l - effiċjenza tal - proċess għall - għoti ta’ miżuri ta’ tolleranza u jimmonitorjaw it - tul tal - proċess tat - teħid ta’ deċiżjonijiet u l - volumi ta’ miżuri ta’ tolleranza f’kull stadju tal - proċess tal - għoti.

138. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw l - effettività tal - miżuri ta’ …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw l - effettività tal - miżuri ta’ tolleranza mogħtija. Dan il - monitoraġġ għandu jkejjel il - grad ta’ suċċess tal - miżura ta’ tolleranza u jekk humiex issodisfati l - obbligi kuntrattwali mmodifikati tal - mutwatarju u jekk l - iskopertura hijiex sejra. Il - metriċi li ġejjin skont il - portafoll u skont it - tip ta’ miżura ta’ tolleranza għandhom jintużaw:

  • a) Rata ta’ kura ta’ tolleranza u rata ta’ skopertura li qed tiġi kklassifikata mill - ġdid bħala improduttiva: l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu analiżi tal - annata u jissorveljaw l - imġiba tal - FBEs mid - data ta’ modifikazzjoni biex tiġi stabbilita r - rata ta’ kura. Din l - analiżi għandha ssir b’mod separat għal skoperturi kkurati b’miżuri ta’ tolleranza u mingħajrhom.
  • b) Rata ta’ ġbir ta’ flus kontanti: l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw il - flus miġbura mill - FBEs.
  • c) Tħassir: fejn l - għoti ta’ miżura ta’ tolleranza iwassal għal tħassir parzjali, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirreġistraw u jimmonitorjaw dawn l - iskoperturi kontra baġit ta’ telf approvat. It - telf tal - valur nett preżenti assoċjat mad - deċiżjoni li titneħħa skopertura li ma tistax tiġi rkuprata għandu jiġi mmonitorjat kontra r - rata ta’ kura.
139. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitorjaw indikaturi relatati ma’ attivitajiet …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitorjaw indikaturi relatati ma’ attivitajiet ta’ tolleranza billi jużaw analiżi sinifikanti, li tista’ tinkludi t - tip u t - tul ta’ żmien ta’ arretrati, it - tip ta’ skopertura, il - probabbiltà ta’ rkupru, id - daqs tal - iskoperturi jew l - ammont totali ta’ skoperturi għall - istess mutwatarju jew grupp ta’ klijenti konnessi, u n - numru ta’ soluzzjonijiet ta’ tolleranza applikati fil - passat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/